F’laqgha mal-gurnalisti waqt l-iffirmar tal-Protokol mal-Kumitat Olimpiku Taljan, il-President tal-KOM l-Imhallef Lino Farrugia Sacco qal li l-ghajnuna moghtija mill-Kumitat Olimpiku Taljan hija parti mis-success taghna, u l-protokoll iffirmat huwa importanti hafna ghall-isport Malti biex inkomplu nimxu ‘l quddiem. Is-Segretarju Generali tal-Kumitat Olimpiku Taljan Raffaele Pagnozzi rrimarka li dan il-protokoll huwa rabta ohra bejn Malta u l-Italja fejn il-kulturi, mod ta’ ghajxien u kif inharsu lejn l-izvilupp tal-isport huwa simili bejn iz-zewg pajjizi. Ir-relazzjoni bejn Malta u l-Italja tmur lura diversi snin u grazzi ghall-protokoll iffirmat bosta atleti Maltin se jkomplu jibbenifikaw minn ghajununa teknika u programm ta’ tahrig kif sar fl-ahhar snin. Prezenti wkoll kien hemm Rossana Ciuffetti, Direttrici tal-isport tal-CONI, kif ukoll Joe Cassar, Segretarju General tal-Kumitat Olimpiku Malti.
Fl-ahhar gurnata ta’ laqghat tal-31 Seminar organizzat ghall-Kumitati Olimpici Ewropej u tal-Forum organizzat mill-Kumitat Olimpiku Internazzjonali, ltaqa’ mal-gurnalisti Pat Hickey, President tal-Kumitat Olimpici Ewropej. Dan fahhar lill-KOM li laqqa’ madwar 200 delegat minn 49 Kumitat Olimpiku fl-Ewropa. Qal ukoll li ma jeskludix il-possibbilta li jkun organizzat il-Loghob Ewropew u qed isir studju dwar il-logistika u teknika dwar x’jinhtieg biex dan jitwettaq.
L-EOC seminar kien mifrux fuq tlett ijiem. Kienu diskussi bosta temi, fosthom ir-rapport konklussiv tal-Olimpjadi tax-xitwa li saru f’Vancouver, l-Olimpjadi tas-Sajf li se jsiru f’Londra 2012 u f’Rio fl-2016, L-Olimpjadi taz-zghazagh li l-ewwel edizzjoni se ssir din is-sena f’Singapore, u l-European Olympic Festival li se jsir fi Trabzon fit-Turkija.
Giet diskussa wkoll il-problema li honqot il-Loghob tal-Mediterran f’Volos fis-sena 2013.
Pagnozzi kkummenta li f’Laqghat tal-Kumitat Ezekuttiv li saru hawn Malta, gie deciz illi bord mahtur apposta se janalizza l-ahhar zviluppi li saru biex issir evalwazzjoni ahjar tas-sitwazzjoni ekonomika fil-Grecja, bl-istess Kumitat Organizattiv ser jitlob garanziji finazjarji ohra lil amministrazzjoni ta’ Volos.
Set as favorite
Bookmark
Email This
Kummenti (0)

Ikkummenta
| < Prev | Next > |
|---|






