Thursday
Feb 09th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Il-vera storja tal-mewt tat-Tarzna

E-mail Print PDF
Share

buontempo_stefanWaqt l-ahhar kampanja elettorali, il-Gvern kien stqarr solennement li qed jiggarantixxi l-gejjieni tat-Tarzna.  X’ghamel tista’ tghid malli tela’ bil-maggoranza ta’ nofs siggu?
Lejlet Jum il-Helsien ta’ dis-sena, ghalaq it-Tarzna, iddikjaraha falluta u baghat ’il barra l-ftit haddiema li kien baqghalha.


Il-Partit Nazzjonalista ilu mal-erbghin sena jahseb kif se jhott wahda mill-aqwa azjendi Maltin, jekk mhux l-aqwa wahda, li kienet thaddem l-akbar ghadd ta’ haddiema u tghajjex l-akbar ghadd ta’ familji, barra milli zzomm hajjin is-snajja’ u t-teknologija tal-pajjiz.

U mbaghad lil min qed jghaddiha? Lil kumpanija minn Napli li kemm ilha tahdem bilkemm impjegat aktar minn mija u ghoxrin ruh!
Tghid dawn biss kienu l-ghanijiet veri jew kien hemm ohrajn mohbija wara l-gheluq ta’ azjenda bhal din u l-bejgh taghha lill-kumpanija ta’  Palumbo? Bhal, nghidu ahna, il-kisba tal-medda art li kellha t-Tarzna?


Ghal ghexieren kbar ta’ snin it-Tarzna kienet ghal Malta dak li kienu l-minjieri tal-faham ghall-Ingilterra u l-minjieri tad-deheb ghas-Sud Afrika. Bhal dawn ir-rizorsi ewlenin tal-pajjizi rispettivi, it-Tarzna ta’ Malta kienet izzomm il-polz ekonomiku tal-pajjiz ihabbat. Minnha kienu jiddependu bosta oqsma tal-hajja nazzjonali u hi kien jirnexxilha taghtihom is-sostenn mehtieg kollu.


Minhabba fil-qaghda geografika ideali ta’ Malta, it-Tarzna bil-ghaqal u l-bzulija taghha kienet iggib ix-xoghol bil-bini u t-tiswija tal-vapuri.  Barra minn hekk, il-haddiema taghha tas-sengha kienu jsellfu hilithom fl-oqsma l-ohrajn li bosta drabi lanqas konna nqisuhom ghax drajna nohduhom bhala minn ewl id-dinja.


Fi kliem iehor, it-Tarzna kienet gharfet tiehu hsieb mhux biss l-interessi tal-haddiema taghha izda wkoll tal-pajjiz kollu.


Kieku ma kienx hemm pjan mohmi biex it-Tarzna tinghalaq, stajna bi strategija mahsuba sew u mmexxija bil-ghaqal inwassluha biex issir l-ahjar wahda fil-Mediterran. Kien hemm haddiehor li mexa hekk u kellu success kbir. Qed nghid ghal Singapore.  Kieku ridna naghmlu bhalhom kellna s-sisien fuqiex nibnu u konna naslu bhalhom. Imma jiddispjacini nghid li min-naha tal-Gvern ta’ Fenech Adami u mbaghad ta’ Gonzi ma kien hemm xejn minn dan. Kien hemm biss skopijiet ulterjuri li llum wassluna ghar-rizultat li ghandna ma’ wiccna: wirt nazzjonali mormi u mghoddi bix-xejn lill-barranin.

Sa tletin sena ilu, it-tarznari taghna kienu jhaddmu eluf ta’ haddiema. Fis-snin sebghin, il-Gvern Laburista kien mexxa l-idea li barra mit-tarzna, ghat-tiswija tal-vapuri, kellha tinbena ohra ghall-bini tal-vapuri halli nkunu nistghu nlahhqu ma’ medda usa’ ta’ servizzi fil-qasam marittimu u nsiru aktar kompetittivi. Mexxa wkoll l-idea li jsahhah is-snajja’ marbutin ma’ dal-qasam u b’hekk jinholqu aktar impjiegi. Ghal dawn l-ghanijiet kien sar investiment kbir.


Il-Gvern Laburista ta’ bejn l-1996 u l-1998 fassal tmexxija gdida li tkun thaddan kemm lill-haddiema, kemm lil rapprezentanti tal-Gvern li jkunu fil-Kunsill tat-Tarzna f’isem il-poplu.


L-ewwel u qabel kollox tqieghed il-principju li kellhom ikunu ggarantiti l-impjiegi u l-pagi tal-haddiema. Din, qatt ma kienet haga li tinzlilhom wisq lil dawk tal-Partit Nazzjonalista. M’ghandniex xi nghidu, it-Tarzna riedet tiddiversifika l-medda tax-xoghol taghha biex tlahhaq ma’ oqsma godda tal-hidma marittima, jigifieri mhux biss il-qasam tat-tiswija tal-vapuri. Il-pjan tal-Gvern Laburista u li fil-ftit zmien li ghamel kien ga beda juri s-success li kien immirat lejh. Inghata bidu lill-pjan ta’ modernizzazzjoni tal-makkinarju u lill-programm ta’ tahrig fi snajja’ godda li kellu jiehu sehem fih kulhadd, kemm il-haddiema kemm dawk imsiehba direttament fil-management.


Din il-hidma serja min-naha tal-Gvern Laburista ma tissemmiex wisq. Ghax in-Nazzjonalisti raw kif ghamlu u flok investew bis-serjetà fi pjani ghall-holqien tax-xoghol ghall-haddiema Maltin, investew f’organi u f’mekkanizmi ta’ propaganda fina li ddawwar kollox favur il-partit taghhom u li sa ftit ilu kienu qeghdin jirnexxu gmielhom, ghad li issa, f’daqqa wahda, donnhom tfixklu f’saqajhom u r-realtà tal-hajja iebsa li l-poplu jrid igarrab tahthom qieghda tidher cara f’ghajnjen kulhadd.


Kien x’kien, wara li mill-gdid tela’ l-Gvern Nazzjonalista, dawn il-pjani serji u sostenibbli warrabhom fil-genb u fetah kampanja qarrieqa biex inehhilhom il-fama tajba li kienu bdew jiksbu fost il-poplu. Deher malajr car li l-Gvern Nazzjonalista mhux il-gid tat-tarzna ried imma t-tigrif taghha halli jkun jista’ jmexxi ’l quddiem il-pjani  li beda jahmi snin qabel.


Imbaghad dhalna fl-Unjoni Ewropea u minnufih deher car li t-Tarzna ma setghetx tibqa’ ghaddejja bil-programm specifiku taghha ladarba l-UE ma tippermettix sussidji bhal dak li t-Tarzna kellha bzonn sakemm tkun tista’ tqum fuq saqajha. Pajjizi ohrajn, akbar minn Malta, u mmexxijin minn nies li jafu l-affari taghhom sew, irnexxielhom isibu mod kif iduru ma’ dil-kwistjoni, imma l-Gvern taghna, bejn li mid-dehra m’ghandux il-hila taghhom u bejn li ma kellux ir-rieda li jfejjaq jew jindokra lit-Tarzna, m’ghamel xejn minn dan kollu.


Tal-misthija. Azjenda li dari kienet thaddem aktar minn ghaxart elef ruh kellha tiggarraf biex minflokha tidhol kumpanija li thaddem mitt ruh u xi haga fuqhom!

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy AM Showers Scattered Showers Mostly Sunny Scattered Showers
12C 13C 11C 11C 9C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata