Thursday
Feb 09th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

In-Nazzjonalisti bil-vuvuzela

E-mail Print PDF
Share

charles_mangionFl-ahhar gimghatejn in-Nazzjonalisti tghidx kemm iddandnu bl-istatistika li hareg l-Ufficcju Nazzjonali tal-Istatistika dwar il-finanzi pubblici u t-tkabbir ekonomiku fl-ewwel ftit xhur ta’ din is-sena. Il-midja li tappogga lill-Gvern daqqet il-vuvuzela biex tohloq l-impressjoni li l-aghar issa ghadda u minn issa ‘l quddiem ser nibdew naqtghu l-frott tal-hidma tal-‘par idejn sodi’.

B’xorti hazina, meta wiehed janalizza l-figuri sew, jintebah li ghad fadlilna hafna aktar x’naqdfu qabel niddikjaraw vittorja fuq il-finanzi pubblici morda li ghandna u t-tkabbir ekonomiku fjakk li ma jawgurax tajjeb ghall-impjiegi. Ha naghtu daqqa t’ghajn lejn il-finanzi pubblici.


Fl-ewwel erba’ xhur tal-2010, id-deficit tal-Gvern tjieb xi ftit meta mqabbel mas-sena l-ohra. Izda, meta tqis kif sar dan it-titjib, tintebah li hemm ftit li xejn x’ jaghmlilna kuragg. L-ispiza fuq il-medicini, perezempju, naqset b’€15-il miljun. Naturalment, ma tridx tkun tifhem wisq fil-finanzi biex tasal ghall-konkluzjoni li l-konsegwenza ta’ dan l-iffrankar ta’ flus ser jissarraf fi tbatija ghal dawk il-morda u l-anzjani li jiddependu fuq il-medicina mill-bereg tal-gvern biex jiehdu hsieb sahhithom. Mhux ta’ b’xejn li hlief b’medicina ‘out of stock’ ma tismax.


Din is-sena l-gvern ma kellux aktar spejjez relatati mal-iskema tal-irtirar tat-tarzna, u lanqas ma nefaq wisq f’sussidji fuq id-dawl u l-ilma. Barra minn hekk dahhal €42 miljun minn skema ta’ amnestija fuq l-income tax – skema li mhux ser tirrepeti ruhha.


B’danakollu, l-infiq rikurrenti tal-gvern fl-ewwel erba’ xhur tal-2010 naqas biss b’€4 miljun. Izda l-akbar ferita li ghadha tnixxi d-demm  fil-finanzi pubblici hija z-zieda fid-dejn nazzjonali. Sa April li ghadda d-dejn nazzjonali zdied b’ €49 miljun. Fi ftit xhur ohra ser nilhqu l-figura ta’ €4 biljun, jew €10,000 ghal kull persuna li tghix f’Malta. U dan ghadna ma kkalkulajniex l-ispiza tar-riformi fis-sistema tas-sahha, tal-edukazzjoni u tas-servizzi socjali l-ohra.


In-nuqqas ta’ investiment produttiv pubbliku huwa wkoll kawza serja ta’ thassib. Fl-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena dan l-investiment naqas b’14% fuq l-istess perjodu tas-sena l-ohra. Minghajr investiment produttiv pubbliku u privat ftit ser ikollna prospetti tajbin ghat-tkabbir ekonomiku u l-holqien tal-impjiegi.
Iz-zieda ta’ 3.4 %  f’termini reali fit-tkabbir tal-prodott gross domestiku (GDP) tidher wahda inkoragganti mal-ewwel daqqa t’ghajn. Izda, meta tezamina minn fejn gejja l-aktar din iz-zieda, issib li din gejja l-aktar mit-tkabbir tal-inventarji – prodotti manifatturati mill-kumpaniji Maltin li madankollu ghadhom ma nbighux. Ma hemm xejn hazin f’dan, sakemm dawn il-prodotti fil-fatt jinbieghu u jkunu esportati u mhux jibqghu fl-imhazen.


Kellna tkabbir ukoll fil-valur tas-servizzi tal-Enemalta u tal-Water Services Corporation. Dan naturalement ma kienx rizultat li l-Maltin qed jikkonsmaw aktar dawl u ilma, izda ghaliex qed ikollhom ihallsu aktar minhabba z-zieda fit-tariffi. Fil-fatt, il-konsum privat          lokali f’hafna setturi issa qed jonqos.
Meta jigri dan, ibatu wkoll in-negozji z-zghar ghaliex meta l-familji taghna jonqsilhom id-dhul, dawn jonfqu inqas.


Mhux ta’ b’xejn il-GRTU qalet lill-gvern biex ma joqghodx idoqq it-trombi, ghaliex fir-realtà, in-negozji z-zghar li hi tirraprezenta qed ibatu minn nuqqas ta’ bejgh. Waqt li l-unici haddiema li hadu ziedet f’din l-ahhar sena kienu dawk fis-settur pubbliku, il-maggoranza tal-haddiema fis-setturi l-ohra qed isibu li d-dhul taghhom qed jonqos. Sa April li ghadda wkoll il-gvern dahhal inqas min-National Insurance – sinjal li s-suq tax-xoghol ghaddej minn zminijiet difficli.


Waqt li wiehed jiehu pjacir jara setturi bhal dak finanzjarju u tal-electronic gaming ikomplu sejrin tajjeb, dawn ma jistghux ipattu bizzejjed ghas-setturi l-ohra li qed imajnaw.


Statistika imporanti li ftit qed tissemma hi l-GDP per capita (kemm nipproducu gid ras ghal ras) ghall-ewwel kwart ta’ din is-sena kien ta’ €3429. Fl-ahhar kwart tal-2007 kien ta’ €3411. Evidenti li ma tantx sar progress anke fuq bazi nominali.


Il-familji Malti qed ikollhom        jitbazwru bix-xoghol biex jibqghu, bejn wiehed u iehor, fl-istess post li konna fih sentejn ilu. U l-ebda twerziq tal-vuvuzela tal-Gvern mhi ser tnessina dan.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy AM Showers Scattered Showers Mostly Sunny Scattered Showers
12C 13C 11C 11C 9C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata