Ghandhom progett. Ghandhom progett li fejn jistghu l-Partit Laburista jispicca minghajr lehen. Narawha kif jimxu maghna fil-Parlament. Narawha kif jimxu ma’ hafna Laburisti u anke ma’ min ma jaqbilx maghhom fuq il-post tax-xoghol.
Fis-Siggiewi wkoll ghandhom progett. Dan mhux tal-Kunsill Lokali izda tal-Kandidat u Kunsillier Nazzjonalista Karol Aquilina. Dan il-Kandidat irid jolqot zewg ghasafar b’gebla wahda. L-ewwel irid jidher sabih ma’ dawk li jistghu jivvotawlu fl-Elezzjonijiet Generali li gejjin. It-tieni jinzel fl-istorja li ghalaq ghal kollox lill-Partit Laburista fis-Siggiewi. Jiena ma nafx x’mira ghandu izda jista’ jkun il-kaz li ma jolqot ebda wiehed mill-ghasafar.
Biex ibbikki u jgib lil min ibbikki, qieghed izeffen fin-nofs lill-anzjani ghaliex irid ic-Centru Politiku Laburista bhala day care centre ghall-anzjani. Izda jkun ahjar li l-ewwel imur ghand min baghtu u jistaqsi ghaliex hafna anzjani mhumiex isibu medicini l-isptar jew ghaliex hafna anzjani mhumiex ilahhqu mal-hajja bin-naqra ta’ pensjoni, u li issa ser tkompli titnaqqrilhom bil-kontijiet tad-dawl u ilma.
Izda kif jghidu, ix-xitan ma ghandux halib u xorta jaghmel il-gbejniet. Waqt din il-battalja sagra tieghu fis-Siggiewi , meta Malta bhal Ruma qieghda tinharaq f’huggiega ta’ xamma ta’ korruzzjoni kull fejn thares, Karol Aquilina jrid ibellaghhielna li l-Kunsill m’ghandux post iehor. lanqas lahaq dewa lehnu li ma harigx li l-Kunsill hariglu permess ghall-bini ta’ kumpless fis-Siggiewi fuq bicca art li, fost ohrajn, se jkun hemm day care centre ghall-anzjani. Jekk ma tridx anke hemm il-flus ivvotati ghal dan il-progett.
Mhux ser ibbikkina ghax nafu xi progett ghandu f’mohhu Karol Aquilina, ghax li kieku jhares madwaru jsib li qieghed jghix f’dar tal-hgieg. Ihares daqsxejn lejn il-Kazin tal-PN fir-Rahal Gdid u kif ikun qieghed hemm izur iehor li qieghed fil-qrib, li dalwaqt nghidu kif inghata. Jista’ jmur ukoll jzur il-Kazin tal-PN ta’ Ta’ Xbiex u jistaqsi kif inghata. Jista’ jitla’ z-Zebbug Ghawdex fejn darba kien hemm Berga tas-Sahha u issa hemm Kazin tal-PN. Jew forsi jistaqsi lis-Segretarju Generali tal-Partit Nazzjonalista, ghaliex ma jridux jaghtu lura zewg kazini li huma tal-privat u li dwarhom hemm zewg kawzi pendenti.
Karol Aquilina qieghed jilghab il-loghba tat-tiratur politiku u jrid jolqot zewg ghasafar b’tir wiehed. Jista’ jkun li jolqot, izda ghalissa l-istagun tal-kacca maghluq. Nissuggerilu jimmira ghal xi haga ohra: lejn il-lista twila ta’ progetti li twieldu jew ser jitwieldu fid-dell tal-allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni.

| < Prev | Next > |
|---|






