Ninsab certa li hafna minnkom gieli rajtuha tipprezenta xi programm fuq it-televizjoni lokali. Ohrajn jista’ jkun li jafuha personalment, u xi ohrajn jista’ jaghti l-kaz li ser issiru tafuha aktar mill-vicin permezz ta’ din l-intervista tieghi ma’ SVETLANA MUSCAT.
Ftehemt u ltqajt maghha go lukanda Tas- Sliema. Wasalt fuq il-post ftit qabel, u b’hekk kelli ftit cans noqghod nuza l-internet fuq in-netbook gdid tieghi, filwaqt li niehu tazza nbid ghall-kwiet sakemm isir il-hin u titfacca Svetlana. Ghaddew ghaxar minuti mill-hin miftiehem, però ma jimpurtax, kont qieghda aljenata nghaddi l-hin.
F’hin minnhom tasal Svetlana u nilqghu lil xulxin daqs li kieku ilna nafu lil xulxin ghal zmien twil. Nitfi n-netbook u mal-ewwel naqbdu nitkellmu fuq haga u fuq ohra. Wara ftit bdejt nispara d-domandi tieghi li kont hejjejt ghaliha.
Svetlana Muscat ghandha 25 sena, hija omm ta’ tifel ta’ hames snin, u toqghod il-Marsa, però tinsisti li hija mill-Hamrun. Bhalissa tahdem fic-Centru Nazzjonali Laburista, kif ukoll tipprezenta fuq ONE. Bhala passatempi thobb il-facebook, l-ghawn fis-sajf u s-safar.
Mitluba tiddeskrivi lilha nnifisha mieghi, Svetlana hassitha daqsxejn daharha mal-hajt, ghall-fatt li skont hi hija domanda difficli. “Qed nghid difficli, ghax hadd ma jiehu pjacir ifahhar lilu nnifsu. Però jkolli nghid li jiena sinciera u naf inkompli ma’ kulhadd. Inhobb nidhak, dejjem sakemm ma nkunx bihom, u jiena daqsxejn rasi iebsa. Fil-fatt jekk indahhal f’mohhi li nkun irrid xi haga, ser nara x’naghmel sabiex nibqa’ sakemm nakkwistaha. Haga ohra dwari hi li jiena vanituza hafna. Kull mera li ser ikun hemm ghid li ser tarani nhares lejha”, tbissmet tghidli Svetlana.
Naqbad diskursta maghha dwar il-bidu tal-karriera taghha fuq il-media lokali. Tghidli li minn ckunitha kienet titla’ fuq il-mejda tal-kcina tipprezenta lil ohtha z-zghira sabiex tizfen, anke jekk din ma kienx ikollha aptit tizfen! Maz-zmien, wara li temmet l-iskola, madwar erba’ snin ilu, kien Gino Cauchi li kien avvicina lil Svetlana sabiex tipproduci u tipprezenta programm. Fil-fatt kienu hargu bl-idea tal-programm Homes, fejn din kienet l-ewwel esperjenza taghha u minn dak iz-zmien ‘l hawn ma waqfitx tipprezenta skeda wahda. Wara Homes, kellha programmi ohra bhal Bikini, Trid Tarah, Ghall-Frisk u Matineè.
Indawwar l-intervista dwar Svetlana bhala omm. Tghidli li saret omm ghall-ewwel darba meta kellha 19-il sena. “It-tifel tieghi huwa hajti. Inhares lura nghid li kont verament zghira, u llum ir-responsabiltà hija kbira, specjalment fis-sitwazzjoni taghna, bla missier ghat-tifel. Idejjaqni l-fatt li xi whud mit-tfajliet jahsbu li biex ikollok tarbija hija avventura. Il-vantagg li nara fil-kaz tieghi hu li t-tifel qed jikber mieghi”, sostniet Svetlana.
Tghid ukoll li r-relazzjoni taghha ma’ binha hija wahda sabiha hafna. “Bejnietna hemm bond kbira. Huwa bhal habib tieghi u mhux l-ewwel darba li naqbdu diskursata bejnietna – ovvjament bil-mod semplici tieghu.”
Nistaqsiha kemm issibha tqila jew facli li tghix ta’ single mother hawn Malta. “Nghid li hija kemmxejn difficli fuq hajja personali. Fil-kaz tieghi ghandi aktar responsabiltà ghax kollox wahdi u fuqi. Zvantagg iehor hu li dak li jkun jista’ jkun li jingibed lura meta jsiru jafu li persuna hija single mother. Niehu minni, infittex guvni li l-ewwel irid ikun lest li jhobb lit-tifel tieghi, imbaghad lili”, stqarret Svetlana.
Akkanita ghall-festa tal-Hamrun
Minn informazzjoni li kont ksibt qabel ma mort ghal din l-intervista, kont naf li Svetlana ghandha ghal qalbha hafna l-festa tal-Hamrun, ghall-fatt li hija mghammda hemm. Fil-fatt hija l-unika gimgha li hi taghha biss. B’hekk iddiskutejt dan kollu maghha. “Matul dik il-gimgha ssibni hemm mit-Tnejn sal-Hadd. Inhobbha wisq. Inkun ma’ shabi u specjalment il-marc ta’ filghodu ngawdih bil-kbir.”
Ingibilha argument dwar sitwazzjoni li tista’ ssehh u nitlobha tghidli xi tkun ir-reazzjoni taghha. Ghal waqt dik il-gimgha tal-festi, tigi mitluba tiffilmja xi haga importanti, u li bl-ebda mod ma tkun tista’ tfallih. Fil-pront Svetlana qaltli li mhux l-ewwel darba li gratilha din is-sitwazzjoni, imma s’issa dejjem sabet soluzzjonijiet. “Jekk imbaghad din ma tkunx tista’ tigi solvuta, naghzel li mmur ghall-filming, bir-ragunament li l-festa terga’ tigi, imma l-filming le.”
Bla dubju ta’ xejn, l-ikbar sodisfazzjon ghal Svetlana huwa meta lura fis-sena 2007, rebhet award ghal Best Upcoming Talent ghall-programm Bikini. Dan kollu wara biss sena li kienet ilha li bdiet fuq it-televizjoni. Il-kummenti ta’ Svetlana dwar dan kienu li bla dubju kienet l-isbah esperjenza li qatt kellha fix-xena tal-media. “L-aktar bicca importanti ghalija kienet li l-award ksibtu ghax-xoghol li ghamilt jiena matul dik is-sena, u l-isbah ghax kienet ghadha l-ewwel sena li kont bdejt. Unur veru sabih li nghozz”, sostniet Svetlana.
Kalamita ghat-televizjoni
Madankollu, Svetlana ssostni li ma timmaginax hajjitha ma tahdimx fuq it-televizjoni. “Tant drajt li bhal dahlet fija. Gieli jigu mumenti fuqi fejn nghid nieqaf ghal ftit, izda wisq nibza’ li jekk nieqaf, perezempju ghal skeda ta’ tliet xhur, nibza’ li nsibha bi tqila biex nerga’ nkompli. Allura l-fatt li qed nibqa’ ghaddejja skeda wara skeda qed ittini dik l-energija bizzejjed biex izzommni ghaddejja.”
Bhalissa ghal min jixtieq isegwi lil Svetlana fuq ONE TV, kull nhar ta’ Sibt waranofsinhar bejn is-1.45pm u l-4.45pm, qed tipprezenta l-programm Matineé flimkien ma’ Rennie Vella. Fadallu ghaddej sal-ahhar ta’ Gunju li gej. Programm mimli divertiment, intervisti, quiz, informazzjoni dwar moda u sahha, u sessjoni ghall- adozzjoni tal-klieb, fost ohrajn.
Staqsejtha kif normalment thobb tqatta’ tmiem il-gimgha taghha u infurmatni li l-weekend huwa l-mument li tkun libera. Mhux l-ewwel darba jew tnejn li tmur Paceville ma’ shabha, s-Sibt filghaxija thobb tinzel sal-Mellieha ghal xi drink. Il-gurnata tal-Hadd thobb tqattaghha rilassata, filwaqt li tqatta’ xi hin ghall-kwiet mat-tifel.
Nitlobha l-opinjoni taghha dwar il-plastic surgery u bla tlaqliq tghidli li taqbel. “Nemmen li la l-plastic surgery jezisti u huwa mod kif wiehed jista’ jirranga lilu nnifsu, allura nghid jiena ghaliex wiehed m’ghandux jaqbel u jutilizzah!!”, stqarret Svetlana.
B’kurzità staqsejtha lejn xiex thares l-ewwel meta thares lejn persuna tas-sess oppost, u xi tfittex l-aktar minn ragel. Tbissmet u wegbitni: “Qabel kont inhares lejn il-looks, izda maz-zmien tghallimt li l-looks ma jfissru xejn. Illum il-gurnata nhares lejn il-karattru. Infittex ukoll persuni li jidhru poshy u jhobbu jilbsu l-glekk. Ma jridux ikunu strambi, anzi jridu jkunu friendly u cajtiera”, fissritli Svetlana.
Dwar l-affarijiet li jdejquha mill-hajja ingenerali, Svetlana qaltli li certu qlajjiet ma tistax ghalihom. “Kemm-il darba jitkellmu dwari bla ma jkunu veru jafuni. Dik il-haga ddejjaqni wisq.”
Fl-ahhar nett tlabtha tizvela mieghi xi progetti futuri li ghandha jistennewha. Fil-fatt infurmatni li ghas-sajf li gej ser ikollha programm gdid u kbir hafna u f’Ottubru li gej tkompli fuq Matineé.
Fl-ahhar u mhux l-inqas, Svetlana qasmet xewqa mieghi: dik li xi darba tahdem fuq kampanja dwar il-vjolenza domestika. “Jiena persuna li nemmen li hadd mhu ghas-swat, lanqas l-annimali, ahseb u ara l-bniedem”, temmet tghidli Svetlana filwaqt li zvelat mieghi li wahda mill-holmiet taghha hija dik li xi darba tipprezenta l-Malta Song Festival !
Din l-intervista saret f’The Caffe Bottega’, li jinsab fil-Marina Hotel, Tigne Seafront, Tas-Sliema.

| < Prev | Next > |
|---|








