Thursday
Feb 09th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Parlament gdid

E-mail Print PDF
Share

stefan_zrinzoIl-burdata tad-diskussjoni f’dawn il-gimghat ittiehdet kompletament mil-loghob li ghaddej ghat-Tazza tad-Dinja. Diskussjoni li jkolli nsegwi bil-prezenza qawwija ta’ kummenti dwar dak li jkun gara jew dak li jkun mahsub li se jigri fi loghba jew ohra, partikolament meta jilaghbu timijiet nazzjonali li l-aktar li ghandhom sapport f’pajjizna.

Loghob li tradizzjonalment nafuhom iwasslu ghal kakofonija ta’ carcades u manifestazzjonijiet pubblici ohra.


Lilhinn mill-istennija ghall-bidu tal-kompetizzjoni tat-Tazza tad-Dinja, fi sfond tal-monument tas-Sette Giugno, li din is-sena gie trasferit ghal fetha ckejkna fil-Gonna ta’ Hastings, ‘il boghod mill-prominenza li kien igawdi fil-pjazza ta’ quddiem il-Palazz, saret dikjarazzjoni mill-iSpeaker tal-Kamra li tehtieg riflessjoni.


Il-festa tas-Sette Giugno, ghal pajjizna tista’ titqies bhal kommemorazzjoni tal-gheruq u t-triq lejn id-demokrazija parlamentari li pajjizna ghandu. Kull sena l-iSpeaker jaghmel diskors bil-hsibijiet tieghu dwar il-Parlament u l-hidma li qed iwettaq, b’appelli wkoll ghal bidliet jew ghat-tishih ta’ din l-oghla istituzzjoni tal-Parlament.


L-iSpeaker Frendo stqarr li “irridu qabel qabel xejn insahhu l-infrastruttura mhux biss fizika, imma dik ta’ appogg b’expertise u b’informazzjoni li ssostni lid-deputat tal-parlament Malti. Ghal dan l-iskop irid isir ezercizzju ta’ capacity building tal-Parlament Malti bl-istess mod li sar fl-ezekuttiv meta Malta giet biex issir membru tal-UE.”


Appell car biex il-Parlament Malti ikollu aktar rizorsi li permezz taghhom jissahhah ix-xoghol parlamentari kemm mil-lat ta’ ricerka kif wkoll mil-lat ta’ sostenn ghal dak kollu mehtieg biex id-dibattitu parlamentari u l-iskrutinju parlamentari jaghti l-aqwa servizz mehtieg ghal pajjizna.
Tkun idea tajba, u huwa mehtieg li dan l-appell jigi segwit. F’dinja li kull settur qed isir aktar specjalizzat, f’dinja fejn hemm il-htiega ta’ gharfien gdid u riflessjoni aktar profonda, hemm bzonn ta’ nies teknici biex jaghtu l-pariri taghhom qabel il-Parlament jiddeciedi.

Il-diffikultà li nara f’dak li qal l-iSpeaker Frendo m’huwiex fil-kontenut innifsu izda fil-fatt li Speaker wara iehor, ghamlu l-istess appell u Speaker wara iehor, ihoss il-htiega li mill-gdid jerga’ jsir dan l-appell.

Fl-2007, fl-istess okkazjoni, l-iSpeaker Anton Tabone stqarr “Appellajt sena wara l-ohra biex lill-Parlament taghna naghtuh libsa aktar attraenti, aktar professjonali li tixraq ghaz-zminijiet tal-lum. Ejjew flimkien nibdlu dak li hemm bzonn halli l-Parlament u partikolarment il-Membri tieghu jkunu jistghu jaghtu servizz ahjar kemm f’Malta u kemm barra minn Malta bil-partecipazzjoni taghhom f’diversi fora internazzjonali."

Ghalkemm ghaddew tlett snin mill-appell li sar minn Anton Tabone, jidher li l-libsa attraenti ma nghatax. Hemm min forsi jahseb li din il-libsa tinghata bil-gebla u bil-bini. Imma l-verità hija xorta ohra. Ir-rispett u d-dinjità tal-Parlament tiddependi mis-servizz li din l-oghla istituzzjoni taghti lil pajjizna.

Jehtieg ghalhekk li l-Parlament taghna jinghata dak l-investiment li jixraqlu biex tissahhah il-hidma parlamentari. Huwa mehtieg li din l-istituzzjoni nifhmuha aktar u nifhmu ahjar ix-xoghol li trid twettaq fit-tfassil ta’ ligijiet godda, fl-iskrutinju li l-Parlament iwettaq, kif wkoll fid-dibattitu parlamentari fl-oqsma kollha. Izda wiehed jistaqsi x’qed izomm biex l-appelli li saru minn Speaker wara iehor jaqghu fuq widnejn torox?

Maghdud ma’ dan l-appell, l-iSpeaker Frendo ghamel appell iehor importanti “bhala parlamentari rridu nkunu xhieda ta' rispett reciproku li ma jfissirx li nkunu dejjem ta’ fehma wahda, imma jfisser li dejjem inkunu lesti nisimghu lil haddiehor irrispettivament min ikun jikkostiwixxi dakinhar il-gvern tal-gurnata.”
Dikjarazzjoni li l-iSpeaker ghamel ftit granet wara li fil-Parlament sehh nuqqas fil-mod kif ittiehed vot u wara li b’mod mill-aktar sfaccjat intqalet gidba dwar membru parlamentari Laburista dwar kif tat il-vot taghha.

Kif jista’ jixxettel ir-rispett reciproku jekk isehhu incidenti bhal dawn? Kif jista’ jitkattar ir-rispett lejn il-Parlament jekk fil-Parlament isehhu fatti li jnaqqsu ir-rispett kemm fil-Kamra kemm lejn il-Kamra?

L-appelli ghat-tishih tal-Parlament ikun f’waqthom izda l-azzjoni biex l-appelli jitwettqu hija aktar mehtiega. Pajjizna ghandu bzonn Parlament imsahhah bir-rizorsi mehtieg biex jitjieb is-servizz u x-xoghol li jitwettaq. Ghandna bzonn Parlament imgedded aktar milli bini ta’ Parlament gdid.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy AM Showers Scattered Showers Mostly Sunny Scattered Showers
12C 13C 11C 11C 9C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata