Thursday
Feb 09th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Is-sahha mentali

E-mail Print PDF
Share

kevin-mercieca-editur-l-isfera_copyMinbarra l-impatt negattiv fuq dak li jkun, il-mard mentali - li l-aktar komuni fosthom huma l-ansjetà u d-dipressjoni – igorr mieghu wkoll spejjez socjali u ekonomici sinifikanti (specjalment fejn tidhol edukazzjoni u s-sistemi tal-kura u l-gustizzja).    Tajjeb li wiehed jistaqsi ghaliex il-Gvern sena wara l-ohra ma jippruvax itejjeb id-Dipartiment tal-Psikjatrija.

Ghamilt survey fuq fuq ma’ grupp ta’ zghazagh li kellom bzonn is-servizz ta’ psikjatra. Sfortunatament minn ghoxrin persuna, wiehed biss ma hallasx ghas-servizz ta’ psikjatra.  Id-dsatax l-ohra kellhom imorru ghand psikjatra privat u jhallsu l-flus ghax iddejjqu jistennew xhur shah biex jinqdew mid-dipartiment tal-Gvern. Mela t-taxxi ahna ghalxejn nhallsuhom??

Il-Gvern ghandu jahdem b’mod kollettiv mal-NGOs u l-awtoritajiet li ghandhom x’jaqsmu mas-sahha mentali jekk irridu li jkun hemm ftit progress. In-nies li jbatu minn problemi ta’ mard mentali qed jispiccaw jidhlu f’piz finanzjarju kbir minhabba l-inkompetenza ta’ whud.

Ftit tal-gimghat ilu attendejt ghal-laqgha ferm interessanti dwar is-sahha mentali.   Din giet organizzata minn Dr Helena Dalli. Il-kelliema ewlenin ghal din il-laqgha kienu s-sinjura Connie Magro u s-Sur Godfrey Borg.  Kemm Connie kif ukoll Godfrey jaghmlu hafna xoghol siewi ghax qeghdin f’ghaqda volontarja li tghin nies bi problemi ta’ sahha mentali. Minn hawn nixtieq  nifirhilhom tax-xoghol imprezzabbli li jaghmlu.

F’din il-laqgha personalment bhala zghazugh hassejtni li tghallimt hafna affarijiet godda u ma kinitx monotona bhala diskussjoni ghax kulhadd qasam l-esperjenzi tieghu flimkien.

Connie emfassizat li l-aktar haga vitali meta tkun persuna li qed tbati minn dawn is-sintomi huwa li tiftah qalbek ma’ nies li jistghu  jghinuk u mhux toqghod tibza’ mill-istigma li jistghu jtuk n-nies ta’ madwarek.

Iz-zghazagh hemm cans kbir li waqt l-ezamijiet ibatu mill-ansjetà u stress zejjed u b’hekk huwa tajjeb li tieqaf minn dak li tkun qed taghmel u tmur dawra bir-rota jew mixja, imbaghad tkompli wara.  Connie sostniet li dan huwa metodu importanti li l-istudenti kollha misshom juzaw.

Min-naha l-ohra idea tajba ukoll li biex tnaqqas l-istress waqt li qed tistudja titfa’ fil-background muzika rilassanti.  Godfrey sahaq li persuna li tkun ghaddejja minn stress jew ansjetà taf tghaddi minn mumenti ta’ dipressjoni jew problemi ta’ sahha mentali fosthom: obsessive compulsive Disorder u ohrajn.

Connie Magro darba f’xahar tattendi ghal-laqghat barra minn xtutna biex tiddiskuti u tiehu wkoll ideat godda li jistghu jhallu l-frott fost dawk l-individwi li jbatu bi problemi ta’ sahha mentali.

Dr Helena Dalli ikkummentat fuq kemm hu vitali li nibqghu bil-hegga li rridu dejjem nitghallmu, li rridu niskopru affarijiet godda, li meta nqumu filghodu nkunu nafu li ghandna x’naghmlu, li ghandna fuq xhiex inhaddmu mohhna. B’hekk inzommu mohhna attiv u nibqghu nzommu l-hegga ghall-hajja.

Jista’ jkun li meta ma jibqax ikollna interess fil-hajja, ma nibqghux nistimulaw mohhna u dan jista johloq problemi ta’ sahha mentali u anki problemi fizici.  Godfrey u Connie it-tnejn qablu li dak huwa wiehed mis-‘sigrieti’ biex nevitaw problemi aktar tard f’hajjitna: li nzommu mohhna attiv kemm jista’ jkun.

Godfrey Borg waqt il-laqgha emfasizza li ghalkemm persuna tkun tbati minn problemi ta’ sahha mentali xorta wahda tasal fejn trid tasal. Huwa semma persuni popolari u intelligenti li kollha batew minn dawn is-sintomi, ezempju Charles Dickens, David Beckham, Leonardo Di Caprio, Samuel Johnson u hafna ohrajn. 

Film tajjeb dwar dan is-suggett  huwa ‘Beautiful Mind’, ezempju car kemm huwa importanti ma taqtax qalbek f’cirkostanzi difficli matul hajtek.
Genwinament inhoss li din kienet inizjattiva tajba hafna ta’  Dr Helena Dalli u l-volontiera li jahdmu maghha. Ghandna bzonn aktar laqghat ta’ dan it-tip ghax fil-hajja dejjem hemm x’titghallem. 

Il-motivazzjoni hija zgur fundamentali tul hajjitna. Irridu nitghallmu nkunu aktar ottimisti u sitwazzjoni negattiva naqilbuha ghal wahda pozittiva. 
Nixtieq naghmel appell liz-zghazagh kollha li ghaddejjin minn problemi ta’ sahha mentali.  L-ewwelnet ftakru li m’intomx wahdekom hbieb. Hawn eluf bhalkom u sahansitra aghar minnkom. Ifthu qalbkom ma’ min jista’ jifhimkom u hudu l-pariri u l-ghajnuna li hemm bzonn. 

Toqghodux tiddejqu mill-istigma li n-nies ta’ madwarkom jistghu jtukom, ghax kunu certi li dawk li qeghdin jaghtukom l-istigma, ghandhom il-mard taghhom ukoll! It-tieninett komplu l-attivitajiet li kontu taghmlu qabel f’hajjitkom u jekk jista’ jkun zzidu aktar attivitajiet sportivi u spiritiwali.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy AM Showers Scattered Showers Mostly Sunny Scattered Showers
12C 13C 11C 11C 9C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata