Huma hafna in-nies f’Malta li qed jhossu li l-faqar f’pajjizna zdied, u filfatt, minn studji li ghamlet l-Unjoni Ewropea jirrizulta li 65% tal-Maltin ihossu li l-faqar f’Malta zdied mis-sena l-ohra ‘l hawn. Fost dawn, 28% minnhom sahansitra jhossu li l-faqar zdied b’mod allarmanti. Minn naha l-ohra, b’referenza ghalihom infushom, 61% jghidu li qed ikollhom diffikultajiet biex ilahhqu mal-hajja.
Studji li saru mill-Eurobarometer juru wkoll li 26% tal-Maltin ihossu li s-sitwazzjoni fit-tnax-il xahar li gejjin ha tmur ghall-aghar, waqt li 55% jahsbu li s-sitwazzjoni ser tibqa’ l-istess. Meta mistoqsija dwar il-futur taghhom, 52% wiegbu li d-dhul finanzjarju fi xjuhithom mhux ha jippermettilhom li jghixu b’mod dinjituz. Dan jikkonferma dak li qal il-Hadd li ghadda lill-Kullhadd Anthony Agius Decelis, li l-faqar fost l-anzjani f’Malta qieghed dejjem jizdied.
Minkejja dan il-Prim Ministru Lawrence Gonzi jishaq li dan il-faqar huwa biss percezzjoni tan-nies, u li dawn ic-cifri ma jirraprezentawx ir-realtà f’Malta. Dr.Gonzi qed jghid li wasal iz-zmien li titbiddel il-percezzjoni li l-poplu ghandu tal-faqar. Fi kliem iehor, lil dawk kollha li bhalissa ghaddejjin minn sitwazzjonijiet finanzjarji iebsa, il-Dr. Gonzi qieghed jghidilhom li din hija biss impressjoni u mhux bilfors ir-realtà. Lil dawk li qed ikollhom jghaddu minghajr bzonnijiet bazici bhal m’huwa d-dawl, Dr. Gonzi qed jghidilhom li dan taghhom m’huwiex klassifikat bhala faqar, u hemm bzonn li jbiddlu l-percezzjoni taghhom dwaru. Quddiem din is-sitwazzjoni minghajr ma trid tistaqsi kif ikun ezattament il-‘faqar’ ghall-Gvern ta’ Lawrence Gonzi.
Minn naha tieghu l-Mexxej Laburista Joseph Muscat stqarr li “l-insensittività ta’ Lawrence Gonzi hija xokkanti”. Dr. Muscat jemmen li dawn ic-cifri jirrapprezentaw ir-realtà ta’ pajjizna, u ma jistax jifhem kif Dr.Gonzi jista’ jinjora l-problema u jghid li hija biss percezzjoni tan-nies. Ir-realtà tal-faqar, jghid Dr.Muscat, hija kkonfermata minn persuni li huma ‘l fuq mill-politika, bhal Dun Victor Grech, u li jahdmu kuljum ma’ nies fqar u batuti. Dr. Muscat fakkar ukoll li din kienet ir-reazzjoni ta’ Dr. Gonzi meta l-poplu kien imhasseb dwar il-korruzjoni f’pajjizna, u kien qal li din kienet biss l-immaginazzjoni li kien nibbet il-Partit Laburista f’mohh in-nies.
Dr. Muscat sostna li il-poplu Malti u Ghawdxi ma jistax ikun li jkollu fiducja fil-Gvern biex isolvi l-problemi finanzjarji ta’ pajjizna, meta dan lanqas biss qed jammetti li l-pajjiz ghandu problema. Minn naha tieghu, l-Partit Laburista jaghraf ir-realtà tal-faqar, u jekk jinghata l-fiducja tal-poplu, ikun qed jahdem bis-shih biex jikkumbatti dan il-faqar u jgholli il-livell tal-ghixien tal-familji.

| < Prev | Next > |
|---|






