F’dawn il-granet jahbat propju id-39 sena minn meta l-Partit Laburista rebah l-elezzjoni generali tal-1971 li kienet saret fit-12, 13 u 14 ta’ Gunju. Kienet elezzjoni li ntrebhet litteralment b’nofs tuzzana voti li kienu jhollu u jorbtu mhux biss fil-hames distrett, imma fil-bqija ta’ Malta u Ghawdex. Kienet elezzjoni li ntrebhet wara hafna taqtigh ta’ qalb u ta’ recounts fuq recounts, avolja dakinhar il-Partit Laburista kien rebah b’maggoranza assoluta ta’ 50.8% ghal 48.1% li kienu gabu n-Nazzjonalisti.
Kienet elezzjoni li ntrebhet wara perijodu relattivament twil, bil-Partit Laburista jitlef zewg elezzjonijiet infila minhabba l-impozizzjoni tad-dnub il-mejjet – is-sejf li kien niffed il-qalb u r-ruh ta’ hafna partitarji Laburisti, li minkejja kollox, 51,000 suldat tal-azzar xorta zammew sod mal-principji politici li kienu jhaddnu.
Fl-1971, il-Partit Laburista ghamel rebha storika u kien tela’ bi program elettorali mill-iqsar ghal dawk li huma kliem u pagni, imma li kien jelenka l-principji u l-valuri li nebbhu programm ta’ gvern imballat daqs bajda. Mhux bis-slogans u bil-vizjonijiet u weghdi bla temma, imma azzjoni u hidma konkreta Ii biddlu lil Malta mill-qiegh u ttrasformaw lis-socjetà taghna minn wahda primittiva u medjevali, ghal wahda aktar miftuha u moderna.
Il-limitazzjonijiet finanzjarji li kellu jahdem bihom il-Prim Ministru Mintoff dak iz-zmien, kienu tant kbar li lanqas kellu minn fejn ihallas il-pagi lill-impjegati tac-Civil fl-ewwel xhur tal-amministrazzjoni tieghu. F’temp ta’ ftit snin jekk mhux xhur, mhux biss kien irnexxielu jinnegozja mill-gdid il-ftehim mal-Inglizi, imma kien irnexxielu wkoll jitfa’ s-sisien u jifrex ix-xibka tas-servizzi socjali, ikattar l-investiment barrani dirett, specjalment dak Germaniz, fl-industrija tal-manifattura, jintervjeni permezz ta’ investimenti statali f’oqsma bhat-telekomunikazzjonijiet, trasport bl-ajru u bil-bahar, fejn il-privat kien itendi li joqghod lura, u kien ukoll strumentali biex jiddahhlu drittijiet civili bazici bhad-depenalizzazzjoni tal-omosesswalità, iz-zwieg civili, it-tnehhija tal-piena tal-mewt u l-vot liz-zghazagh mat-18-il sena, u li ma kienx ghall-Partit Laburista ma kien isir xejn minn dan kollu.
Naturalment l-iskop li jigi mfakkar avveniment storiku bhal dan, zgur mhuwiex dak li ninfexxu fin-nostalgija jew li nibnu xi mawsulew mimli bil-mummji gejjin lura mill-istorja. Il-kommemorazzjoni ta’ avvenimenti glorjuzi bhal dan, ghandha ssir l-ewwel u qabel kollox biex jinghata gieh li min jisthoqlu u jsir haqq ma’ kull min ta sehmu kbir jew zghir biex Malta hadet is-sura u l-bixra li hadet minn dak iz-zmien, minn depot tal-bahrin u tas-suldati, ghal gzira nazzjon li taqla’ x’tiekol mill-bzulija u mill-hidma onesta ta’ niesha u mhux mill-gwerer shan jew bierda ta’ haddiehor.
Grajja storika bhalma kienet ir-rebha Laburista tal-1971 ghandha sservi wkoll ta’ ispirazzjoni qawwija fil-hidma politika taghna llum, imma mhux biex nirreplikaw politika li kienet taghmel hafna sens fi zmienha imma li mhux bilfors ghadha tghodd ghaz-zminijiet tal-lum.
Infakkru, nikkomemoraw u naghtu gieh lil min haqqu biex fuq kollox nikkargaw irwiehna, mill-kuragg, determinazzjoni u dinamizmu ta’ dawk ta’ qabilna li ma qatghu qalbhom minn xejn, avolja kellhom hafna x’jaqtghalhom qalbhom.
Il-politika tista’ tinbidel u taggorna ruhha maz-zminijiet u skont il-bzonnijiet, imma l-principji u l-valuri huma inaljenabbli u ma jaghtu kont ta’ ebda zmien. Imma fl-ahhar tal-gurnata l-valuri u l-principji ma jezistux biex jitellghu fuq xi artal u jitqieghdu f’bozza, imma wiehed ihabbel mohhu u jara l-hin kollu x’se jaghmel biex jittraducihom u jaddattahom ghar-realtajiet li qeghdin nghixu.
Il-valuri tal-gustizzja socjali, tal-gustizzja distributtiva, li min m’ghandux jghix ma’ min ghandu, li thobb ‘l ghajrek bhalek innifsek, huma valuri eterni li ghandhom l-gheruq taghhom fil-Vangelu u qabel il-politika kif nafuha llum, u ghalhekk ma jmutu qatt. Imma l-akbar tahbil il-mohh ghal min jemmen f’dawn il-valuri huwa kif se jinholoq il-gid biex jingabru taxxi li ma johonqux it-tkattir tal-gid, u bizzejjed biex isostnu t-twettiq tal-gustizzja socjali. Minghajr il-holqien tal-gid, ma jistax ikun hawn gustizzja socjali u biex jinholoq il-gid, ma jfissirx li ghandna nnaqqsu u nnaqqru mit-tifsira tal-gustizzja socjali.
Dak li nkiseb mill-14 ta’ Gunju 1971 ‘il quddiem, mill-mument li l-Perit Duminku Mintoff inghata l-gurament ta’ Prim Ministru ta’ Malta, jekk xejn jghallimna propju dan.

| < Prev | Next > |
|---|








It-tieni mistoqijja, meta kollox irranga, ghax tnehha d-dnub il-mejjet jekk dak kellux effett retroattiv. Ghalhekk ta min jistaqsi x'effet kellu fuq dawk li lahqu mietu u ndifnu fil- famuza "mizbla". Din mhux cajta meta nafu x'taghlimna l-knisja dwar id-dnub mejjet u l-effet tieghu fuq min imut fi stat ta'dnub mejjet. Mistoqsija daqxejn tqila izda relevanti.Rrelevanti ghax tista tirrepeti ruha fis snien li gejjin, forsi mhux direttament izda b'mod indirett ta konsegwenza dwar is-sugett tad-divorzju.