Thursday
Feb 09th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Il-31 Seminar tal-Kumitati Olimpici Ewropej organizzt f’Malta

E-mail Print PDF
Share

kom_1aUfficjali gholja minn 49 Kumitati Olimpici Nazzjonali Ewropej, kienu f’Malta din il-gimgha biex jippartecipaw f’seminar tal-Kumitati Olimpici Ewropej li sar gewwa l-lukanda Excelsior, bejn il-Hamis u s-Sibt.
Il-Laqgha kienet immexxija mill-President tal-EOG Patrick Hickey li kien mghejjun mill-Vici President Alexander Kozlovsky, is-Segretarju Raffaele Pagnozzi u t-tezorier Kiki Lazarides.

Il-President tal-KOM, l-Imhallef Lino Farrugia Sacco, waqt konferenza stampa din il-gimgha, qal li dan l-avveniment ghandu jtejjeb aktar ir-reputazzjoni ta’ Malta ma’ dawk il-Kumitati Olimpici Nazzjonali li hadu sehem. Huwa privilegg ghall-KOM li jospita din is-sessjoni, specjalment ghaliex kien hawn l-oghla ufficjali fl-isport fl-Ewropa hawn Malta.

“Wahda mill-materji importanti fuq l-agenda kienet li jinholqu loghob Ewropej li jaraw lill-atleti mill-pajjizi kollha, rapprezentati fil-kontinent, jikkompetu fi programm ta’ diversi sport. Din l-idea ilha tigi diskussa, u issa nhatret kummissjoni sabiex tara  jekk dan hux possibli,” qal il-President tal-KOM. “Il-problema dejjem tkun, meta ha jsiru dawn il-loghob, peress li l-kalendarju sportiv huwa mimli hafna.”

Id-delegati fis-seminar hadu sehem ukoll f’forum organizzat mill-Kumitat Olimpiku Internazzjonali, fuq l-awtonomija u l-governanza tajba tal Kumitati Olimpici Nazzjonali.

Il-loghob tal-Mediterran

Laqgha ohra important li saret din il-gimgha fl-Excelsior kienet dik tal-Kumitat Ezekuttiv tal-loghob tal-Mediterran.

L-Imhallef Farrugia Sacco, li huwa wkoll ic-chairman tal-‘Audit Gommittee’ tal-Loghob tal-Meditteran, qal li l-ufficjali ddiskutew fejn ser isiru l-loghob li jmiss fl-2013, li suppost kellhom isehhu f’Volos, il-Grecja, izda d-deadlines ma ntlahqux, anke minhabba s-sitwazzjoni finanzjarja.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Light Rain Shower Showers Mostly Sunny Showers Showers / Wind
8C 12C 11C 9C 10C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata