Il-Gvern ta’ Lawrence Gonzi tant mess il-qiegh li anki dak li ghadu qieghed jinhema fil-forn u jkun ghadu nofs sajran, johorgu fuq il-mejda daqs li kieku msajjar u lest. Qed jaghmel bhal qroqqa li tkun ilha ma tbid u hija w issahhan xi bajda jew tnejn li tbid kultant, tibda tghodd il-flieles qabel ma jfaqsu.
Il-gimgha li ghaddiet Dr. Gonzi habbar bis-soltu pompa manja progett li d-dettalji tieghu ghadhom qeghdin jigu nnegozjati u li ghandu jsir fis-sit tal-White Rocks f’Bahar ic-Caghaq. Ir-raguni vera u propja ghalfejn Gonzi habbar dan il-progett meta n-negozjati dwaru ghadhom mhumiex konkluzi, hu u l-paggi ta’ madwaru biss jistghu jghidu x’inhi.
Ghamluha fatta meta ghadha mhix u ghamlu l-aghar haga li setghu jaghmlu f’sitwazzjoni fejn in-negozjati ghadhom miftuha. Meta jkomplu jinnegozjaw il-promoturi Inglizi issa jafu li l-progett digà thabbar u li l-Gvern iridu akkost ta’ kollox ghax hu kommess fuqu ma’ hafna ghaqdiet sportivi. Jafu wkoll li l-Gvern jaqa’ ghac-cajt wahda nobis ma’ hafna nies jekk in-negozjati li ghad hemm pendenti ma jwasslux ghal ftehim. Allura jafu wkoll li l-Gvern se jkun lest li joqghodilhom ghal kollox fin-negozjati jew kwazi.
Dr. Gonzi u shabu fil-fixla li ghandhom biex jinqalghu mill-istagnar li jinsabu fih, juzaw kemm jifilhu l-ispin u l-PR biex joholqu ‘feel good factor’ b’mod artificjali. Imma huma u jaghmlu dan spiccaw dghajfu jdejhom fin-negozjati.
Il-Mument tal-Hadd illi ghadda hareg iddoqq l-vuvuzelas ossija t-trombi, li se jsiru tliet progetti b’investiment ta’ €700 miljun. Li kieku veru dawn is-€700 miljun kienu kollha gewwa x-xilep, wiehed jista’ jifhem l-ewforija u ha jdoqqu vuvuzelas kemm iridu.
Imma meta l-progett tal-White Rocks ghadu qed jigi nnegozjat u hemm hafna mistoqsijiet dwaru li ghad iridu jigu mwiegba, u l-progett tal-Corporate Village Malta ghadu biss holm bil-ftajjar, hu kemmxejn prematur u forsi anki rresponsabbli li ddoqq il-vuvuzelas minn daqshekk kmieni.
Din l-ewforija prematura taghmel il-hsara ghax l-ewwelnett tkun qed tigi mdghajfa id min ikun qed jinnegozja u mhuwiex sew li Gonzi jqarraq bin-nies b’dan il-mod li jaghti l-impressjoni li ghandu ghasfur f’idu meta ghadu kollox fl-ajru.
Hu mill-Corporate Village li thabbar b’hafna pompa, gass u tfexfix daqs gimghatejn ilu. Kulma hemm fic-cert dwar dan il-progett huma l-pjanti u l-mudell fantasjuzi ta’ blokka ta’ ufficini, hwienet u restoranti. Mill-bqija ghad mhux maghruf li hemm xi hadd li kkommetta ruhu konkretament li jaghmel l-investiment ta’ €200 miljun li ta’ Il-Mument gjà ghamluh fatta. U ma jistax ikun hemm dan ix-xihadd sakemm l-affarijiet mhux gja mahduma minn wara l-kwinti, jekk is-sejha ghall-espressjoni ta’ interess ghadha kif infethet u ghandha sa Settembru li gej biex taghlaq.
Il-fatt li Lawrence Gonzi dak li ghadu mhux cert qieghed jaghmlu cert u l-holm bil-ftajjar qieghed jaghmlu realtà minn issa, jixhed l-istat ta’ paniku li jinsab fih il-Gvern tieghu li mhuwiex ihallih jiddistingwi bejn realtà u holm.
Il-progett tal-Corporate Village li sa issa ghadu jezisti biss fuq il-pjanti u ghad iridu jonfhulu miljuni kbar biex jaghtuh il-hajja, minnu nnifsu huwa wkoll ammissjoni min-naha tal-gvern li qata’ qalbu mill-manifattura. Go nofs zona industrijali fejn sa ftit taz-zmien ilu kien jiddomina l-investiment produttiv, qed jigi propost li minflok isiru ufficini kummercjali, restoranti u hwienet.
Lilhinn mit-tlellix u x-xinxilli tal-prezentazzjonijiet bit-3D u daqq ta’ vuvuzelas, qed jidher bic-car li kull investiment ta’ certu daqs f’dan il-pajjiz qed jispicca jintrabat ma’ element qawwi ta’ spekulazzjoni fil-proprjetà immobbiljari.
Biex inghatat l-art ghall-izvilupp ta’ Smart City, spiccat giet illivellata mal-art zona industrijali shiha mimlija fabbriki li kien hemm fir-Rikasli. Biex illum kull ma nsibu hija blokka ta’ appartamenti u ufficini fejn sa issa l-ebda kumpannija internazzjonali tal-informatika ghadha ma kkonfermat li se tistabbilixxi ruhha fi Smart City.
Wiehed ma jridx jinsa x’kien gara fl-izvilupp tal-Kottonera Waterfront fejn mhux biss kellha tinbena blokka ta’ appartamenti, imma anki kellha tinfetah lukanda li timpjega nies mill-inhawi. L-appartamenti nbnew u nbieghu, avolja minn barra jidhru koroh pesta ghax jistunaw mal-bini storiku tal-inhawi, imma l-lukanda baqghet ma nbietx u ma jidhirx li se tinbena.
Sadanittant il-pajsagg Malti qed jitnaqqar bicca bicca b’dal-hafna bini li jdum is-snin biex jinbiegh, u l-investiment f’dawn il-‘mega-progetti’ flok qieghed jigi minn barra skont ma jghidu l-vuvuzelas tal-Gvern, qed jigi mill-profitti mill-ispekulazzjoni tal-art moghtija mill-Gvern.

| < Prev | Next > |
|---|






