L-ufficcju legali tal-kandidat Nazzjonalista Georg Sapiano thallas total ta’ €475,759 ghal xoghol ta’ konsulenza moghti mill-Gvern jew agenziji tieghu bejn l-2004 u l-2009.Georg Sapiano thallas ghall-konsulenzi moghtija lilu mill-Gvern:
- €107,544 mill-Awtorità dwar it-Trasport;
- €168,583 mill-Fondazzjoni ghas-Servizzi ghall-Harsien Socjali;
- €104,538 mill-Occupational Health & Saftey
Authority;
- €42,143 mis-Sedqa;
- €52,951 mill-Water Services Corporation.
B’hekk l-ufficcju ta’ Georg Sapiano thallas is-somma totali ta’ €475,759 f’konsulenzi mill-Gvern fuq perijodu ta’ 6 snin. Medja ta’ €80,000 fis-sena jew €1,600 fil-gimgha f’konsulenzi mill-Gvern
Georg Sapiano kien imexxi laqghat ta’ diskussjoni tal-PN f’kampanji elettorali imghoddija u kien mexxa programmi ta’ diskussjoni fuq NET TV. Fl-ahhar elezzjoni generali Sapiano ikkontesta bhala kandidat f’isem il-PN fuq id-9 distrett filwaqt li l-PN mhux l-ewwel darba li jibghatu f’ismu ghal programmi fuq il-mezzi tax-xandir.
Dan it-taghrif hareg fil-Parlament minn diversi mistoqsijiet li saru mid-Deputat Laburista Joe Mizzi.
Set as favorite
Bookmark
Email This
Kummenti (0)

Ikkummenta
| < Prev | Next > |
|---|






