Thursday
Feb 09th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Akkuzat bil-qtil volontarju ta’ immigrant illegali

E-mail Print PDF
SharekeitaFodie Keita, immigrant ta’ 33 sena mill-Mali, ilbierah gie mressaq il-Qorti u akkuzat li qatel lil Adame Diabate ta’ 30 sena.
Diabate, li kien jabita fl-‘open centre’ ta’ Hal Far, kien instab midfun taht harruba go ghalqa f’Hal Far stess fis-6 ta’ Gunju.

L-immigranti fl-‘open centre’ ta’ Hal Far kienu ikkollaboraw mal-Pulizja fl-investgazzjonijiet wasslu ghall-arrest ta’ Keita. L-immigranti li kienu jafuh lil Diabate iddeskrivew bhala bniedem kwiet u pacifiku.

Keita cahad l-akkuzi migjuba kontrih, fosthom li qatel lil Diabate u heba l-katavru, li kien f’pussess t’arma tan-nar u li seraq it-telefon cellulari ta’ Diabate.

Il-Qorti accettat it-talba tal-avukat ta’ Keita biex dan jinzamm arrestat fl-Isptar Monte Carmeli minhabba t-tendenzi li Keita ghandu li jaghmel attentati ta’ suwicidju.
Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy Showers Mostly Sunny Showers Showers / Wind
8C 12C 11C 9C 10C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata