Sunday
Feb 05th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Il-Mexxej Laburista jzur il-Fiera Kummercjali ta’ Malta

E-mail Print PDF
Share

dsc_4842Il-Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat zar il-53 edizzjoni tal-Fiera Kummercjali ta’ Malta li qed tittella’ fl-MFCC f’Ta’ Qali.

Dr. Muscat dar l-istands tal-fiera fejn diversi kumpaniji lokali qed jesebixxu l-prodotti taghhom. Huwa tkellem ma’ sidien tal-kumpaniji jew rapprezentanti taghhom fejn fost ohrajn issemma z-zmien difficli li qed jiffaccja s-settur kummercjali fil-prezent. Bosta esebituri sostnew li jidher car kemm naqas il-purchasing power tal-poplu hekk kif jidher li ghalkemm in-numru ta’ dawk li qed izuru l-fiera huwa wiehed sostanzjali, n-negozju li qed isir ma jirriflettix l-istess ammont ta’ vizitaturi.

Hafna minnhom identifikaw fil-kontijiet tad-Dawl u l-Ilma r-raguni ewlenija li qed twassal biex il-poplu jzomm lura milli jixtri certu prodotti, oggetti u servizzi kif kien isir qabel. Huma esprimew ix-xewqa li din il-fazi delikata ghalihom, ma tibqax tippersisti ghal hafna zmien ghaliex dan ikun ta’ dannu kbir ghalihom, ghan-negozju taghhom u ghal haddiema li jimpjegaw maghhom.

Dr.Muscat, filwaqt li awguralhom kull success fil-hidma u n-negozju, tkellem dwar kemm kien importanti ghal pajjiz li min ihaddem, zammew iebes f’dawn il-mument difficli u qed jaghmlu minn kollox biex izommu maghhom, lill-impjegati taghhom.

Waqt li kien qed idur mal-istands tal-fiera, l-Mexxej Laburista ghal bosta drabi twaqqaf minn membri tal-pubbliku biex kellmuh, jehdulu b’idejh u anki talbu li jiehdu ritratti mieghu.

Waqt din iz-zjara l-Mexxej Laburista kien akkumpanjat mill-Kelliem Ewlieni Laburista ghal Ekonomija u Self-Employed Gavin Gulia, u mic-Chairman tal-Busuness Forum tal-Partit Laburista Marlene Mizzi.

Id-delegazzjoni tal-Partit Laburista kien akkumpanjata minn Silvio Scerri, Chairman tal-MFCC,  Edward Zammit, General Manager u  Jesmond Bondin, Managing Director tal-MFCC.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Light Rain AM Light Rain / Wind Scattered Showers / Wind Scattered Showers PM Showers
7C 9C 9C 9C 11C
Sun Mon Tue Wed Thu

 

Karikatura

 

Faccata