Lill-persuna li ghazilt sabiex nintervista llum, ili nafu mhux hazin, ghall-fatt li kien ikun wiehed miz-zghazagh residenti tal-programm Str82dpoint li jiena kont nifforma parti mill-produzzjoni tieghu ghal xi zmien. Kont immur tajjeb mieghu, ghax konna niddiskutu diversi suggetti flimkien, qabel jew wara l-programm. Qed nirreferi ghad-deejay Arthur Caruana.
Minn xi ftit xhur ilu, gie msejjah sabiex jibda jipprezenta l-breakfast show fuq ONE Radio. Talba li laqa’ bi hgaru u beda propju mill-5 t’April li ghadda. Iltqajt mieghu f’Tas- Sliema, sabiex niddiskuti mieghu l-karriera tieghu tul is-snin, kif ukoll dwar xi kurzitajiet personali dwaru.
Arthur ghandu 28 sena, joqghod il-Birgu u fil-prezent jahdem bhala prezentatur tar-radju. Jippreferi t-trankwillità, il-mixi u ovvjament il-muzika. Jiddeskrivi lilu nnifsu bhala persuna determinata. Iqis ruhu bhala cajtier, ghalkemm kif qalli hu stess, mhux ghal kulhadd. Jghid li fil-hajja hu suggettiv u persuna b’saqajh mal-art.
ONE Radio huwa s-sitt stazzjon fejn qed jahdem fih Arthur. Ilu jahdem fuq radjijiet lokali ghal dawn l-ahhar 11-il sena. Kif qalli hu stess iqis dan ix-xoghol bhala xi haga li biha jista’ jinfluwenza lil haddiehor. “Li tibda l-gurnata filghodu lis-semmiegha tieghek hija sensazzjoni sabiha. Inhoss certa relazzjoni mas-semmiegha. Apparti muzika, inkun qed nikkomunika maghhom permezz ta’ informazzjoni dwar affarijiet li jkunu ghaddejja madwarna,” spjegali Arthur.
Jabbanduna l-gugarelli
ghall-casettes
Tant minn dejjem ried li jahdem fuq radju, li minn mindu kien tifel ckejken ftit li xejn kien jaghti kas tal-gugarelli tieghu, hlief li kien jippreferi jirrekordja lilu nnifsu fuq cassette tapes, liema tapes ghadhom ghandu sal-lum. Arthur sostna mieghi li matul is-snin, ir-radju ghenu jibni aktar il-karattru tieghu. Tlabtu jelabora aktar dwar dan. “Bhal kull xoghol iehor jghinek fil-hajja, ghalkemm stajt kont dizappuntat. Però nhoss li mort tajjeb ghalkemm fadalli x’nahdem. Il-fatt li kuljum nitkellem mas-semmiegha jtini energija gdida. F’dawk li huma kunfidenza, mgieba u reputazzjoni, inhoss li gheni wkoll.”
Xi snin ilu, ezatt l-ghada tal-birthday tieghu, Arthur kien ircieva ahbar hazina ghalih – kien ghalaq l-istazzjon tar-radju li kien qed jahdem mieghu. Tista’ timmagina kemm hadha hazin, però, stqarr li kien ghadu zghir u ovvjament hassu daqs li kieku kien tilef oggett ghaziz ghalih. “Però, din l-esperjenza ghallmitni hafna. Ghal mument tahseb li d-dinja waqfet. Hafna drabi jigri li jkun ghadu l-bidu ta’ xi opportunità ohra f’hajtek.”
Aktar ricenti, is-sena 2009 kienet is-sena li introducietu sabiex jibda jwettaq il-holma tieghu, dik li jipprezenta breakfast show fuq radju lokali. Eventwalment, aktar tard, propju din is-sena stess tbissmitlu mod iehor ghax beda l-breakfast show gdid tieghu fuq ONE Radio. “Iva, din is-sena gejt avvicinat sabiex nibda l-breakfast show fuq ONE Radio. Kienu qed ifittxu hoss gdid ghall-istazzjon u prezentazzjoni aktar friska bil-jingles. Bdejna nahdmu fuqha minn Jannar ta’ din is-sena, u meta bdejt f’April li ghadda, nammetti li kont ecitat. Ridt nadatta l-istil tieghi ghal udjenza differenti minn dik li kont imdorri biha qabel. Izda qed nimxi mat-tir tieghi, dak li xorta wahda nattira lis-semmiegha ta’ qabel u xorta wahda nibqa’ Arthur”, sostna mieghi.
Ma stajtx ma nistaqsihx dwar il-hin bikri ta’ kull filghodu fost il-gimgha. Izda bla tlaqliq, Arthur fissirli li l-hin kmieni ta’ filghodu ma jaffetwahx tant. “Il-fatt li nqum kmieni hafna ghal oggett li nhobb naghmel, ma nsibix difficli”, tbissem jghidli Arthur. Fuq l-istess nota ridt inkun naf jekk filghaxijiet jaghmilx sagrificcji bhal ikollu jorqod kmieni biex l-ghada jqum tajjeb. “M’ghandix xi hin partikolari x’hin norqod, izda meta norqod dik is-siegha wara nofsinhar wara r-radju tghini hafna”.
Jekk forsi tahsbu li xoghlu huwa biss dak ta’ filghodu waqt li jkun fuq ir-radju, sejrin zmerc. Fil-fatt dan it-tip ta’ xoghol jinvolvilu hafna xoghol ta’ ricerka u preparamenti minn jum ghal jum. Hallejt f’idejh sabiex jispjegali ahjar. “Ta’ kuljum inzomm ruhi aggornat b’dak li jkun ghaddej u qed jigri madwarna. Kemm f’dik li hija muzika u anke xi ahbarijiet kurjuzi. Jien nemmen li dak li jinteressa lili, allura ser jinteressa lil xi whud mis-semmiegha, u propju ghalhekk inhobb inwassal din l-informazzjoni lill-kumplament tas-semmiegha.”
Mistoqsi jekk xoghlu sarx fuq ir-radju biss, Arthur ikkonfermali li nista’ nghid kwazi li iva, ghalkemm gieli jaghti l-kaz li jkun involut f’xi zewg avvenimenti ta’ parties matul is-sena.
Tlabtu jaqsam mieghi u mal-qarrejja xi esperjenza li ma jinsa qatt matul il-karriera tieghu fuq ir-radjijiet. “Kull programm huwa esperjenza ghalija. Inhoss li kull jum huwa esperjenza sabiha ghalija matul din il-karriera tieghi.”
Dwar jekk kienx hemm xi esperjenzi kemxejn qarsa ghalih, fi kliemu fissirli li jemmen fi proverbju partikolari. Dan jghid li biex wiehed jara qawsalla li hi daqstant sabiha, wiehed irid jghaddi minn maltempata!!
Xtaqt l-opinjoni tieghu dwar il-parties li jsehhu ta’ kull gimgha u jekk dawn jarahomx assocjati ma’ muzika u drogi. “Difficli tasal ghal xi konkluzjoni. Mhux ser nghid li ma jkunx hemm drogi, izda nafu li dawn jinsabu waqt marci tal-festa, kazini, bars u anke fit-toroq”, stqarr Arthur.
Ridt inkun naf ukoll liema tip ta’ muzika jippreferi. Fil-fatt infurmani li ghalih kull muzika ghandha l-hin taghha. “Mieghi din tvarja sew meta nkun fil-karozza jew id-dar. Li nista’ nghid hu li mit-tip ta’ muzika li nkun qed nisma’, wiehed malajr jinduna x’tip ta’ burdata nkun ninsab fiha.”
Staqsejtu wkoll liema huma l-kwalitajiet li jammira f’persuni tas-sess oppost tieghu. “L-umiltà tirbah ghalija, u li persuna trid tkun down to earth huma l-aktar li nfittex f’haddiehor u finalment l-onestà”.
Fl-ahhar nett staqsejtu dwar ir-romanticizmu. B’sorpriza infurmani li jqis ruhu bhala romantiku komiku. “Ma tantx jien persuna romantika, però ghandi l-modi originali tieghi”, kienet it-twegiba li hallini biha Arthur, filwaqt li ma eleborax aktar, ghalkemm sostna li mhux xi persuna tax-xemghat!!!!
Din l-intervista saret f’The Caffe Bottega’, li jinsab fil-Marina Hotel, Tignè Seafront, Sliema.

| < Prev | Next > |
|---|






