Thursday
Feb 09th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Sentejn

E-mail Print PDF
Share

stefan_zrinzoL-ewwel granet tat-tmexxija ta’ Joseph Muscat urew bic-car il-vizjoni u d-direzzjoni li l-Partit Laburista qed jinghata minn mexxej zaghzugh u dinamiku. L-ghazla ta’ Joseph Muscat bhala mexxej tat sinjal car ta’ bidu ta’ stagun politiku gdid. Ghazla li wriet li l-Partit Laburista huwa lest li jimbarka fuq linja progressiva u modernista Ewropea.


Din il-hidma bdiet mill-ewwel granet b’appell importanti li Joseph Muscat ghamel fl-ewwel laqgha wara l-hatra tieghu bhala mexxej: “Min ma hassux komdu fl-ahhar snin,  gimghat, jiem, ikun fil-Partit taghna, il-bieb taghna jkunu miftuhin u jekk ma jigux huma, immur ghalihom jien. Imma mbaghad irridu nharsu ‘l quddiem biex nattiraw lejna anke nies li qatt ma holmu li nattirawhom lejn il-Partit Laburista, se nkunu qed nistinkaw.”

Il-kelma li ta Joseph Muscat li se nkunu qed nistinkaw zammha. Dan jidher car mill-programm estensiv ta’ xoghol li nbeda, qed jitwettaq u se jkompli jitwettaq u dan biex naghtu l-ahjar lil pajjizna – lill-familji Maltin u Ghawdxin. Programm ta’ hidma li ffoka kemm fuq il-hidma interna fl-istrutturi tal-partit kif ukoll fuq hidma ohra fil-livelli l-ohra tal-poltika Maltija.


Dan kollu gie xprunat minn messagg qawwi iehor li kontinwament ifakkarna fih Joseph Muscat meta jghidilna li: “Dhalt fil-politika biex inbiddel.” Ahna lkoll irridu nifhmu li l-politika ghandha tkun il-mezz li bih inwettqu tibdiliet kbar f’pajjizna biex ninqatghu mill-medjokrità li ddahhal fiha pajjizna mit-tmexxija attwali. F’dawn is-sentejn zgur li l-Partit Laburista investa hafna energija biex jiggedded u jkun mutur ta’ bidla f’pajjizna bi hsieb car li ahna fuq in-naha tal-poplu.

It-tmexxija ta’ Joseph Muscat uriet wkoll il miri li hemm bzonn li jintlahqu. Miri moghnija b’valuri li jfissru dak li hemm bzonn isehh f’pajjizna biex ilkoll nirnexxu. L-oghla mira hija li pajjizna: “mhux ikun tajjeb, mhux li jkun fost l-ahjar, izda li jkun l-aqwa.”

Din il-mira tista’ tinlahaq sakemm ikun hemm id-determinazzjoni u l-energija mehtiega, izda mira wahedha mhux bizzejjed. Tmexxija tajba tehtieg li jkollha valuri tajba li jghinuha taghraf x’inhuma l-ahjar ghazliet ghal pajjizna. Fi kliem Joseph Muscat il-valuri ewlenin huma: “il-valur li t-tfal huma kollha l-istess...imma mbaghad jidhol it-tieni valur...dan huwa l-valur tal-gustizzja socjali li ahna nemmnu fiha…ahna nemmnu li l-gid gej mill-ekonomija, biex tohloq il-gid trid tohloq ix-xoghol.”

Il-hidma li saret sal-lum, tat bidu wkoll biex madwar il-Partit Laburista qed jinbena moviment gdid ta’ nies progressivi u moderati. Moviment li ghandu l-ghan ewlieni li nwettqu l-ahjar ghal pajjizna. Moviment li fih qed jinghadu nies minn livelli u oqsma differenti fis-socjetà Maltija li lkoll qed jifhmu l-htiega li pajjizna ikollu l-ahjar u li jerga’ jibda jirnexxi.

Fl-ahhar sentejn, sehhet hidma li biha tressqu ’l quddiem proposti u ideat kif nistghu nindrizzaw diversi oqsma fosthom proposti biex il-familji Maltin u Ghawdxin jinghataw l-ahjar fl-ghazliet ghal bagit, proposti biex jitmexxa ahjar, proposti biex jinholoq ix-xoghol, proposti kif jitmexxew ahjar l-oqsma tal-energija, proposti dwar kif il-familji Maltin u Ghawdxin ma jgorrux il-piz tal-kontijiet tad-dawl u tal-ilma, ikoll proposti fl-ahjar interess tal-familji Maltin u Ghawdxin.

Flimkien ma’ dawn il-proposti, il-Partit Laburista hadem bi shih biex juri b’mod car fejn l-affarijiet sejrin hazin. Zvela diversi kazi fejn intwera b’mod car il-mod hazin kif qed jitmexxa pajjizna llum. Gie muri bic-car kif is-sistema qed tintuza b’mod skorrett biex jintlahqu ghanijiet li mhumiex l-ghanijiet li jrid jilhaq il-poplu. Is-sistema qed titmexxa b’mod li mhux qed taghti l-ahjar li jixirqilhom il-familji Maltin u Ghawdxin u ghalhekk il-htiega ta’ moviment gdid ghal pajjiz ahjar.

Fl-ahhar sentejn rajna wkoll bidu ta’ triq lejn successi u kisbiet. L-ghazla li ghamel il-Partit Laburista fl-elezzjonijiet ghall-Parlament Ewropew hija bidu importanti ta’ triq li jehtieg li nimxu flimkien u li se tkun qed twassalna ghal dak li rridu nwettqu ghal pajjizna. Is-sentejn ta’ hidma wrew bic-car li dak li Joseph Muscat tkellem dwaru fil-bidu tat-tmexxija beda jsehh.

Il-hidma u l-impenn taghna lkoll ma’ din it-tmexxija se twassal biex verament ikollna pajjiz ahjar.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy AM Showers Scattered Showers Mostly Sunny Scattered Showers
12C 13C 11C 11C 9C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata