Issa li l-futbol ghall-klabbs wasal ghal kollox fi tmiemu, kulhadd jibda jitkellem fuq it-Tazza tad-Dinja. Ippermettuli izda biex nitkellem fuq suggetti ohrajn li gabu xi ftit diskussjoni matul din il-gimgha. Jekk kien hemm tim fl-ahbarijiet din il-gimgha kien it-tim ta’ Inter. Tim li wettaq dak li l-ebda tim Taljan qabel ma ghamel, cioe dik li jirbah il-kampjonat, it-tazza Taljana u c-Ghampions League. Mhux hekk biss izda Inter regghu gabu fuq il-mappa tal-Ewropa, pajjiz li kien intesa fl-oghla pozizzjonijiet tal-futbol ta’ klabb. Kien success meritat ghax kien it-tim li barra l-kwalitajiet teknici li kellu, kien ukoll l-aktar tim kattiv u ghattxan ghar-rebh.
Kien it-tim li rega’ ggenera plejers li kienu mwarrbin, bhal Sneijder li kien tnehha minn Real Madrid, u Eto’o li kien imnehhi minn Barcellona. Kien it-tim ukoll li wera l-kollettiv, bl-ebda plejer ma jkun prima donna. Forsi spikkat fuq kulhadd il-figura ta’ Jose Mourinho, l-kowc tant diskuss. Jien ghandi antipatija kbira lejn dan il-kowc, li izda jidher li huwa l-iskop ta’ hajtu li jidher antipatiku.
Mourinho, li l-ewwel kien ma’ Porto u rnexxielu b’sorpriza jsir campjin tal-ewropa, imbaghad mar mat-tim multimiljunarju ta’ Ghelsea u jirbah izda mhux fl-Ewropa. Wara mar ma’ tim iehor li jista’ jaghtih garanzija ta’ ‘money no problem’, Inter, fejn rebah dak li kowcis ohra ma ghamlux fl-ahhar 45 sena.
Izda fil-mument ta’ glorja, meta anke jien li m’iniex partitarju ta’ Inter, fraht u hadt pjacir nara lill-partitarji u plejers jiehdu pjacir, hawn tohrog l-antipatija ta’ ragel li dejjem hu u huwa biss irid ikun protagonista.
Fl-isbah mumenti baqa’ Madrid u ma marx lura Milan mal-kumplament ta’ tim. Ftit wara habbar li ser jitlaq. Li wiehed jitlaq wara li rebah kollox hija decizjoni tajba, izda personalment kont nistenna li jisbah il-Hadd filghodu biex jaghmel dan. U fejn ghazel Mourinho?
Ghazel tim iehor li ghandu motto ta’ ‘money no problem’, Real Madrid. Bhal Inter, Real huma ghattxana ghas-success ghax ilhom ma jirbhu, u ftit li xejn tista tigieh aghar mill-kowcis ta’ qablu. Decizjoni gusta minn kowc bravu, izda li jaf fejn jitfa’ saqajh.
Lura ghal Inter. Polemika ohra li qamet ftit li xejn taghmel sens. Dik li fit-tim m’hemmx plejers Taljani. F’dinja globalizzata bhal din, li jkollok tim kollu barranin, taghmel sens, u jekk Inter ihossu li l-barranin irendu iktar mit-Taljani, anke fil-kampjonat Taljan, allura jaghmlu sew.
U issa min gej wara Mourinho? Zgur li l-kowc li gej irid ikollu bizzejjed kuragg li jidhol f’tim, bl-idea li din is-sena l-aktar li jista’ jaghmel huwa li jirbah daqs ta’ qablu. Xi haga li qatt ma saret u difficli jekk mhux impossibli li ssir.
Qed jissemmew hafna kowcis, izda fil-pole position jien inpoggi lil Fabio Gapello. Intom x’tahsbu?
Din il-gimgha ttiehdu decizjonijiet importanti wkoll mill-Malta Football Association, fejn fethu iktar minn qabel, is-suq ta’ barranin fil-loghba Maltija. Issa jistghu jkunu erbgha l-plejers barranin li jilghabu fil-Premier u ghall-ewwel darba ser ikollna barranin fit-tieni u t-tielet divizjoni.
Hafna mill-klabbs il-kbar isostnu li xi drabi ahjar ikollok barrani milli Malti. Issa sta ghall-klabbs Maltin li jaghtuna ragun fuq dan.
Plejer barrani l-ewwel nett irid ikun ta’ livell superjuri ghal dak Malti. Mhux hekk biss, izda plejer barrani ghandu jkun ta’ servizz lill-klabb fis-settur taz-zghazagh, u anke jigi utilizzat b’mod professjonali.
Minhabba li klabb tal-Premier issa jista’ jkollu mill-inqas erba’ plejers barranin, issa nistghu nersqu iktar ghal dak li ghamlu Valletta, li l-klabbs jifthu parti professjonali.
Il-kowcis inkarigati ghandhom jaraw li jkun hemm programm ta’ tahrig filghodu u filghaxija, biex il-plejers jitharrgu iktar u l-livell jitjieb.
Onestament stennejt ukoll li l-format farsesk tal-kampjonat ta’ pajjizna jinbidel ukoll.
Malta huwa l-uniku pajjiz fejn mhux bil-fors li dak it-tim li jgib l-aktar punti, jirbah il-kampjonat. Izda jidher li l-klabbs Maltin huma kuntenti u allura thalla kollox kif inhu.
Matul din il-gimgha f’Malta kienet organizzata konferenza ta’ Presidenti u Segretarji tal-Kumitati Olimpici Ewropej, laqgha tal-Ezekuttiv tal-Loghob tal-Mediterran u Seminar tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali.
Dawn kollha gew organizzati fi spazju ta’ ftit jiem, u minn dak li smajt mill-barranin, l-organizzazzjoni kienet wahda perfetta. L-organizzazzjoni kienet fdata f’idejn il-Kumitat Olimpiku Malti, li bi sforz kollettiv tal-volontarji tieghu fl-Ezekuttiv, u ohrajn, irnexxielu jaghmel dan b’mod eccellenti.
Il-KOM huwa rispettat hafna barra minn xtutna u nittama li anke f’Malta, mhux biss ikun apprezzat iktar, izda anke fdat iktar. Fl-ahhar sena, jiena hdimt f’dan il-Kumitat, sibt nies dedikati hafna li jhallu xoghol personali taghhom biex jahdmu volontarjament ghall-gid tal-isport. Nistqarr ukoll li minn barra, però, sibt ukoll hafna nies li jridu jfixklu u li xi kultant tistaqsi, imma x’qed naghmel hawn jien?
Fil-gimghat li gejjin jien lest li nkun aktar specifiku dwar dan kollu, u kif tafu meta nikteb din il-kolonna, jien niktibha fl-opijoni personali tieghi u mhux ser ikun hadd li jwaqqafni milli naghmel dan.

| < Prev | Next > |
|---|






