Thursday
Feb 09th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Jiddedika hajtu ghall-isports

E-mail Print PDF
Share

img_9892Il-personalità li tkellimt mieghu llum, ma kinitx l-ewwel darba li ltqajt u tkellimt mieghu, ghall-fatt li nzertajt ili naf lil martu u anke lilu u dan l-ahhar b’konnessjonijiet ma’ okkazjonijiet sportivi.

Filfatt m’ilix wisq li ltqajt mieghu, ghaliex xi gimghat ilu kont mistiedna nipprezenta wiehed
mid-diversi awards li gew ipprezentati din is-sena waqt il-Malta Football Awards.

Qed nirreferi ghal Sandro Micallef.


Sandro ghandu 30 sena, mizzewweg lil Catherine, u joqghod Haz-Zebbug.  Jahdem bhala Sport Content Executive, u bhala passatempi jhobb isegwi programmi televizivi.  Jiddeskrivi lilu nnifsu bhala persuna mhabbta hafna b’diversi progetti ta’ xoghol, kemm relatati ma’ futbol u anke televizjoni.  “Daqxejn nervuz, inhobb nghin u dejjem lest nghallem dak li tghallimt jien fil-passat u dak li qed nitghallem bhalissa.  Mahbub minn hafna fil-hajja in generali izda bil-generu tax-xoghol l-iehor li naghmel bhala kummentatur tal-futbol lokali hemm hafna li ma jhobbunix, anzi ma jnizzlunix”, beda jistqarr mieghi Sandro.

Mistoqsi kemm ilu nvolut fix-xena tal-futbol lokali, u fuq kollox x’hajjru jaqbad din il-linja, Sandro wegibni, “Issa ili erbatax-il sena fil-qasam tal-gurnalizmu u rappurtagg sportiv ghat-televizjoni.  Il-futbol kien jinteressani ghaliex missieri kien kowc tal-futbol u dejjem kont nigri mieghu t-training u l-loghob.  Dhalt fix-xena tal-media meta l-kugin tieghi George Micallef kien avvicinani biex nghinu bhala assistent tal-produzzjoni fil-programm televiziv Extra Time.  Bdejt ninteressa ruhi f’kollox, niehu l-inizjattivi u xi intervista ma naqsitx.  Minn hemm 'il quddiem dejjem kont infittex nara x’ser nivvinta u kif ser naqra u nipprepara xi servizz ta’ xi loghba futbol b’mod differenti minn dak tradizzjonali”.

Malta Football Awards

Ma stajtx ma nitkellimx mieghu dwar l-organizzazzjoni tal-Malta Football Awards.  Filfatt, Sandro ilu jokkupa l-kariga ta’ Chairperson tal-Malta Football Awards sa mill-ewwel edizzjoni taghhom, jigifieri mis-sena 2002.  Hallejt f’idejh jispjegali ezatt kif zvolgiet din l-idea kollha.  “Kollox beda meta kont insegwi l-Kampjonat Taljan u dak Ingliz meta kont izghar u dawn fl-ahhar ta’ kull stagun jorganizzaw l-awards taghhom u jien ta’ ambizzjuz li jien ippruvajt naghmilha u rnexxiet.  Illum il-gurnata li l-awards jittellghu fuq skala nazzjonali u huma wkoll approvati mill-MFA jiehdu hafna hin ta’ preparazzjoni, izda matul dawn l-ahhar snin inghaqadt ma’ siehbi Alan Cutajar u ffurmajna kumpannija bl-isem ta’ Events Services u grazzi ghal diversi nies tal-fiducja taghna niddelegaw hafna mill-preparazzjoni.  Hekk kif jibda Frar nibdew naghlqu certu ideat u certu proposti li jkollna u ma’ Marzu jigifieri xahrejn qabel l-awards ikollna kollox kwazi maghluq”, fissirli Sandro.


Minn informazzjoni li kont ksibt qabel ma’ mort ghal din l-intervista, kont naf li sena wara sena qed izidu l-kategoriji tal-awards li jinghataw.  B’hekk iddiskutejt dan il-fatt ma’ Sandro fejn infurmani li fil-passat kien qed ikollu kritika li kienu qed jiffukaw biss fuq il-Premier u ghalhekk f’dawn l-ahhar snin, iddecidew li jzidu l-awards b’mod gradwali fejn issa kull sena qed izidu award wiehed innovattiv.


Hawnhekk Sandro kompla jiddiskuti mieghi, fejn anke qasam mieghi hsieb li forsi ma jitkellimx wisq dwaru – dik li gieli qata’ qalbu u jghid ma jorganizza xejn aktar.

“Dik is-sena ta’ meta kien hemm il-famuz boycott tal-istazzjonijiet lokali tal-MFA, hemmhekk niftakar kont qed nikkunsidra jekk naqbizx sena mill-awards. Imma grazzi ghall-kollegi tieghi Alan Cutajar u Charmaine Pace u marti Catherine stinkajna kontra kull kurrent u ghamilnieha wkoll”, tbissem jghidli Sandro.

Dwar min jahseb li japprezza l-aktar il-gurnalizmu sportiv, jekk hux il-plejers jew il-partitarji, u min l-aktar li japprezza l-awards, Sandro wegibni, “Nahseb li kemm il-plejers u anke l-partitarji japprezzaw il-gurnalizmu sportiv.  Niddejjaq meta jikkritikawk u jghajjruk il-grawnd ghaliex ma jkunux qablu mieghek f’xi kritika jew kummentarju li nkun ghamilt fuq it-televizjoni. Imma din is-sena ma hadtx ghalija ghaliex is-sett ta’ partitarji li kienu qed jghajjruni ma jifhmux fil-futbol bhal haddiehor.  Ara li kieku jghajjruni l-Belt, Furjana, Sliema, jew Hamrun li huma clubs u partitarji bi storja ta’ futbol, hemm iva, l-messagg niehdu.  Rigward l-awards huwa fatt li l-iktar li japprezzaw huma l-plejers u l-ufficjali tal-clubs”, sostna mieghi.


B’kurzità kbira, staqsejtu x’qed jinhema ghall-ghaxar edizzjoni tal-Malta Football Awards tas-sena d-diehla.  Filfatt ix-xewqa ta’ Sandro ghas-sena li gejja hija li l-awards jixxandru fuq l-istazzjon televiziv nazzjonali.  “Nahseb li ser inkunu qed nipproducu xi haga spettakolari ghal sena ohra.  Nispera u nittama li hekk kif ghamilna f’dawn l-ahhar snin ikollna wkoll mistieden mix-xena tal-futbol internazzjonali”.


Naqbad diskursata dwar probabbilment il-vantagg li martu Catherine, inzertat thobb il-futbol bhalu.  Mhux hekk biss talli nvoluti t-tnejn li huma fix-xena tal-media sportiva.  “Catherine hija l-mutur u l-id il-leminija tieghi f’kull progett li naghmel.  Inserrah hafna fuqha ghaliex kapaci u ghandha sens ta’ organizzazzjoni impekkabbli.  Ninvolviha u tghini kwazi f’kollox.  Il-fatt li thobb il-futbol u l-isports ingenerali hu ta’ vantagg kbir ghall-koppja bhalna”, stqarr Sandro b’certu kuntentizza fuqu.

Ma stajtx ma nistaqsihx jekk kienx propju bis-sahha tal-futbol li sar jaf lil martu Catherine.  Filfatt Sandro wegibni fil-pozittiv.  “Hekk hu kont nafha ftit qabel meta kienet tahdem xoghol iehor fit-televizjoni, izda l-Football Awards ta’ tliet snin ilu kien il-qofol ta’ kollox”, tbissem jghidli Sandro.

sportinmalta.com

Madankollu, l-intervista regghet daret fuq ix-xoghol u l-involvimenti kollha ta’ Sandro b’konnessjoni mal-isports.  Semmejna wkoll l-ahhar progett tieghu li hija l-website lokali sportinmalta.com.  Hawnhekk Sandro stqarr mieghi li jhossu ma jistax ilahhaq.  “Litteralment il-website giet invazata b’kummenti u artikli tal-qarrejja li kollha jitilghu online f’inqas minn tletin minuta.  Dan is-sit sportinmalta.com ili nahdem fuqu sena.  Kelli idea li naghmel sit kollu kemm hu ddedikat lill-isport Malti u mhux futbol biss.  F’dan is-sit wiehed jista’ jkun aggornat dwar dak kollu li jigri fix-xena tal-isport lokali.  Ghandi s’issa zewg artikolisti Josef Galdes u Mark Cutajar li flimkien mieghi jiktbu l-opinjoni taghhom fuq suggetti varji.  Hemm barra hemm ghatx kbir ghall-informazzjoni u stejjer investigattivi sportivi.  Biss biss nghidlek li l-iktar stejjer li qajjmu kontroversja u interess u kummenti minn nies ma kienux dwar il-futbol, imma stejjer dwar il-volleyball, boxing u  rugby.  Minn hawn niskuza ruhi ma kull min qieghed jikteb u jikkritika b’mod kostruttiv l-istejjer taghna u li qed jitolbuni nikteb iktar artikli.  Nassigura lil kulhadd li naqra kull messagg li jinkiteb online”, stqarr mieghi Sandro.

Naqbad diskursata mieghu dwar il-futbol lokali, u nistaqsih kif f’Malta jezisti certu entuzjazmu akkanit u ghandna anke plejers tajba, izda madankollu qatt ma ksibna rizultati jew unuri successivi kkomparat ma’ futbol barrani, specjalment meta Malta tilghab barra. 

“Ghalija dan ifisser nuqqas ta’ rizorsi, popolazzjoni zghira, nuqqas ta’ investiment mill-privat bhal sponsorships u l-lifestyle ta’ certu atleti ma jghin xejn.  Minghajr sagrificcju ma tirbahx unuri”, stqarr mieghi Sandro.

Staqsejt ukoll lil Sandro jekk hu qatt kienx jilghab futbol, jew jekk fuq kollox jippreferix li jkun biss aggornat fih bla ma jkun involut direttament.  Filfatt qalli li kien jilghab u propju beda man-Nursery ta’ Tarxien Rainbows, imbaghad mar mal-Floriana sal-U13, wara mar mal-Valletta FC sa dsatax-il sena.  Kien jilghab bhala difensur centrali u kellu x-xorti li jilghab ma’ jew kontra diversi players illum stabbiliti bhal Stefan Giglio ta’ Qormi, Kevin Sammut Valletta, Justin Haber Ferencvaros u anke laghab hafna loghbiet kontra Michael Mifsud fil-Youths meta hu kien ma’ Sliema Wds. 

Peress li ninsabu waqt il-loghob tat-Tazza tad-Dinja 2010, bilfors li kelli niehu kumment minghand Sandro.  “Nispera u nittama li jkollna Tazza tad-Dinja ta’ celebrazzjoni f’dan il-kontinent Afrikan.  Nittama li kollox imur b’wicc il-gid f’dak li ghandu x’jaqsam ma’ organizzazzjoni.  Segwejt u rajt il-loghbiet kollha u se nkompli nsegwi u narahom sal-ahharnett.   Hu ta’ sodisfazzjon ghalija li gejt avvicinat minn TVM biex inkun fost panel ta’ gurnalisti Maltin li qed nikkumentaw il-loghbiet diretti bil-kummentarju Malti.”

Fl-ahharnett, ma stajtx ma nistaqsihx dwar il-kummenti li jghaddu gurnalisti bhalu waqt kummentarji Maltin.  Bilfors li jehtieg nifs twil, spirtu pront, aggornamenti, vista tajba u reqqa kbira liema bhala.  “Trid tipprepara dejjem anke jekk ser jilghabu Valletta kontra Birkirkara u taf il-plejers kollha u anke jekk ser tkun qed tikkumentahom ghar-raba’ darba fi stagun.  L-ispirtu pront hu importanti hekk kif inhu importanti wkoll li tkun kunfidenti f’dak kollu li taghmel u li tghid waqt il-kummentarju.  Jekk tbati mill-vista hemm it-tromba”, temm jghidli bi tbissima Sandro.

Kummenti (1)Add Comment
intervista sandro micallef
Minn charles cashacharles casha, June 27, 2010
Dawn l-intervisti interessanti u jiġbru tagħrif dwar personalitajiet u jagħtuk ukoll informazzjoni dwar suġġetti li forsi ma tkunx tinteressa ruħek fihom. Prosit.
report abuse
vote down
vote up
Votes: +0

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy AM Showers Scattered Showers Mostly Sunny Scattered Showers
12C 13C 11C 11C 9C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata