Kulhadd sema’ bil-Loghob Olimpiku u l-Kumitat Olimpiku Internazzjonali (IOC). Fil-fatt l-IOC ilu mwaqqaf mill-1894 meta Baron Pierre de Courbetin ha l-inizjattiva biex jerga’ johloq il-Loghob Olimpiku kif nafuhom illum il-gurnata, bl-ewwel Olimpjadi moderni jsiru f’Ateni fl-1896.
L-IOC twaqqaf fit-23 ta’ Gunju u bhala mod ta’ kif nikkommemoraw dan il-moviment, din il-gurnata Olimpika hija ccelebrata madwar id-dinja. It-tradizzjoni li ssir il-girja fil-weekend ta’ qabel jew wara t-23 ta’ Gunju, hija wkoll tradizzjoni tal-Kumitat Olimpiku Malti, b’din il-girja ssir aktar u aktar popolari kull sena.
Il-girja Olimpika zvilluppat fl-uniku celebrazzjoni mondjali tal-gurnata Olimpika. Din tghin biex tferrex l-ideali Olimpici ma’ kull rokna tad-dinja. L-ghan ta’ din il-girja huwa li nippromwovu l-prattika tal-partecipazzjoni fl-isport minn kulhadd, minn kull rokna tad-dinja, anke minn min mhuwiex normalment involut fl-isport u fl-ezercizzju.
Il-girja ta’ din is-sena se tinzamm proprju llum u ser ikollha l-istess rotot bhas-sena l-ohra, f’ Bugibba. Il-partecipazzjoni hija b’xejn. Ghal darba ohra, l-Kumitat Olimpiku Malti hadem mill-qrib mal-kumpanija McDonald’s u mal-MAAA sabiex tigi organizzata din il-girja.
Fl-ahhar tal-girja se jkunu qeghdin jitqassmu t-shirts ufficjali lil kull partecipant, flimkien ma’ certifikat ufficjali tal-IOC, iffirmat mill-President Dr Jacques Rogge. Minkejja li r-registrazzjoni ghall-girja kienet miftuha fil-jiem li ghaddew, min jigi llum jista’ wkoll jirregistra u jiehu sehem.
Ir-rotot ser ikunu hekk:
Girja ghat-tfal sa 12-il sena - 2.5k (Il-genituri huma mhegga jippartecipaw maghhom)
Hin: 9.00am-9.30am
Tibda: Bugibba, minn quddiem il-McDonalds sal-Kiosk/Pjazza u lura.
Girja ghat-tfal ta’ 13-il-sena u iktar - 5k
Hin: 8.30am
Tibda: Bugibba, minn quddiem il-McDonalds sas-Sunny Coast u lura.
Girja Olimpika - 10k
Hin: 8.30am
Tibda: Bugibba, minn Bugibba sal-Coastline u lura.
Minn hawn, f’isem il-Kumitat Olimpiku Malti nheggu lill-pubbliku biex jinghaqad maghna u mal-atleti, nies sportivi u dawk li jemmnu u jipprattikaw l-isport biex jghinu jippromwovu hajja attiva billi jippartecipaw fil-Girja Olimpika.

| < Prev | Next > |
|---|






