Thursday
Feb 09th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Magician, kantant u pjanist

E-mail Print PDF
Share

aleandro1Ridt nikkonferma jekk fil-prezent, Aleandro hux l-izghar magician Malti.  “Ha nghid hekk, jiena wiehed mill-izghar zgur.  Hemm persentagg qawwi li jien l-izghar magician Malti wkoll.  Hawn dilettanti tampari jew izghar, izda ma nafx li hawn magicians professjonali daqsi jew izghar,” sostna Aleandro.
Apparti li huwa magician, Aleandro huwa wkoll kantant u pjanist.  B’hekk ma stajtx ma nistaqsihx liema minnhom jippreferi.  Fil-fatt il-kant qed izommu bhala passatemp u biex iferrah lin-nies billi jimla x-shows tieghu tal-magija bil-kant ukoll.  Id-daqq tal-keyboard ihobbu wisq.  Fil-fatt jispjegah bhala xi haga specjali ghalih.  Izomm ruhu okkupat billi jdoqq f’lejlet il-Milied u l-ewwel tas-sena f’xi lukandi.  “F’lejlet il-Milied u okkazjonijiet specjali ohra jiena ma nkunx qieghed ma’ ommi niekol barra, izda nkun xoghol.  Minn hawn niehu l-okkazjoni wkoll sabiex nirringrazzja lil Maestro Joseph Psaila li kien hu li gharaf li kelli naqbad nistudja l-keyboard”.

Ta’ min jghid li Aleandro gej minn familja Malasjana.  Fil-fatt il-buznannu tieghu Anthony Tahir kien gie hawn Malta waqt li kien fuq tour fl-Ewropa ma’ kummiedja (circus).  Kien izzewweg lil Rita Vella.  B’hekk beda jghix hawn Malta fejn eventwalment beda jaghmel shows bil-juggling, magija u anke fire-eating.  Maz-zmien it-tifel tieghu – Gharles Tahir, li jigi n-nannu ta’ Aleandro kien inspira ruhu minn missieru Anthony u b’hekk beda jaghmel shows tal-magija hu wkoll.  B’hekk Aleandro gej minn familja li l-magija donnha bhala tintiret minn generazzjoni ghal ohra.  Illum il-gurnata, fil-fatt, mhux l-ewwel darba li Aleandro jiret xi magic shows zejda li jkollu bbukjati nannuh Gharles.

Staqsejt lil Aleandro b’liema modi studja l-magija tant bis-serjetà.  “In-nannu Gharles Tahir ghallimni hafna.  Anke ohti – Andreana ghallmitni hafna.  Imbaghad missieri kien jghini hafna finanzjarjament billi kien jixtrili tricks godda mill-Ingilterra.”

Mistoqsi liema tip ta’ trick tal-magija jhobb jaghmel l-aktar, Aleandro wegibni: “Joghgbuni l-aktar it-tricks bil-hamiem jew fniek, jew xi tip ta’ annimal iehor.  Inhobb nuza tricks li fihom il-hajja.  Naraha xi haga impressjonanti specjalment fuq it-tfal.  Bhalissa fil-fatt ghandi genn biex nixtri papra halli nibda nuzaha f’xi trick.”  Barra minn hekk fissirli li l-aktar li jhobb huma shows serji u fuq stil orjentali.

Bzonn ta’ assistenta tamparu

Zied jghidli wkoll li jixtieq hafna li jkollu assistenta tal-età tieghu.  Spjegali li tidher li hija difficli ghalih fil-prezent.  “B’hekk fil-bidu ghedtlek li ghadni single.  Kelli tfajliet qabel, izda meta kont insemmilhom il-magija u nitlobhom l-ghajnuna waqt ix-shows, kienu jitgerrxu.  Inhoss li qed nigi affettwat fir-relazzjonijiet tieghi minhabba l-magija.”

Punt interessanti li qajjem waqt din l-intervista, kien li Aleandro qalli li t-tfal bhal donnhom jissahhru wisq bil-magija.  Ghal din ir-reazzjoni, Aleandro jhobb jivvinta stejjer originali ghat-tfal waqt ix-shows tieghu.  “Mhux l-ewwel darba li nkun mistieden ntella’ show waqt xi tieg.  Tinstema ftit stramba, izda l-gharajjes jaghmlu dan biex izommu lit-tfal mistiedna aljenati f’rokna kwieta mieghi.  Tezisti haga li t-tfal bhal donnhom jibzghu mill-magician, il-genituri bhal donnhom jinqdew minn din is-sitwazzjoni bi skop tajjeb”, tbissem jghidli Aleandro.

Mistoqsi xi kemm jiddedika hin  ghall-magija, Aleandro wegibni, “Kuljum issibni nqalleb fi tricks godda.  Dejjem naggorna ruhi bix-xiri ta’ tricks godda u gieli anke nohloq stil tieghi nnifsi ghal xi tricks.  Mhux l-ewwel darba li nixtri xi trick li jkun bla instruzzjonijiet.  Anke whud mill-kotba li nixtri jhalluk b’certu question mark.  B’hekk ikolli nixtri aktar kotba u istruzzjonijiet ghal aktar dettalji”.

Zied jghidli li ghalkemm magic show tinstema’ xi haga facli ghal min jipprattika din il-linja, min- naha l-ohra hija bicca xoghol li tinvolvi hafna studju, preparazzjoni u anke spejjez li forsi ma tantx jidhru f’ghajnejn haddiehor.  “Qabel kull show niehu hsieb nixtri konfetti godda, bziezaq, u kultant anke xi rigali zghar ghall-udjenza tfal li jkolli”.

Kompla jghidli li mhux l-ewwel darba li jigu xi xhur wara xulxin li jkunu kwieti fix-xoghol ghalih, izda min-naha l-ohra jkun hemm perjodi ohra li jpattu ghal dan.  Fosthom insibu zmien il-karnival, precetti u zmien il-Milied.

Ridt niehu l-opinjoni tieghu dwar kemm jahseb li l-magija ghadha tigi apprezzata llum il-gurnata.  Fil-fatt ikkonfermali li l-magija l-aktar li tigi apprezzata hija mit-tfal u mill-anzjani.  “Din ninnotaha waqt kull show.  M’iniex nghid li l-kumplament tal-massa ma tapprezzax il-magija, izda nistqarr li t-tfal u anzjani jafu jidhlu f’dinja ta’ fantasija akbar”.

Dwar jahsibx li f’Malta jistax jibni karriera mill-magija biss, Aleandro wegibni: “Kultant nibqa’ ccassat minn magicians ohra li jghixu mill-magija biss.  Nixtieq hafna, izda naraha difficli ghal hawn Malta.”

Fl-ahhar nett Aleandro qalli li minkejja li hu jidher bhala one-man show waqt kull magic show tieghu, xorta wahda jkollu l-ghajnuna minn wara l-kwinti.  Fil-fatt ha l-opportunità minn din l-intervista sabiex jirringrazzja lil tal-familja tieghu li jinsabu warajh bl-ghajnuna taghhom.

Din l-intervista saret gewwa ‘The Gaffè Bottega’, li jinsab fil-Marina Hotel, Tigne Seafront, Tas-Sliema.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy AM Showers Scattered Showers Mostly Sunny Scattered Showers
12C 13C 11C 11C 9C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata