Thursday
May 17th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Il-Prim Ministru GonziPN

E-mail Print PDF
Share

jmicallefAktar ma jghaddi z-zmien aktar inkompli nikkonvinci ruhi kemm Lawrence Gonzi huwa Prim Ministru rresponsabbli. GonziPN  mohhu biss kif se  jibqa’ ggranfat mal-poter u jzomm il-maggoranza ta’ siggu wiehed fil-parlament kuntenta. Ghax l-akbar ugigh ta’ ras ghal GonziPN tibqa’ dik li kemm jista’ jkun ma jibqax ikollu problemi fil-parlament min-naha tad-deputati Nazzjonalisti kull darba li jigi biex jittiehed vot.


U biex izomm lil kulhadd kuntent, GonziPN qed jaghlaq ghajnejh ghal hafna affarijiet u jiddefendi dak li ghal kulhadd ikun jidher indifendibbli ghajr ghalih.
Hudu l-ahhar kaz skandaluz fuq in-nuqqasijiet serji li nstabu fil-ministeru ta’ Dolores Cristina, li wasslu biex l-UE tissospendi xejn anqas minn erba’ miljun ewro f’fondi fuq progarmmi edukattivi ghal studenti Maltin. Bid-decizjoni tal-Kummissjoni Ewropea se jintlaqtu madwar 580 studenti Maltin li issa ghad iridu jaraw kif, u minn fejn se jkunu qed jiffinanzjaw il-programmi edukattivi li applikaw u dahlu ghalihom.

Biex waslet ghad-decizjoni taghha, il-Kumissjoni Ewropea kienet ilha tigbed l-attenzjoni tal-ministeru ta’ Cristina, izda t-tahwid baqa’ ghaddej u ghaldaqstant il-KE kkonkludiet f’Mejju li ghadda li ma kienx fadlilha triq ohra ghajr li tissospendi erba’ miljun ewro fondi disponibbli ghall-istudenti Maltin.


Mill-inkjesta li saret fuq dan il-kaz kienu stabbiliti hafna min-nuqqasijiet li allegat il-Kummissjoni Ewropea, u konsegwenza t’hekk irrizenjaw tliet ufficjali mill-minisiteru ta’ Cristina, fosthom s-segretarju permanenti fil-ministeru taghha.


Izda mill-konkluzjoni tal-inkjesta rrizulta fatt importanti hafna li fil-fehma tieghi huwa l-aktar wiehed importanti. Dolores Cristina kienet taf bit-tahwid li kien ghaddej. Tant, li skont l-inkjesta, sitt xhur qabel is-sospensjoni tal-fondi mill-KE, il-ministru Cristina hadet sehem f’laqgha apposta fejn kienet diskussa l-korrispondenza kollha tal-KE u l-kaz kollu kemm hu.

Fuq dal-kaz tant serju kkorraborat minn fatti konkreti, Dolores Cristina triq wahda kellha, u ghad ghandha. Dik li tkun mara bizzejjed li tammetti n-nuqqasijiet taghha, terfa’ r-responsabiltà ministerjali, u tirrizenja. Kif tafu, mhux talli ma rrizenjatx, talli bil-wicc tost kollu Dolores Cristina qaltilna li ma kinitx ser tirrizenja ghaliex il-kaz ma telax fuq livell politiku. Tajba wkoll, gdida din. Mela jirrizenjaw tliet ufficjali fil-ministeru li jaqghu taht ir-responsabiltà diretta taghha, fosthom, l-eqreb persuna tal-ministru f’kull ministeru, is-segretarju permanenti, u jkollha l-ardir tghid li dal-kaz ma telax fuq livell politiku. Apparti mill-fatt u ghalhekk li fil-fehma tieghi jibqa’ l-aktar wiehed importanti, li l-inkjesta, iva, stabbilixxiet li sa sitt xhur qabel is-sospensjoni tal-fondi, Dolores Cristina kienet taf bit-tahwid li kien ghaddej u x’konsegwenzi kienu se jinqalghu minhabba dan it-tahwid.

Fil-pajjizi Ewropej kollha dal-kaz kien iwassal ghar-rizenja mmedjata tal-ministru. Imma hawn Malta le. Ghan-Nazzjonalisti l-poter huwa sagru. L-ebda tahwid u rregolaritajiet ma jwassluhom biex f’gieh is-serjetà, it-trasparenza, u l-kontabiltà lejn il-poplu Malti u Ghawdxi xi hadd minnhom jerfa’ r-responsabiltà t’ghemilu.

Hu propju hawn fejn tidhol l-irresponsabiltà tal-Prim Ministru GonziPN. Jien konvint li Dolores Cristina ma rrizenjatx fuq dan l-iskandlu ghax sabet lil GonziPN jiddefendiha. U kif!

Personalment ma ridtx nemmen lill-ghajnejja meta qrajt x’irrisponda lill-gurnalisti GonziPN meta staqsewh x’ghandha taghmel Dolores Cristina. Ir-risposta ta’ GonziPN kienet: ‘’Niskanta kif se tibqghu tistaqsuni l-istess mistoqsija”. GonziPN jissokta jghid: ‘’Il-kaz qatt ma skala fuq livell politiku, u l-ministru Cristina thalliet fil-ghama min-nies tac-civil u ghalhekk m’ghandhiex ghalfejn terfa’ r-responsabiltà fuq il-kaz’’.

Ghalija, ir-risposta, u l-atitudni ta’ GonziPN huma skandaluzi daqskemm hu skandaluz ghalfejn mijiet ta’ studenti sfaw vittma tat-tmexxija rresponsabbli minn wahda mill-ministri fost l-aktar favoriti ta’ GonziPN.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Mostly Sunny Partly Cloudy AM Showers / Wind Partly Cloudy / Wind
19C 23C 24C 25C 24C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata