Thursday
Feb 09th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Analizi bla kantunieri

E-mail Print PDF
Share

mark_cutajarIssa li ghaddiet ftit iktar minn gimgha mill-bidu tat-Tazza tad-Dinja, wiehed digà  jista’ jfassal ftit bilanci li ghalkemm huma prematuri, ghax jiswa biss min jirbah fl-ahhar, zgur li dawn il-bilanci jistghu jaghtu indikazzjoni ta’ kif ser tkompli il-kompetizzjoni.

Kompetizzjoni li qed issir fl-Afrika t’Isfel u mill-ewwel irridu nghidu li ghalkemm kien hemm hafna biza’ ghax din ser tkun l-ewwel kompetizzjoni fl-Afrika, nistghu nghidu li kollox sejjer tajjeb. L-organizzazzjoni sew fl-istadiums, kif ukoll fil-postijiet ta’ tahrig qed tkun tajba u anke meta kien hemm xi problema, perezempju meta kien hemm l-istrajk tal-istewards, din giet solvuta mill-ewwel.

L-ebda tim u anke dawk li normalment igergru fuq kollox, ma lmentaw, u dan juri li verament l-Afrika t’Isfel s’issa qed izzomm il-livell li wiehed kien jistenna. Jekk forsi rridu nsib difett li dejjaq lil hafna, bla dubju ta’ xejn kienu l-vuvuzelas, dik it-trumbetta twila li ghandha hoss qawwi li huwa iktar minn dak regolamentari.


Huwa vera li din hija tradizzjoni Afrikana, izda huwa vera wkoll li dan il-hoss mhux biss idejjaq lin-nies li jkunu qed jarawha d-dar, izda smajna plejers jghidu li dan il-hoss qed inaqqas il-komunikazzjoni bejn plejers u kowcis fil-grawnd. Imma issa drajna lil Sepp Blatter, President tal-FIFA li ghalkemm ghandu hafna talenti sbieh u tajbin, ghandu wkoll rasu iebsa. Ghalkemm il-kritika ghall-vuvuzelas kienet qawwija, huwa qal li dawn ser jibqghu, bl-unika soluzzjoni tkun dik li issa hawn l-ear plugs li qed jinbieghu, biex ma tisma’ xejn.


Difett iehor ta’ Blatter, fl-opinjoni tieghi u ta’ hafna hija dik li mhux qed jimxi mat-teknologija u ghalhekk qed ikollna zbalji li jistghu jigu evitati. Ghalkemm wiehed irid jghid li l-kontroll tal-loghbiet kien wiehed accettabbli hafna, l-loghba ta’ nhar il-Gimgha bejn Slovenja u l-Istati Uniti u l-loghba ta’ kwalifikazzjoni bejn l-Irlanda u Franza kienu ta’ zvantagg enormi ghall-Irlandizi u l-Amerikani.


Biex nispjega ruhi ahjar, li kieku bhar-Rugby, il-futbol juza t-teknologija u f’dubju r-referee uman jitlob l-ghajnuna, kieku probabbilment l-Irlanda laghbu l-fazi finali u mhux l-iskaduti Franza.


It-tieni zball ohxon li seta’ gie solvut kien il-gowl regolari li nhar il-Gimgha skurjaw l-Amerikani, li bih kienu jirbhu l-loghba. Offside inezistenti msaffar mir-referee bla esperjenza mill-Mali. Li kieku l-gowl gie konvalidat, kieku l-Istati Uniti ghandhom 4 punti u mhux 2 u kieku digà huma kwazi kwalifikati, b’cans ukoll kbir li jirbhu l-Grupp.


Slovenja kieku ghandha biss 3 punti, u anke hawnhekk kieku kienu jidhlu iktar bic-cans l-Algerija. Izda kieku u kien qatt ma ltaqghu u ghalhekk hija hasra li l-FIFA tibqa’ ccahhad lit-timijiet minn ghajnuna li tista’ tinghata.


Lura ghat-timijiet u bla dubju wiehed ma jistax ma jinnutax id-diffikultà li ghandhom l-aqwa timijiet Ewropej fl-ewwel partiti. Issa jista jkun li mill-gimgha li gejja kollox jinbidel, izda wiehed bilfors irid jikkumenta fuq dak li ra.


Hamsa huma t-timijiet l-aktar imsemmija fl-Ewropa, u dawn huma l-Italja, l-Ingilterra, l-Germanja, Franza u Spanja, bejniethom 8 Kampjonati tad-Dinja mirbuha u hafna Kampjonati Ewropej. Il-wirjiet ta’ dawn fl-ewwel loghbiet tidher bhal kundanna fuq il-futbol Ewropew.

L-Italja laghbet kontra l-Paragwaj u ghalkemm iddominat ghal hinijiet twal, giet biss draw. L-Ingilterra laghbet darbtejn kontra l-USA u Algerija u jekk fl-ewwel loghba kien hemm l-iskuza tal-paprata ta’ Green li hadet it-tort, fit-tieni loghba kienet wirja fqira u patetika, kontra t-tim tal-Algerija li kkwalifika bil-hniena miz-Zona Afrikana.

Il-Germanja min-naha taghhom, wara hafna furur ghax taw erbgha lill-Awstralja, tim fqir u kkastigat mir-referee li kecca lil Tim Cahill, imbaghad kellhom ibaxxu rashom ghas-Serbja, u issa l-kwalifikazzjoni hija difficli fi dwell dirett mal-Ghana, li jridu jirbhuh bilfors.

Xejn differenti ma tista’ tghid fuq Franza, b’kowc Raymond Domenech li jaghmel minn kollox biex jitlef, tim li fiz-zewg loghbiet li laghab deher imdejjaq, bla grinta, bla motivazzjoni, ghazliet tal-kowc li wkoll kienu zbaljati, u dan wassal lit-tim f’eliminazzjoni prematura. Tim li kkwalifika meta suppost kien eliminat, u tim li fl-2008 fil-Kampjonati Ewropej gie redikolat mill-Olanda.

It-tama  ghal min bhali huwa simpatizzant ma’ Franza hija li lil Domenech ma narawhx iktar fil-grawnd bhala kowc tat-tim nazzjonali.

U Spanja tim eccezzjonali li mal-book makers qabel bdiet it-tazza kien favorit, li però tilef l-ewwel loghba tieghu kontra l-iZvizzera, tim li izda jista’ joffri iktar. l-Ingilterra, l-Italja u Spanja, sa fejn tahsbu li jistghu jaslu?


Finalment ghalkemm kulhadd huwa ffukat fuq it-Tazza tad-Dinja, matul dan il-weekend f’Malta qed isiru l-Kampjonati Ewropej tal-Atletika. Sforz enormi minn Tony Chircop President tal-MAAA u shabu sabiex jorganizzaw fil-Marsa, kompetizzjoni fuq jumejn ta’ livell, li taghti cans mhux biss ghal aktar turizmu sportiv, izda anke cans ghal atleti Maltin biex jikkompetu fl-oghla livell.
Prosit u Awguri!

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy AM Showers Scattered Showers Mostly Sunny Scattered Showers
12C 13C 11C 11C 9C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata