Sunday
Feb 05th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

L-estensjoni tal-power station ta’ Delimara

E-mail Print PDF
Share

farell_gazzettiIl-kuntratt tal-estensjoni tal-power station ta’ Delimara jhalli hafna dubji f’mohh il-Maltin u l-Ghawdxin. Perezempju jista’ xi hadd jghidli jekk meta ltaqa’ l-Bord tal-MEPA, id-decizjoni li jinbena dan l-impjant li se jaghmel daqshekk hsara ambjentali u allura anke lis-sahha tac-cittadin, kinitx digà ttiehdet u jekk il-membri tal-Bord kienux imgieghla jivvutaw kif ivvutaw?


X’inhi r-raguni li l-Gvern Malti ser jibni mpjant li jahdem bil-Heavy Fuel Oil meta kull fejn hemm impjant bhal dan fid-dinja jew ser jinghalaq jew ser jinqaleb biex ikun jahdem bid-diesel jew bil-gass.

Il-Gvern Malti kif ser jaddotta l-aktar sistema li thammeg l-ambjent u konsegwentement taghmel l-aktar hsara lis-sahha tal-poplu, meta ma’ kull min titkellem li jifhem f’dan is-suggett jghidlek li biex tuza sistema bhal din trid tkun mignun?


Kulhadd jiftakar x’kien gara meta l-power station damet xhur shah minghajr il-filters fic-cumnija ghax kienu bil-hsara. Kif allura jista’ l-poplu jafda lill-Gvern u ma jiddubitax li jista’ jigri l-istess? U min ser jaghmel tajjeb ghal hsara li se jsofri l-poplu fejn jidhol mard respiratorju kif ukoll mard tal-kancer u mard iehor?


Jista’ xi hadd jilluminani ghalfejn qieghed isir dan l-isforz kollu fil-relazzjonijiet pubblici meta qed naraw dawn ir-riklami fil-gurnali kollha jghidulna kemm din il-power station hija efficjenti, nadifa u kemm se niffrankaw flus billi ma jinqatax u ma joghliex id-dawl?


Veru jew mhux veru li jekk l-impjant ikun jahdem bid-diesel il-prezz ma joghliex b’aktar minn hamsa fil-mija?


Ghandu wicc dan il-Gvern ikompli jsallab lill-poplu billi jkompli jgholli l-prezz tad-dawl? Jew forsi qeghdin jintefqu dawn il-flus kollha fuq dan l-ezercizzju biex il-poplu jibla w jaccetta dan il-gideb kollu u jaccetta dak kollu li jrid ibellghalu l-Gvern?


X’ser jigri jekk vapur li jkun qed igorr dan il-Heavy Fuel Oil ikollu accident u jkollu spill fil-bahar? Il-pajjiz huwa attrezzat biex jipprotegi lill-poplu kontra din l-eventwalità?


U xi nghidu ghall-iskart tossiku li ser johrog minn dan l-impjant? Fejn ser imur ghax sa issa smajna hafna verzjonijiet però ma smajna xejn konkret. Ser nesportawh minn gewwa l-Freeport jew min x’imkien iehor? S’issa ghadna ma nafux fiz-zgur.


X’inhija r-raguni vera li c-cumnija ser tkun gholja biss 65 metru u din minn fejn ser titkejjel, mil-livell tal-bahar jew mill-aktar parti gholja fuq l-art?
Meta huwa car daqs il-kristall li l-BWSC, il-kumpannija li rebhet il-kuntratt tal-estensjoni tal-power station ghandha kumpanniji sussidjarji li kienu nvoluti f’kazijiet ta’ korruzzjoni u allura kisret il-kundizzjonijiet tal-kuntratt, ghaliex il-Gvern ghadu ma gabarx il-multa li huwa ntitolat li jigbor, multa li tlahhaq 20 miljun ewro?


X’inhi r-raguni li kien hemm tant pressjoni, sahansitra anke fil-Parlament, biex il-BWSC tinghata dan il-kuntratt? Forsi kienu fattur importanti l-flus li din il-kumpannija hallset bhala commission u fejn marru dawn il-flus, min verament hadhom?


Fl-ahhar mill-ahhar il-Gvern hemm bzonn jirrealizza li qed jilghab mas-sahha tal-poplu meta ser ikompli jwebbes rasu u jibqa’ jirrombla min fuq kullhadd meta ma jrid jaghti kas ta’ hadd u jibni dan l-impjant li jahdem bil-Heavy Fuel Oil.


Il-Prim Ministru Gonzi ghad baqaghlu triq min fejn jghaddi jekk irid. Dan jista’ jiddeciedi li dan l-impjant ikun jahdem bil-gass jew bid-diesel.


Ghax kull min jinteressah l-ambjent jghidlek li bis-sistema tal-Heavy Fuel Oil se tkun qed tinholoq hsara ambjentali kbira u wara kollox ser ikun il-poplu Malti w Ghawdxi li jbati l-konsegwenzi tar-ras iebsa u forsi reghba ghall-flus ta’ certi individwi.


Il-Prim Ministru Gonzi ser ikun responsabbli ghal din it-tragedja li ser tkun qieghda tigri f’pajjizna u ghalhekk ghandu jirranga l-affarijiet malajr kemm jista’ jkun. Barra minn hekk ghandu wkoll jaqta’ kull konnessjoni ma’ kumpanniji li jkunu mcappsin bil-korruzzjoni ghax nghiduha kif inhi dan huwa kaz klassiku li ghandu l-elementi kollha ta’ korruzzjoni.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Light Rain AM Light Rain / Wind Scattered Showers / Wind Scattered Showers PM Showers
7C 9C 9C 9C 11C
Sun Mon Tue Wed Thu

 

Karikatura

 

Faccata