M’hemmx dubju li matul dan ix-xahar l-attenzjoni ta’ kulhadd tkun iffukkata fuq it-Tazza tad-Dinja. Min-nhar il-Gimgha li ghaddiet, sal-11 ta’ Lulju li gej id-dinja kollha se tkun ibbumbardjata b’ahbarijiet mill-Afrika t’isfel, fejn ghall-ewwel darba qed issir il-fazi finali tat-Tazza tad-Dinja tal-futbol fil-kontinent Afrikan.
F’din il-kolonna huwa inutli li nitkellmu dwar min se jirbah u min se jitlef fil-grawnd, ghax fuq hekk qed nisimghu hafna, izda tajjeb li nitkellmu dwar kif din it-tazza qed tohrog messaggi lejn id-dinja kollha. Fil-passat l-Afrika t’Isfel kien il-post razzist per eccellenza. Min ma jiftakarx, anke meta konna izghar, fuq il-bankijiet tal-iskola jghallmuna min kien Nelson Mandela?
Mandela kien l-ewwel President elett minn elezzjoni demokratika bejn l-1994 u l-1999, wara li ghal ghexieren ta’ snin iggieled ghall-ugwaljanza bejn ir-razez, tant li fl-1962 sahasitra gie arrestat ghal 27 sena ghax li kien qed jiggieled din il-battalja gusta. Battalja li rebah bil-kbir, tant li gab lill-pajjiz li tant ihobb, centru ta’ din il-manifestazzjoni enormi li qed tikkulmina f’dan ix-xahar.
Izda d-destin tad-dinja difficli wiehed jifhmu, u Mandela li llum jghodd 92 sena, kellu jghaddi minn diffikulta hekk kif gurnata biss qabel dan kollu, thabbret il-mewt tan-neputija tieghu ta’ 13-il sena f’incident tat-traffiku. L-Afrika t’Isfel ghalhekk trid tikkumbatti glieda ohra, glieda ta’ kuxjenza, bejn luttu ghall-familja Mandela u l-festa li ggib maghha kompetizzjoni hekk kbira.
Filwaqt li l-kuncert ta’ nhar il-Hamis lili personali, u lil hafna nies li jhobbu l-futbol, ftit li xejn interessana. Ic-cerimonja tal-ftuh nahseb li kienet wahda zghira u sabiha. Kienet cerimonja sinjifikanti li verament twassal il-messagg Afrikan lejn l-ghaqda tal-popli, kif wara kollox l-istess Mandela lissen kemm-il darba. Jiena qed nikteb din il-kolonna s-Sibt filghodu meta kont rajt biss zewg loghbiet minn Grupp A, u anke hawnhekk, jidher li din is-sena ser ikollna Tazza tad-Dinja mill-aktar bilancjata.
Jekk forsi tnehhi lis-soliti Argentina, Brazil u zzid maghhom lil Spanja, f’din l-edizzjoni m’hemmx xi tim li jispikka fuq l-ohrajn. Rajna per ezempju li l-Afrika t’Isfel mghejjuna mill-‘home crowd’ jistghu jaghtu sfida tajba, u kienet il-lasta fl-ahhar hin li cahhdithom minn tliet punti, filwaqt li rajna t-tattika li uzaw l-Urugwaj biex irazznu lil Franza. Difiza mimlija plejers, kontra tim li minn-naha l-ohra ftit li xejn prova, anke meta kien bi plejer iktar fil-pitch.
Li wiehed ibassar min se jkun protagnista huwa difficli, specjalment meta din l-edizzjoni kellha numru kbir ta’ plejers injured qabel bdiet il-kompetizzjoni. Lista li ma tispicca qatt ta’ plejers tajbin, lista li wiehed ta’ min jirrifletti fuqha ghax tindika li hemm xi haga hazina f’dan il-futbol, li ma jaghtix pawsa lill-plejers. Il-plejers ghalkemm jithallsu miljuni ta’ liri, m’humiex magni, izda umani, u l-FIFA ghandha tara li tikkontrolla n-numru ta’ partiti li l-plejers ghandhom jilghabu tul l-istagun. Hekk biss nistghu naraw futbol sabih, u anke l-ahjar futbol.
Kif qed nitkellmu fuq it-Tazza tad-Dinja xtaqt li naqsam maghkom ftit kurzitajiet li hargu minn edizzjonijiet tal-passat. Kompetizzjoni li bdiet fl-1930 fl-Urugwaj, u l-ahhar edizzjoni taghha saret fl-2006 l-Germanja. F’dan il-perjodu twil kienu biss darbtejn fejn ma saritx, fl-1942 u fl-1946 fi zmien it-Tieni Gwerra Dinjija.
Il-Brazil rebahha 5 darbiet, segwit mill-Italja 4, Germanja 3, l-Argentina u l-Urugwaj 2, Franza u l-Ingilterra darba kull wiehed. Izda filwaqt li meta rebhu timijiet Ewropej, dawn rebhu kollha fil-kontinent Ewropew, mhux l-istess nistghu nghidu ghal meta rebhuha timijiet minn kontinenti ohra. Filfatt il-Brazil rebhu fl-Amerika ta’ fuq, fl-Asja u anke fl-Ewropa. L-Argentina fl-1986 rebhuha fl-Amerika Centrali.
Jekk jirbhuha l-Brazil mhux biss is-Sud Amerikani jaqbzu lill-Ewropej izda anke jzommu l-100% rekord li jirbhu f’kull kontinent li lghabu. Il-Messikan Antonio Carbajal u l-eks kaptin Germaniz Matthaus ukoll ghandhom rekord, dak li lghabu f’hames edizzjonijiet differenti. Carbajal lghab fl-edizzjonijiet kollha bejn l-1950 u l-1966, filwaqt li l-eks plejer ta’ Inter lghab bejn l-1978 u l-1998.
Il-Brazil minbarra r-rekord ta’ 5 darbiet campjins, ghandhom ukoll rekords ohra. Pele rebah it-tazza tliet darbiet, filwaqt li Ronaldo huwa l-aktar plejer li skorja gowls fil-fazi finali, bi 15-il gowl. Min-naha l-ohra, kienu 13, ir-rekord ta’ gowls skurjati f’edizzjoni wahda, fl-1958 mill-Franciz Fontaine.
Rekord iehor Braziljan huwa dak ta’ personagg li rebah bhala plejer u kowc, u dan huwa ghand Mario Zagallo, rekord maqsum mal-Germaniz Beckenbauer. It-Taljan Vitorrio Pozzo huwa l-uniku kowc li rebahha darbtejn fuq xulxin fl-1934 u l-1938. Interessanti wkoll li l-kowcis kollha li rebhu, kienu mill-pajjiz fejn intrebhet.
Ser ikun Marcello Lippi li jilhaq ir-rekord ta’ Pozzo? Ser ikun Fabio Capello li jsir l-ewwel kowc barrani li jirbah? X’se jkunu r-rekords li se jinkisru fl-edizzjoni ta’ din is-sena?
Nisperaw li jkunu hafna u hafna pozittivi. Filwaqt li nawguralkom futbol sabih, nixtieq nistedinkom biex kuljum bejn is-6:15pm u s-7:15pm tkunu mieghi u mal-mistednin tieghi ghal edizzjoni ohra ta’ Zona Dinjija, fuq ONE TV.

| < Prev | Next > |
|---|








