Issib hafna persuni ffissati fuq haga jew fuq ohra. Hawn min b’mod esagerat, u ssib ohrajn b’mod moderat. Hsibt li niffoka fuq min hu dilettant u ffissat fuq kantanti, u propju ghazilt Malti li jhobb wisq lil Elvis Presley. Tant hadha bis-serjetà, li l-ahhar xoghol li kellu ta’ delivery person telqu propju ghalhekk. Qed nirreferi ghal Gordon Elvis.
Tkellimt ma’ Gordon Elvis dwar din il-fissjazzjoni tieghu, tant li anke jghix u jmantni hajtu billi jimita lil Elvis fix-shows tieghu. Ghad ghandu 26 sena u joqghod Tamworth, l-Ingilterra. Ismu propja huwa Gordon Barbara. Fil-prezent hu gharus lil Louise Spiteri u jahdem bhala entertainer jew ahjar Elvis Tribute Artist. Jghid li lanqas biss iqisu bhala xoghol ghaliex qed jaghmel xi haga li jhobb. Bhala passatempi jhobb jisma’ hafna l-muzika u jsegwi l-futbol.
Gordon Elvis fissirli kif minn zmien ghal zmien ihobb jghin lil haddiehor mill-ahjar li jista’. “L-Ingliterra gieli naghmel charity nights sabiex jingabru xi flus ghal nies fil-bzonn”, beda jghidli Gordon Elvis.
Ma stajtx ma nistaqsihx kemm ilu ffissat u fuq kollox jimita lil Elvis Presley. Apparti hekk, ridt inkun naf ghaliex propju Elvis Presley u mhux xi kantant iehor. “Ili nammira lil Elvis minn meta kelli biss tliet snin u dan kollu ghax il-genituri tieghi, Pauline u Saviour Barbara, huma t-tnejn dilettanti ta’ Elvis. Allura d-dar dejjem kont nisma’ l-muzika tieghu u baqghu go mohhi.
Id-diski ta’ Elvis ma nibdilhom ma’ xejn ghax vera joghgbuni u kollha fihom storja. Dawn id-diski qatt ma jmutu. Nammira lil Elvis mhux biss ghax ghandu kanzunetti sbieh, imma wkoll ghax kellu qalbu tajba u kien jghin hafna lin-nies”, spjega ruhu sew mieghi.
Ihalli lil Malta
Lura ghall-20 ta’ Mejju 2009, Gordon Elvis kien halla Malta sabiex imur jghix l-Ingilterra, u jkompli bil-karriera tieghu. Però kkonfermali li xorta ghadu jigi Malta meta jkun jista’, sabiex jara lill-familja tieghu u jaghmel xi shows. “Hafna fans Maltin ghadhom jibaghtuli fuq il-websajt tieghi u fuq Facebook. Peress li hi art twelidi, meta nkun gej, nipprova naghmel minn kollox biex navza lil kulhadd u tiskanta kemm japprezzaw.”
Zied jghidli li f’Malta jista’ jghid li ghamel kollox bhala Elvis Tribute Artist u li ghamel dan il-pass li jitlaq minn Malta ghax l-Ingliterra hemm hafna aktar opportunitajiet u ghandu cans jattendi aktar festivals u juri t-talent tieghu aktar fil-berah.
Ta’ min jghid li hajjet Gordon Elvis hija bazikament imdawra l-hin kollu ma’ dak kollu li ghandu x’jaqsam ma’ Elvis. Hallejt lilu jispjegali ahjar.
“Iva, jien hajti kwazi Elvis biss. Dan ghaliex huwa x-xoghol tieghi, allura nqatta’ hafna sighat nara l-kuncerti tieghu ghal darba tnejn u naqra fuqu wkoll, ghax tajjeb li tkun taf fuq il-kantant li tkun qed timita u mhux kemm tkanta biss. Jien lil Elvis nipprova nistudjah minn meta beda sal-ahhar. Dejjem nara kif kien jaghmel waqt il-kuncerti tieghu halli x’hin jarawni n-nies jibdew igibu l-memorji ta’ Elvis, bhal kif kien jiccaqlaq. Infatti hafna nies jghiduli li lehni u l-movimenti qed isiru jixbhu hafna lil ta’ dan il-kantant.”
Tkellimt mieghu wkoll dwar xi unuri li kiseb s’issa tul kemm ilu jahdem bhala Elvis Tribute Artist. Fil-fatt, b’wiccu minn quddiem sostna li l-unuri ghadhom ma waqfux.
“Meta bdejt nimita lil dan il-kantant jiena kont mort Wales ghal kompetizzjoni u gejt ivvutat bhala l-aqwa Elvis Tribute Artist fix-xahar ta’ Dicembru 2007 mal-kumpanija Rock Promotions l-Ingilterra. F’Settembru tas-sena 2009 kont ergajt mort Wales ghal kompetizzjoni ohra bl-isem Porthcawl Elvis Festival u kont gejt inkurunat bhala The Best Festival Elvis 2009. Fl-istess kompetizzjoni kont ukoll hadt l-unur bhala Best 68 Comeback Elvis 2009 li Charles Stone li kien former tour manager ta’ Elvis qal li jien l-unika ETA li rbaht zewg unuri fl-istess avveniment. F’Jannar ta’ din is-sena mort ukoll Blackpool Elvis European Championship u gejt ivvutat wiehed mill-aqwa Elvis Tribute Artist fl-Ewropa. Bhala Malti jien meqjus wiehed mill-aqwa Elvis fl-Ingliterra u f’Malta”, spjegali sodisfatt Gordon Elvis.
Ta’ min jghid li Gordon Elvis kellu l-opportunità li jiltaqa’ ma’ nies li kellhom x’jaqsmu dirett ma’ Elvis Presley bhal Charles Stone li kien tour producer tieghu, Ed Bonja li kien il-fotografu u tour manager tieghu mill-1970-1977, u Joe Esposito li kien road manager u best-man fit-tieg ta’ Elvis!
Haga ohra li jhobb jimxi maghha Gordon Elvis hi li, waqt ix-shows tieghu, kemm jista’ jkun ikun naturali hafna, billi ma jilbisx parrokki jew xi haga ohra. Fi kliemu, qalli, “Ifhem, jien illum il-gurnata kelli nhalli xaghri twil, hallejt is-side burns ukoll biex kemm jista’ jkun nigi naghti lemha lil Elvis. Id-dehra hija importanti hafna meta tkun qed timita lil xi hadd iehor. Ma tistax tkun Elvis, ghax kif dejjem nghid, Elvis wiehed hawn u ma jkunx hawn iehor bhalu. Imma meta tkun fuq l-istage, sabih li lin-nies ittihom dik is-sorpriza li qishom qed jaraw lilu. Il-kostumi li nilbes importanti wkoll ghax trid tkun sew u pulit fuq l-istage kif dejjem kien ikun Elvis. Jien waqt ix-show inhobb nghid xi haga jew naghmel xi haga li kien jaghmel hu stess u dawn kollha titghallimhom billi taqra fuqu u tara l-kuncerti tieghu. L-iktar haga importanti hija li taghmel kuntatt man-nies. In-nies dejjem xtaqu xi haga minn Elvis u gietu idea li jaghmel xalel u jtihom lin-nies waqt ix-show. Jien hekk naghmel ukoll u tiskanta n-nies jistaqsuk ghalihom ghall-inqas hawn l-Ingliterra, u jkunu jriduni li niffirmalhom fuqhom, u jiehdu ritratti. Sabih li jkollok tifkira ta’ dak li jkun, allura dejjem nghid biex ma tinsewx il-kamera”, wegibni Gordon Elvis.
Ghaliex Gordon Elvis?
Interessanti l-fatt li l-istage name tieghu, Gordon Elvis, gie, biex nghid hekk, b’kumbinazzjoni. “Dak kien hemm turist go bar fejn kont inkanta qabel Malta, u wara li spiccajt mill-performance tieghi qghadna nitkellmu ftit dwar il-karriera tieghi, u qalli biex naghmel stage name halli n-nies jibqghu jiftakruni; u niftakar bdejna nsemmu hafna ismijiet. Però jien xtaqt inhalli ismi u staqsini x’ghandi ghal qalbi. Kont wegibtu ‘Elvis’, u allura kien issuggerili Gordon Elvis, u ghogobni tant li hallejtu hekk. Illum il-gurnata ma nistax nibdel l-istage name tieghi ghax hekk sirt maghruf minn hafna nies, kemm Maltin u anke minn pajjizi ohra.”
Illum il-gurnata Gordon Elvis ikanta 350 diska ta’ Elvis u jaghmel is-songs kollha tieghu mis-sena 1956 sal-1977, li hafna ohrajn ma jaghmlux.
“Propju ghalhekk xtaqt li naghmel dan il-pass li nitla’ l-Ingliterra, u hekk ghamilt. L-Ingilterra sibt aktar opportunitajiet ghalija u ghandi futur ahjar ukoll”, sostna mieghi.
Tkellimt mieghu wkoll dwar l-ilbies li jixtri u jilbes sabiex jigi jixbah l-istil li kien jilbes Elvis. Fi-lfatt infurmani li bhalissa ghandu 35 kostum li huma jumpsuits, gold lame jacket, 68 comeback leather suits, puffy shirts, u Gi.Blues Outfit, fost ohrajn.
“Dawn huma kostumi li kien jilbes Elvis. Ftit mill-kostumi li ghandi jiena nixtrihom mill-Amerika, minghand l-istess nies li kienu jaghmlu ta’ Elvis, kumpanija bl-isem ta’ B&K Enterprises. Huma kostumi sbieh hafna u ghandhom certu dettall li jaghmilhom unici, bhalma kien Elvis uniku u kreattiv. Minghand l-istess kumpanija jien xtrajt ukoll gold belt li jiswa $850. Kienu tawh lil Elvis u fuqu hemm miktub Worlds Championship Attendance Record Las Vegas. Kienu tawhulu ghax kien jippakkja s-sala kollha bin-nies. Jiena nzomm dawn il-kostumi fi gwardarobba ghalihom u niehu hsiebhom hafna ghax iqumu hafna flus. L-iktar wahda gholja li ghandi hija l-Aloha Jumpsuit li tiswa $2,900”, kompla jispjegali.
Apparti shows fl-Ingilterra u Malta, Gordon Elvis gieli ghamel shows f’Cipru. Bhalissa ghandu wkoll kuntatti sabiex imur jaghmel shows fl-Amerika.
Kuncert f’Malta f’Mejju
Xi jiem ilu, Gordon kien fostna lura Malta, sabiex jara lill-familjari u hbieb tieghu, kif ukoll jaghti diversi shows madwar Malta. L-akbar show li kellu f’Malta dan l-ahhar kien dak li sar fit-8 u d-9 ta’ Mejju li ghadda fl-Istitut Kattoliku, fil-Furjana – A Tribute to Elvis & Country Music.
“Ghal dan il-kuncert kien hemm udjenza kbira hafna u vera apprezzaw it-talent taghna l-Maltin. Wara l-kuncert in-nies prezenti gew biex jiehdu ritratti mieghi u anke biex niffirmalhom fuq l-iscarfs, u apprezzajt hafna. Kantajt diski bhal Burning Love, Suspicious Minds, American Trilogy u hafna hafna aktar. Nixtieq niringrazzja lil Bronk Produtions tal-fiducja li tawni. Prosit lil Marisa d’Amato ghaliex kantat muzika country, u grazzi lill- Maestro Joe Brown u l-band tieghu, li daqqew mieghi fil-kuncert; kif ukoll lill-backing singers Domenique Azzopardi, Stephanie Vella u Crystal Ellul.”
Fl-ahhar nett xtaq jirringrazzja lill-familjari tieghu, kif ukoll lit-tfajla tieghu u anke lil tant persuni li jtuh appogg qawwi.

| < Prev | Next > |
|---|






