Thursday
Feb 09th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Minn fuq il-whiteboard

E-mail Print PDF
Share

Jinhtiegu twegibiet cari

Minn dak li gie rraportat fil-gurnali tal-inqas 444 student se jkunu effettwati mis-sospensjoni tal-programmi Erasmus, Gomenius, Grundtvig, Erasamus u Leonardo. Dan wassal li l-Università ta’ Malta tat parir lill-istudenti biex ma jkomplux bit-thejjijiet taghhom u b’mod partikolari biex ma jidhlux ghal xi obbligazzjoni finanzjarja bhal depoziti ghall-akkomodazzjoni, titjiriet, ecc. sakemm  tinhareg notifika ohra.
Wara laqgha bejn il-KSU u l-Agenzija ghall-Programmi tal-Unjoni Ewropea (EUPA), gie rraportat ukoll li skont il-KSU din l-Agenzija kienet qed tfittex fondi alternattivi biex jiffinanzjaw il-progetti li kellhom jigu mhassra minhabba s-sospensjoni tal-programmi li semmejna.

Saru wkoll libelli u nhargu xi stqarrijiet min-naha tal-EUPA u l-Ministeru tal-Edukazzjoni, stqarrijiet li ftit li xejn wiegbu l-mistqosijiet li qed jistaqsu l-istudenti, dawk li kienu qed ihejju progetti u l-poplu.

Mistoqsija li zgur tinteressa l-poplu kollu hi, jekk issa l-Gvern   kienx se jipprova jsalva wiccu mal-istudenti universitarji billi  jiffinanzja s-safriet ta’ dawn l-istudenti mit-taxxi tal-poplu.

Id-diversi ghaqdiet li pprotestaw u lmentaw dwar dak li gara qed jistaqsu ghaliex il-EUPA ltaqghet biss mal-KSU bhallikieku din id-decizjoni tolqot biss studenti Universitarji.  Forsi ghax il-KSU wriet biss thassib u m’ghamlet l-ebda kundanna?

Studenti u dawk li  dahlu fi spejjez  ghat-thejjija taghhom fil-partecipazzjoni tal-programm Erasmus u programmi ohra qed jistaqsu jekk humiex se jigu kumpensati mill-Awtoritajiet?  U jekk se jkunu kkumensati min se jerfa’ l-piz?

Nahseb li qed nesprimi dak li qed jghidu hafna meta nistaqsi:

• Jekk hux minnu li l-Awtoritajiet Lokali, inkluz il-Ministeru tal-Edukazzjoni, kienu jafu li l-affarijiet ma kinux sejrin sewwa, tal-inqas minn disa’ xhur ilu, u baqghu ma rremedjawx ghan-nuqqasijiet li kien hemm biex finalment il-Kummissjoni ssospendiet il-programmi li semmejna?

• Jekk hemmx verità f’dak li qed jinghad li anke rapporti ta’ awditjar interni li saru f’Malta digà kienu gibdu l-attenzjoni tal-Ministeru tal-Edukazzjoni ghal diversi drabi dwar il-mismanagement li kien hemm f’dawn l-ahhar sentejn, u li minkejja dan f’dawn ix-xhur kollha ma sar xejn biex ikunu indirizzati dawn l-irregolaritajiet?

• Jekk hemmx verità f’dak li rraportat parti mill-media, li kien  hemm min gibed l-attenzjoni tal-Ministeru tal-Edukazzjoni dwar certu nuqqasijiet u minflok ma nstema’ spicca li gie mwarrab?

• Jekk il-Ministru gietx infurmata mill-EUPA dwar dak li kien qed jigri? Jekk iva, x’ghamlet il-Ministru biex tirrimedja dwar dan?

• Tghid il-Ministru se tiehu taghlima  minn dak li gara u meta tigi biex taghti certi karigi thares aktar lejn il-kwalifici u  l-efficjenza ta’ dak li jkun, milli jekk xi hadd li jappoggjaha bis-shih?

Ghadni ma nafx car xi tfisser din is-sospensjoni, kemm f’dawk li huma finanzi, kemm f’tul ta’ zmien li se tibqa’ tapplika din is-sospensjoni, x’irid isir biex din is-sospensjoni titnehha.

Veru li l-Ministeru tal-Edukazzjoni fi stqarrija qal li hu : “kommess li jassigura li dawn ir-rakkomandazzjonijiet ikunu implimentati” u li l-Ministru qalet li ordnat biex in-nuqqasijiet jigu indirizzati, izda mbaghad din ma spjegatx b’mod fattibbli kif ser isir dan.

Veru wkoll li l-Prim Ministru qed jipprova jsalva s-sitwazzjoni imbarazzanti li l-Gvern ingab fiha billi ordna inkjesta, izda kemm ahna zguri li  tassew min jinstab hati – jekk fuq kollox jinstab xi hadd hati – ser igorr ir-risponsabbiltà ta’ dak kollu li gara. Fuq kollox f’din l-inkjesta se jkunu inkluzi wkoll l-oghla karigi fil-Ministeru tal-Edukazzjoni?  Nisperaw li mhux se jinstab xi hadd li jservi ta’ scapegoat  u b’hekk jitghattew l-izbalji u n-nuqqasijiet ta’ haddiehor!

Fuq kollox, id-dnub hu li kif qalu dawk l-istudenti effettwati. Jigifieri li ghalihom inutli li l-Ministru tghid li tat ordni lis-Segretarju Permanenti taghha biex jittiehdu passi immedjati fl-agenzija, ghax issa tard wisq. Il-Kummissjoni haditha d-decizjoni u l-istudenti tilfu l-opportunità li jmorru jistudjaw barra, opportunità li kienu ilhom ix-xhur jistinkaw ghaliha. Jekk ma tirrizenjax hi, ghandha l-obbligu li f’qasir zmien tara min kien responsabbli u titlob ghar-rizenja ta’ dawk li tellfuhom opportunità unika f’hajjithom.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy AM Showers Scattered Showers Mostly Sunny Scattered Showers
12C 13C 11C 11C 9C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata