Thursday
Feb 09th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Hsibijiet wara l-Eurovision 2010

E-mail Print PDF
Share

natius-oslo2010-2Ta’ kull sena ghadd ta’ Maltin jitilghu jxejru l-bandiera bajda u hamra fis-sala minn fejn jittellghu s-serati tal-Eurovision Song Contest.   Uhud minn dawn il-Maltin, imsiehba fl-ghaqda Maltija ghall-fans tal-Eurovision (OGAE Malta) isibu posthom fuq quddiem nett tal-udjenza, ftit metri boghod mill-palk.  Grazzi ghal dawn il-biljetti, wara li titkanta l-kanzunetta Maltija, il-kameras iduru fuqhom u jgibuhom jifirhu u jaqbzu huma u jissapportjaw lill-artist Malti li jkun ghadu kemm temm l-interpretazzjoni tieghu.   Wiehed mill-personalitajiet Maltin li dejjem insibuh hemm, quddiem nett, ixejjer il-bandiera Maltija huwa l-eks sindku taz-Zurrieq u l-partecipant ta’ Izolati fuq Kemmuna (ONE) u Liquorish Malaysia (TVM), Ignatius Farrugia.


Permezz ta’ din il-pagna, il-gurnal KullHadd iltaqa’ ma’ Natius, kif isejhulu dawk li huma eqreb tieghu, u bil-mod il-mod sirna nafu aktar hsibijietu wara l-Eurovision 2010.


Bdejna l-intervista b’mod dirett ghall-ahhar. Staqsejnieh x’inhi l-kawza li mill-2006 ‘l hawn, Malta qed iggib rizultat hazin wiehed wara l-iehor fil-Eurovision.  B’mod daqstant iehor dirett, Natius sahaq li l-bord li jtella’ l-kanzunetta Maltija fil-Eurovision irid ikun iffurmat min-nies li ghandhom ghal qalbhom il-Eurovision u li jhobbu dan il-festival.  Inutli jkun hemm nies li ftit li xejn jafu x’inhu dan il-festival, sahaq Natius li ilu jitla’ ghal dan il-festival ghal 14-il sena, izda li qatt ma kien membru f’ebda mill-kumitati ta’ Malta ghall-Eurovision.


Natius tenna li dan il-kumitat irid ikun fih fans tal-Eurovision u personalitajiet ohra Maltin li missew ma’ dan il-festival ghal kemm-il darba, izda li qatt ma gew avvicinati biex jaghtu l-ghajnuna.
Konna aktar diretti u staqsejnieh x’jaghmel li kieku jigi offrut kariga biex imexxi d-delegazzjoni Maltija fil-Eurovision.   Ghajnejh zoroq jixeghlu meta tkellmu dwar dan is-suggett, indikazzjoni cara li din qisha hija wahda mix-xewqat tieghu ghall-futur.


“Naghzel tim ta’ nies professjonali kemm fil-qasam tal-muzika kif ukoll fil-qasam tal-midja, marketing u PR, biex flimkien infasslu strategija biex nghollu isem pajjizna f’dan il-festival u ninqalghu mill-qiegh tal-klassifika li waqajna fiha tul dawn l-ahhar snin”, kienet ir-risposta li taghna.
Kull min isegwi x-xena muzikali lokali sema’ b’ghadd ta’ esperjenzi pozittivi li kellhom ghadd ta’ kantanti Maltin meta rraprezentawna barra minn xtutna f’festivals affiljati mal-organizazzjoni WAFA. Interessanti wiehed jinnota li Ignatius Farrugia kellu l-ingariku li jmexxi d-delegazzjoni Maltija f’dawn il-festivals.  Staqsejnieh dwar din l-esperjenza.

Natius jghid li din hija esperjenza li thalli hafna frott.  Kemm ghalih personali kif ukoll ghall-artisti lokali li jitilghu f’dawn il-festivals.

“B’wicci minn quddiem nista‘ nghid li bix-xoghol li ghamilt f'dawn il-festivals dejjem gibna rizultati tajbin. Jekk niehdu minn dan l-ahhar fejn akkumpanjajt lil J. Anvil fil-Bulgarija u hemm gie fit-tieni post. Il-mertu huwa wkoll tal-artist li mexa mal-pariri li tajtu, u mal-kompozitur Augusto Cardinali u l-awtur Giovann Attard li kitbu kanzunetta b’sahhitha.   Is-sena li ghaddiet akkumpanjajt lil Neville Refalo fil-Canary Islands u hemmhekk kiseb it-titlu tal-aqwa kantant barrani. Fi Frar li ghadda kont parti mid-delegazzjoni  Maltija li wasslet hames artisti Maltin sal-finali tal-International Melody Song Festival f’Cipru”, stqarr Natius.

Ergajna dawwarna l-kliem fuq il-Eurovision u staqsejtu dwar l-ghadd ta’ kollegamenti diretti li ta fuq diversi stazzjonijiet lokali minn Oslo.   Jghidilna li minn dejjem kien intiz fil-kultura b’mod specjali l-muzika lokali u l-artisti ta’ talent li ghandna f’pajjizna.  Din tal-kollegamenti ghamilha ghal kemm-il sena tul dawn l-ahhar snin, peress li ilu jitla’ ghal ghexieren ta’ snin ghall-Eurovision, jispicca jigi kkuntattjat minn ghadd ta’ producers u prezentaturi lokali biex jaghti l-kummenti tieghu. Dis-sena ma kinitx eccezzjoni.  F’Malta nhass interess kbir f’Thea u l-kanzunetta ‘My dream’ ta’ Sunny Aquilina u Jason Cassar.

Staqsejnieh x’tip ta’ kuntatti ghamel ma’ delegazzjonijiet barranin waqt li kien f’Oslo.  Naturalment wiehed bhalu li jitla’ ghal dan il-festival kemm-il darba, jispicca jaghmel hafna hbieb fic-crieki tal-Eurovision.  Dis-sena kien fl-istess lukanda mad-delegazzjonijiet kollha tal-Eurovision 2010 u b’hekk seta’ jiltaqa’ aktar mill-qrib mat-tmexxija ta’ dawn id-delegazzjonijiet.   Ikompli jghid li sahhah ir-relazzjoni tajba ma‘ bosta pajjizi fosthom, il-girien taghna fil-Mediterran, il-Griegi.  
“Mela ghaliex Thea ma gietx ivvutata mill-Ewropa biex tghaddi ghall-finali?” hija l-mistoqsija spontanja taghna.


“Malta ma gharfitx tahdem bizzejjed biex iwassal ghal dan”, qal bl-aktar mod dirett.  “Dehret fic-car kif il-koordinatur tal-Eurovision ta’ pajjizna thalla Malta meta dan postu kien fit-tim f’Oslo.   Il-kampanja ta‘ PR kienet fqira mill-aktar li setghet kienet u ma halliet ebda effett.   Ir-reklamar ghal Malta ma kien imkien u donnu hadd mill-gurnalisti barranin ma kien jaf dwar pajjizna u s-sbuhija li nistghu noffru li kieku dan il-festival ikun organizzat hawn Malta.”


“Il-Eurovision jaghmel hafna gid ghat-turizmu li kieku jkun organizzat hawn Malta”, kompla jghid.  “Ghandek ‘il fuq minn elfejn gurnalist barrani li jigi hawn biex jirrapporta x’qed jigri.   Kif ukoll il-kwantità kbira ta’ segwaci li jigu biex jaraw dak kollu li jkun organizzat ghall-Eurovision. Ma ninsewx id-delegazzjonijiet ta’ kwazi 40 pajjiz li jkunu nies mill-oghla awtoritajiet tal-kultura u l-muzika f’pajjizhom.  Malta ghandha kollox biex tilqa’ dan kollu – kemm lukandi kif ukoll postijiet tad-divertiment.


U dwar il-venue?  Fejn intellghuh kieku? Ma tqisx li qabel ma jkollna l-venue lest mhux se nittiehdu bis-serjetà mill-EBU?  staqsejnieh ahna.
“Venue ghandna...ghal wiehed tnejn hawn Malta fejn isir.   L-istadium ta’ Ta’ Qali jista’ jissaqqaf bhalma ghamlu diversi pajjizi, u fih nilqghu l-Eurovision.   It-tinda ta‘ biswit l-istadium tista’ sservi bhala l-Press Centre u Euroclub.   

Alternattiva ohra tista’ tigi diskussa mal-partijiet kollha kkoncernati – li l-festival jittella‘ hdejn il-bahar gol-Port il-Kbir, fejn il-Papa kellu l-laqgha maz-zghazagh.   Immagina l-artisti dehlin fuq id-dghajjes mill-Port il-Kbir! X’reklam dak ghal pajjizna –  port uniku! Hawn hafna x’taghmel Malta. Inizjattiva u hsieb kulma trid...u tasal!” stqarr  Natius.

Skont Natius “Il-flus mhux problema ghall-Eurovision. L-EBU tghin finanzjarjament.   Apparti hekk jidhlu l-flus tar-reklami kemm minn Malta kif ukoll minn barra. F’pajjizna hawn nies li ghandhom potenzjal qawwi fil-marketing. Jekk nahdmu bhala tim wiehed maghqud, naslu biex naghmlu success bhalma kienu ta’ success ic-CHOGM, iz-zjajar tal-Papiet u tar-Regina, li dejjem hallew rizultati pozittivi. Ma’ dawn ta’ min isemmi l-kuncerti ta’ diversi artisti kbar internazzjonali u wkoll tal-Isle of MTV li, ghal darb’ohra, se jerga’ jittella’ f’pajjizna u li ghandu jkun success bhall-edizzjonijiet precedenti.”
U xi jwiegeb Natius ghal dawk li jghidu li Malta jmissha tirtira mill-festival?

It-twegiba tieghu hija wahda mistennija minnu “Lanqas qatt m’ghandna nirtiraw. Din hi wahda mill-akbar opportunitajiet li tist‘ tigri lill-artist Malti biex jaghmel kuntatti ma’ djar tad-diski barranin.  Anke li tidhol fil-festival ta‘ Malta thalli frott kbir ghall-artisti li jrendilhom f’hafna xoghol fix-xhur ta’ wara, ahseb u ara li titla’ l-Eurovision.   Thea ghadha kemm giet ikkuntattjata biex taghti ghadd ta’ kuncerti barra minn Malta, grazzi ghall-partecipazzjoni taghha fil-Eurovision”.
U Natius jixtieq jara xi kantant jew stil ta’ kanzunetta partikolari tirraprezentana fil-gejjieni?

“Ghandna nippruvaw darba kanzunetta bil-lingwa Maltija mhallta ma’ hsejjes ta’ strumenti tradizzjonali Maltin bhalma jaghmlu l-Balkani, Izrael, il-Griegi u ghadd ta’ pajjizi ohra. Mhux se taqa’ d-dinja billi tippruvaha darba.   It-Turkija u l-Grecja rebhu l-Eurovision b’diski bil-hsejjes tradizzjonali taghhom imhallta ma’ ritmu aktar modern u mexxej. Izrael u s-Serbja rebhuh b’kanzunetti bil-lingwa ta’ pajjizhom.”

U Malta ghad tirbhu l-Eurovision? “Iva! Dejjem nghidha li Malta ghad tirbah dan l-imbierek Eurovision bi tmexxija ghaqlija b’hidma minn tim professjonali naslu ghal dan,” temm jghid Natius Farrugia.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy AM Showers Scattered Showers Mostly Sunny Scattered Showers
12C 13C 11C 11C 9C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata