Normalment f’din il-pagna nikteb dwar suggetti li ghandhom x’jaqsmu mal-Unjoni Ewropea. Illum ser nikteb dwar il-kungress mondjali tal-Konfederazzjoni Internazzjonali tat-Trade Unions (ITUC) li gie fit-tmiem tieghu ezatt nhar il-Gimgha li ghaddew wara hames t’ijiem shah f’Vancouver il-Kanada. Ghal darba ohra kelli l-unur nirrapprezenta lill-GWU ghal dan il-kungress li jlaqqa’ l-mexxejja tat-trade unions minn madwar id-dinja kollha taht saqaf wiehed darba kull erba’ snin.
Tajjeb jinghad li l-ewwel kungress tal-ITUC sar erba’ snin ilu fi Vjenna fejn giet xolta l-ICFTU biex twieldet din l-akbar organizzazzjoni tal-haddiema fid-dinja. Bla dubju l-unions Ewropej attendew bhas-soltu b’sahha u ghamlu dak kollu possibbli biex filwaqt li juru s-solidarjetà taghhom mat-trade unions minn pajjizi fejn ghad hemm l-oppressjoni fuq it-trade unions, urew ukoll id-disprezz ghall-mod kif qed titmexxa l-ekonomija dinija. L-effett tal-krizi ghadu jinhass sew u l-haddiema mid-dinja kollha qed jimmobilizzaw ghal glidiet kbar li jidher li ser ikun hawn madwar id-dinja.
Is-slogan maghzul hu “Issa l-poplu”, b’referenza cara ghal dak li qed jigri fejn il-ftit li jithallsu bil-miljuni gerfxu l-ekonomiji tad-dinja u tefghu miljuni ta’ haddiema fit-toroq bla xoghol. Min-naha l-ohra jidher li hafnaGvernijiet irrispondew b’mizuri ta’ awsterità u qtugh fis-servizzi socjali bil-konsegwenzi li aktar haddiema tilfu l-impjieg u kompla jizdied il-faqar. Kelliem wara l-iehor tkellmu dwar it-tbatija li ghaddejjin minnha l-haddiema f’pajjizhom, mhux biss dawk li gejjin minn pajjizi li normalment huma foqra izda anke dawk Ewropej li normalment jaghtu lezzjonijiet lil pajjizi ohra dwar suggetti bhalma huma d-demokrazija, ekonomiji b’sahhithom, servizzi socjali u s-solidarjetà.
Bhalma jigri normalment ma naqsux l-attakki fuq l-Izrael minn hafna mill-kelliema, specjalment wara dak li gara ftit tal-jiem ilu fuq konvoj ta’ vapuri li ppruvaw iwasslu bzonnijiet ghall-poplu Palestinjan. Dak li gara lill-Grecja ukoll kien taht il-lenti u kien opportun ukoll li fil-ftuh tal-kungress ghamel messagg il-Prim Ministru Grieg Papandreu li sahaq li dak li gara f’pajjizu sehh minhabba tmexxija hazina hafna minn ta’ qablu u li jispera li l-Grecja terga’ taqbad it-triq tal-progress fi zmien qasir, ferm qabel dak ippjanat. Il-Brazil ukoll seraq ix-xena ta’ dan il-kungress ghall-fatt li gvern socjalista immexxi minn eks trade unjonista qed jirnexxielu jtejjeb is-sitwazzjoni ekonomika tal-pajjiz u fl-istess hin jinnegozja mat-trade unions kundizzjonijiet ahjar u servizzi socjali li ma kienux jezistu, filwaqt li fl-istess hin zdied ix-xoghol u dawk li jahdmu.
Dan il-kungress ser ikun l-ahhar wiehed ghall-Guy Ryder, is-segretarju generali tal-ICTU u habib kbir tal-GWU, li issa ser jinghata pozizzjoni gholja hafna gewwa l-ILO. Guy ser jibqa’ imsemmi bhala dak il-persuna li rnexxielu jghaqqad flimkien it-trade unions tad-dinja taht kappa wahda u sar l-ewwel segretarju generali ta’ din l-akbar ghaqda tal-haddiema fid-dinja.
Waqt il-kungress spikkat ir-rabja tal-haddiema lejn dawk li kisru l-ekonomiji. Rabja ghal fatt li dawk l-istess persuni li kienu responsabbli ghal dan il-kollass, minflok inghataw il-kastig li jixraq, regghu sabu posthom imexxu b’salarji esagerati u bonuses. Rabja ghall-fatt li l-haddiem qed ihoss l-ghafsa tan-nuqqas ta’ xoghol u qtugh fis-servizzi socjali, filwaqt li l-ftit ta’ fuq baqghu jistaghnew. Rabja ghal fatt li minkejja li ma kienx tort tieghu ghall-krizi li ghandna, xorta hu l-haddiema li qed ibati l-konsegwenzi. Rabja li ser twassal ghal hafna protesti fix-xhur li gejjin. Rabja li digà qed tinhass sew fl-Ewropa kif qed tinhass ukoll f’pajjizna. Wasal iz-zmien ta’ “Issa l-poplu.”

| < Prev | Next > |
|---|






