Thursday
Feb 09th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Il-koabitazzjoni ... intom x’tahsbu?

E-mail Print PDF
Share

kevin-mercieca-editur-l-isfera_copyGhaliex sena wara l-ohra qieghed ikun hemm zieda fin-nies li jiddeciedu li jikkowabitaw?  Int favur jew kontra l-koabitazzjoni?  Bdejt l-artiklu tal-llum b’dawn iz-zewg domandi semplici ghax nahseb li f’suggett bhal dan huwa tajjeb li wiehed jirrifletti daqxejn u jara ezattament x’sinijikat fiha l-hajja ghalih, specjalment fejn tidhol ir-rabta ta’ koppja.  Nemmen  fl-ambitù ta’ dan kollu li kulhadd jaqbel li llum aktar minn qabel qedghin nghixu f’socjetà aktar tolleranti biex neghlbu c-cirku vizzjuz tad-diskriminazzjoni  socjali, imma xorta wahda fadal lok ghal titjib.


Ftit tal-granet ilu, fis-17 ta’ Mejju kien l-Jum Dinji kontra l-Omofobija u t-Transfobija.  Il-koabitazzjoni hija frekwenti hafna fost persuni li huma omosesswali, bisesswali u anki transesswali specjalment f’pajjizi bhal Malta fejn l-omosesswali u l-bisesswali m’ghandhomx dritt jizzewwgu.  Int taqbel li l-omosesswali ghandhom jizzewgu? Personalment ma naqbilx li ghandhom jizzewgu ghal diversi ragunijiet fosthom ir-religjon taghna.

Ftit tal-granet ilu kien hemm intervista fuq l-Orizzont,  ma membru tal-Malta Gay Rights Movement(MGRM).  Il-persuna intervistata, Bernard Muscat qal li r-relazzjoni tal-koppja gay hija valida daqs dik ta’ koppja straight.  Dan il-punt li qajjem Bernard huwa vitali ghax forsi hafna li huma eterosesswali jaraw lil koppja gay inferjuri fis-socjetà u din hija mentalità li nahseb maz-zmien trid tinbidel jekk irridu verament inaqqsu d-diskriminazzjoni minhabba l-orjentazzjoni sesswali tal-individwu.


Personalment jien ma naqbilx li persuni gay ikollhom dritt biex jizzewgu, izda naqbel li fir-rigward tal-koabitazzjoni m’ghandhomx isibu lil min jaghmilhom il-bsaten fir-roti.
Nistghu nghidu ukoll li l-koabitazzjoni qed issir popolari ukoll ma persuni eterosesswali. X’huma r-ragunijiet ghaliex koppja eterosesswali tiddeciedi li tikkoabita qabel iz-zwieg?


Jien nitkellem ma’ diversi zghazagh u hafna minnhom jibzghu mir-rabta li jgib iz-zwieg, uhud minnhom ma jemmnux biz-zwieg, filwaqt li ohrajn qabel jizzewgu huma tal-fehma li jikkoabitaw. 
Nahseb ir-rabta taz-zwieg fiha s-sabih u l-ikrah taghha, però biex nkun daqxejn ottimist nahseb fiha aktar sabih.


Ghaldaqstant nemmen li billi qabel iz-zwieg koppja tiddeciedi li tikkoabita, m’hemm xejn hazin, anzi nahseb fiha aktar vantaggi milli zvantaggi. 
L-ewwelnet kemm il-guvni kif ukoll it-tfajla jkunu qedghin jiehdu idea ta’ kif tkun il-hajja ta’ koppja mizzewga, Dan ifisser li jkunu  jistghu wkoll jsiru jafu aktar lil xulxin ghax issa mhux qed jiltaqghu ftit sighat flimkien anzi bil-kontra qedghin jghixu granet shah flimkien.


Galadarba qed tghix gurnata wara l-ohra mal-partner tieghek, ikollok aktar cans tara d-difetti ta’ dak li jkun u ghaliex le qabel iz-zwieg kemm it-tfajla kif ukoll il-guvni jiddiskutu flimkien id-difetti zghar li jkunu sabu f’xulxin biex b’hekk ikun hemm lok ghall-titjib fir-relazzjoni taghhom fil-hajja wara z-zwieg.


Min-naha l-ohra l-koabitazzjoni bhal mitt haga ohra fiha ukoll l-izvantaggi taghha sfortunatament.  Meta koppja jkunu qedghin jikkoabitaw qabel ma jizzewgu, aktar hemm cans li wiehed minnhom mal-inqas problema taqbizlu u minnufih jdawwar fehmtu flok jizzewweg.


Ma jistax jkun li mal-ewwel problema, taqbad u tissupervja.  Jekk tixtieq tidhol ghaz-zwieg, trid tkun ottimist u taccetta li diehel ukoll ghal sagrificji godda f’hajtek.  Issib individwi sfortunatament li jaghmlu uzu mill-koabitazzjoni biex jiggerew ma’ dik u l-ohra, kemm guvintur kif ukoll tfajliet, izda f’Malta personalment ftit smajt kazi ta’ din il-kwalità.


Genwinament nhoss li jekk kull wiehed minna huwa ta’ rieda tajba u verament jixtieq jibni familja maqghuda, ghandu juza’ il-koabitazzjoni mhux ghall-interessi tieghu, izda ghax verament jixtieq li ‘l quddiem iz-zwieg tieghu ma jkunx falliment totali.


Dejjem ftakar li z-zwieg huwa rigal sabih minghand Alla, izda fl-ahhar mill-ahhar int trid tkun biex taghmel uzu minnu bl-ahjar mod...jekk mintix lest ghas-sagrificji li jirrrekjedi z-zwieg, insa li xi darba qatt jista’ jkollok il-familja li dejjem hlomt li jista’ jkollok.


Min huwa interessat jista’  jismaghni nitkellem fuq suggetti attwali li jikkoncernaw liz-zghazagh fuq :  http://www.radjuhompesch.com/new_site/, kull nhar ta’ Tnejn fis-7.30am, repetizzjoni l-Erbgha fit-7.45pm.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy AM Showers Scattered Showers Mostly Sunny Scattered Showers
12C 13C 11C 11C 9C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata