Min-natura taghhom iz-zghazagh huma avventuruzi. Jixtiequ jiskopru toroq godda. Jizviluppaw ideat godda. Iz-zghazagh ma jharsux lura izda jiffukaw l-aktar fuq il-futur. Jesprimu x-xewqat u joholmu. Johorgu b’ideat godda u jimpenjaw ruhhom f’dak li jemmnu. Ihobbu jesperimentaw u ma jibzghux mill-bidla. Iz-zghazagh jaghtu l-energija u l-entuzjazmu lil ta’ madwarhom. Hafna mill-kontribuzzjonijiet li tehtieg is-socjetà jinghataw miz-zghazagh. Ghax huma intelligenti. Ghax jafu jahtfu l-opportunitajiet u ma joqoghdux lura. Ghax dejjem iridu li d-dinja taghhom jaghmluha ahjar milli sabuha huma.
Mill-partit taghna z-zghazagh jippretendu li naghtuhom l-ispazju kollu. Naghtuhom l-ghodda u nhalluhom jimirhu. Nizbaljaw meta nittrattaw liz-zghazagh qishom tfal zghar jew nibzghu mill-ideat taghhom. Iz-zghazagh iridu jhossuhom komdi fil-kazini taghna, fic-Centru taghna u f‘kull kumitat jew grupp fil-partit taghna.
Nizbaljaw bil-kbir meta nassocjaw liz-zghozija mal-gejjieni biss. Qisu z-zghazagh m’ghandhomx x’jaqsmu mal-prezent. Id-dinja tal-lum hija taz-zghazagh. Huwa dmir taghna lkoll li nifthulhom il-bibien u nhalluhom jippartecipaw liberalment fit-tehid ta’ decizjonijiet importanti.
Ghandhom x’joffru lis-socjetà ferm iktar milli nahsbu. Iz-zghazagh jaghtu l-hajja kull fejn hemm il-prezenza taghhom. Is-socjetà tkabbar id-dejn maz-zghazagh kull darba li tittimbrahom mal-bluha u n-nuqqas ta’ maturità. Hemm ferm iktar tajjeb, genwinità, ghaqal u inteligenza fost il-generazzjoni zaghzugha milli hemm nuqqasijiet, vizzji, hazen u xalar bla razan.
Iz-zghazagh ghandhom valur imprezzabbli fl-izvilupp tas-socjetà u ghalhekk irridu naghtuhom l-ikbar opportunitajiet, l-ikbar apprezzament u l-ikbar rikonoxximent.
Min jaghlaq il-bibien ghaz-zghazagh, johnoq il-vuci taghhom, jew iwarrabhom mill-qalba tal-hidma tieghu, ikun qed jhezzez il-pedament tal-istess partit. Ikun qed jichad il-prezent u l-futur tal-istess partit. Il-Partit Laburista, bhala partit inklussiv u progressiv, ghandu jkun l-ghazla awtomatika ghaz-zghazagh taghna. Fil-partit taghna, iz-zghazagh ghandhom isibu partit li jifhimhom, li jghix maghhom u li jwassal il-vuci u l-hsibijiet taghhom.
Fl-istess waqt irridu nkunu ahna li naghtu serhan il-mohh liz-zghazagh taghna fil-qasam tal-edukazzjoni, tal-impjiegi u l-karrieri, tal-kultura, tal-isport, tar-rikreazzjoni, tad-divertiment, tal-hidma volontarja, tal-kreattività u l-innovazzjoni. Jehtieg li ninvestu iktar fiz-zghazagh u nhallu z-zghazagh jinvestu fil-partit taghna.
Kien ghalhekk li sa mill-bidu tat-tmexxija tieghu tal-Partit Laburista, il-mexxej taghna Joseph Muscat, kien iddikjara li z-zghazagh iridu jkunu l-protagonisti fil-moviment tal-progressivi u l-moderati.

| < Prev | Next > |
|---|






