Thursday
Feb 09th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Presidenza Spanjola

E-mail Print PDF
Sharemichael_parnisMinn din il-pagna ktibt diversi drabi dwar il-pajjizi tal-UE li kellhom il-presidenza ghat-term stabbilit ta’ sitt xhur. It-termini ta’ sitt xhur jibdew fl-1 ta’ Jannar u fl-1 ta’ Lulju. Normalment il-pajjizi jippreferu l-ewwel term ghall-fatt li t-tieni wiehed hu ftit jew wisq imharbat kemm bil-vaganzi tas-sajf kif ukoll b’dawk tal-ahhar tas-sena. Lulju maghna u digà bdew il-preparamenti ghat-term li jmiss. Fil-prezent il-presidenza qieghda f’idejn Spanja li ser izzommha sal-ahhar ta’ Gunju fejn wara tidhol ghax-xoghol sal-ahhar tas-sena.
Spanja mhux xi membru gdid tal-UE u ghalhekk kellha digà l-opportunità tezercita din ir-responsabbiltà, izda din id-darba Spanja kellha ghadma iebsa xi tmexmex. Iz-zminijiet ma kinux l-aqwa ghall-UE u dak li gara fil-Grecja, u sa certu punt dak li gara gewwa l-Izlanda, mhux biss bil-vulkan izda anke bil-krizi finanzjarja, ghamlu dawn is-sitt xhur difficli ferm ghal Spanja. Minbarra dan Spanja qed tkun imsemmija bhala pajjiz li jista’ jiffaccja problemi serji fil-gimghat li gejjin. Qed iberraq sew u appuntu f’dawn il-granet qed naraw azzjonijiet industrijali u protesti kbar f’diversi pajjizi Ewropej. Il-Portugall, Spanja u l-Grecja jidher li huma l-ewwel fil-lista izda issa zdiedu ukoll l-Ingliterra, l-Italja u anke Franza. Ir-raguni principali ghal dawn l-azzjonijiet hi l-mizuri ta’ awsterità mhabbra mid-diversi gvernijiet.

Ejja ghal mument ninsew ftit l-inkwiet li hawn bhalissa fl-Ewropa u nharsu ftit lejn il-prijoritajiet li kienet ghamlet Spanja qabel ma bdiet il-hidma presidenzjali taghha. L-Agenda li Spanja ghamlet, kienet bazikament maqsuma fuq sitt punti:
• L-implimentazzjoni tat-trattat ta’ Lisbona, specjalment l-arrangamenti istituzzjonali godda hekk kif maqbula mit-trattat.

• L-assigurazzjoni ta’ rkupru ekonomiku, tishih ta’ mudell ghal tkabbir ekonomiku bbazat fuq it-teknologija u r-rikonciljazzjoni bejn ix-xoghol u l-familja.

• Spanja wieghdet ukoll li ser tahdem fuq l-istrategija ta’ Lisbona, li fuq kollox kienet patt wiesa’ ghall-impjiegi u xoghol ta’ kwalità kif ukoll li tmexxi ‘l quddiem id-djalogu socjali.

• Wieghdet ukoll li ser taghti importanza ghac-cittadinanza Ewropea u drittijiet fundamentali u anke li ser tiffoka fuq il-protezzjoni ta’ cittadini Ewropej f’pajjizi mhux tal-UE.

• Evalwazzjoni tal-patt Ewropew ghall-immigrazzjoni u asil biex iggib l-Ewropa zona ta’ libertà, sigurtà u gustizzja. Izzid il-koperazzjoni bejn il-pulizija fl-UE biex tikkumbatti t-terrorizmu u traffikar tad-drogi.

• Finalment Spanja wieghdet ukoll li ser tahdem biex l-UE taghmel ferm aktar dwar suggetti li jolqtu d-dinja kollha bhalma huma l-bidla fil-klima, politika ghall-energija u glieda kontra l-faqar. Specifikat ukoll l-ghan li ssahhah ir-relazzjonijiet mal-pajjizi tal-Magreb, u tizviluppa aktar ir-relazzjonijiet transatlantiki, kemm mal-Istati Uniti kif ukoll mal-Amerika Latina u l-Karibew.
Ghal xi whud dawn jistghu jkunu biss paroli fil-vojt, ghal ohrajn direzzjoni. Kulhadd jista’ jaghmel l-analizi tieghu minn kif ihares hu lejn dak li qed isir madwarna. Personalment nemmen li dawn is-sitt xhur kienu iebsa ferm ghal Spanja u l-UE. Dawk li gejjin ma jidhrux li ser ikunu ahjar, anzi jidhru li ser ikomplu jzidu l-incertezzi li digà hawn.
Nawgura biss li titwaqqaf l-emoragija interna li ghandha l-UE, ghalkemm naf li qed nimmira fl-gholi wisq.
Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy AM Showers Scattered Showers Mostly Sunny Scattered Showers
12C 13C 11C 11C 9C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata