Thursday
Feb 09th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

L-ahhar stennija

E-mail Print PDF
Share

Nhar it-Tnejn li ghadda gab fi tmiemha darba ghal dejjem l-istennija ghar-rizultat tal-ezami tal-Junior Lyceum, ghalkemm ghad baqa’ xi ftit studenti li se jkollhom jistennew ftit iehor biex jaraw jekk jirnexxilhomx jghaddu mat-tieni tentattiv taghhom billi jaghmlu l-ezami tar-reparatorju.

Ghalkemm kien hemm min ilmenta bi shih mill-karta tal-ezami tal-Matematika, u sahansitra ntqal li kien hemm xi zbalji fl-istess karta, l-aktar suggett li zamm lit-tfal milli jghaddu minn dan l-ezami kien l-Ingliz. Tant hu hekk li minn dawk l-istudenti li wehlu minn ezami wiehed, kien hemm 217 student li wehlu mill-Ingliz u 154 li wehlu mill-Matematika. Interessanti l-fatt li dawk li wehlu fil-Malti jew ir-Religjon wehlu f’xi suggett iehor ukoll, u ghalhekk din id-darba r-reparatorju se jkun fl-Ingliz u l-Matematika, billi min jehel minn suggett wiehed biss, jista’ jirrepeti l-ezami.

Tajjeb li naghmel xi riflessjonijiet:


• Ghalkemm f’idejna ghadd m’ghandniex kemm studenti wehlu fl-Ingliz, ghax sintendi barra l-217  li semmejna hemm ohrajn li barra milli fl-Ingliz wehlu f’xi suggett iehor, xorta jidher li l-Ingliz qed ihabbat sewwa lill-istudenti taghna. Jehtieg li wiehed jindaga fil-fond, anke forsi billi jara daqsxejn sewwa dak li kitbu t-tfal fl-ezami u jara fejn dawn wiegbu hazin, biex ikollna indikazzjoni fejn qed nfallu fit-taghlim taghna. Sintendi dan ghandu jsir ukoll f’suggetti ohra. Jekk se naqbdu u nippakkjaw l-iscripts tal-ezami u nitfughom fuq xkaffa se nkunu nonqsu sewwa u minkejja l-kliem kollu ta’ assessjar formattiv, se nkunu wzajna dan l-ezami bhala wiehed sempliciment selettiv.


U sintendi jekk naghmlu din ir-ricerka, meta nohorgu r-rizultat taghha jehtieg li nagixxu fuq dak li nsibu billi nippruvaw nirrimedjaw ghan-nuqqasijiet li kellna fis-sistema tat-taghlim.


•  Issa li t-tensjoni ta’ dan l-ezami spiccat, nispera li ma nippruvawx noholqu xi tensjoni ohra. Min-naha l-ohra rridu noqghodu attenti li ma nillaxkawx ghax issa m’hemmx din il-pressjoni tal-ezami tal-Junior Lyceum. U dan jghodd ukoll ghall-genituri li zgur hadu r-ruh bit-tnehhija ta’ dan l-ezami, izda xorta, jekk iridu jaraw lil uliedhom jimxu ‘l quddiem, jehtieg li jibqghu jsusu warajhom u jaraw li wliedhom jkomplu jistudjaw u jaghmlu x-xoghol moghti lilhom bhala homework, ecc.


• Nistenna li issa  jkollna taghlim inqas ikkoncentrat fuq certu suggetti u aktar holistiku.


• Mis-sena li gejja minflok l-ezami tad-dhul tal-Junior Lyceum se jidhol ezami li ghandu ghan differenti, dak li jservi bhala benchmark biex jinforma l-awtoritajiet u l-Kulleggi fejn ikunu waslu t-tfal fil-process tat-taghlim taghhom wara sitt snin fi skola Primarja. Hija hasra li sa meta jasal dan l-ezami se nkun ghadna nistennew l-Awtoritajiet Edukattivi jwettqu l-weghda li kienu ghamlu li jirrevedu l-Kurrikulu Minimu Nazzjonali, xi haga li suppost li ilha li saret , izda li waqajna sewwa lura fiha.


• Ghandi nahseb li l-awtoritajiet edukattivi digà bdew jahdmu fuq is-sistema ta’ ezamijiet li se nuzaw mis-sena d-diehla. Nispera li ma nispiccawx biex dawn l-ezamijiet ikunu msejjsa fuq l-istess mod  li saru s’issa, ghax inkella nkunu nehhejna ezami, li nghidu x’nghidu, kien wiehed selettiv minghajr ma nkunu hsiebna ghal xi sistema li tkun tista’ taqdina ahjar biex jkollna assessjar formattiv.


• Nawgura li t-tmiem tal-era ta’ ezamijiet tal-Junior Lyceum – era ta’ 18-il sena – li ma nistghux nghidu li ma tatx rizultati tajbin ukoll – tmexxina lejn era gdida li taghti frott aqwa b’inqas stress fuq l-istudenti, l-ghalliema u l-genituri.


Ambigwità

Gurnal lokali kellu storja dwar mistoqsija fl-ezami tar-religjon ghall-iskejjel sekondarji li kienet titlob lit-tfal jaghzlu wahda minn tliet twegibiet ghall-mistoqsija li saritilhom dwar l-adoloxxenza. Minkejja li l-ezaminaturi nghataw struzzjonijiet liema twegiba kellha tigi accettata bhala tajba, filfatt hafna mill-ghalliema hassew li t-tliet twegibiet kienu tajbin, u wara li ngibdet l-attenzjoni tal-awtoritajiet edukattivi, gie deciz li t-tliet twegibiet jigu accettati bhala tajba.

Nghid is-sewwa mhux darba u tnejn kien hemm mistoqsijiet bhal dawn, ghalkemm forsi hadd ma wasal biex mar ghand il-gurnali jew informa b’dan lill-awtoritajiet edukattivi. Jehtieg li dawk li jaghmlu l-karti tal-ezamijiet joqoghdu attenti aktar biex kemm jista’ jkun ma noholqux diffikultajiet kemm ghall-istudenti, kif ukoll ghall-ghalliema li jridu jikkoregu dak li jnizzlu l-istudenti.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy AM Showers Scattered Showers Mostly Sunny Scattered Showers
12C 13C 11C 11C 9C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata