Thursday
Feb 09th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

“Fil-kaz ta’ progetti kbar ghandu jiddeciedi l-Parlament u mhux il-MEPA” - Austin Walker – Chairman tal-MEPA

E-mail Print PDF
Share

walker_photoF’intervista li kellu mal-gurnalista Vanessa Macdonald nhar l-Erbgha li ghadda, ic-Chariman tal-MEPA, Austin Walker, bl-iktar mod diplomatiku, ikkritika l-prattika tal-Gvern ghal meta jitfa’ f’hogor il-MEPA progetti li jkun qed jippromwovi u jimbotta ‘l quddiem. Konsegwenza ta’ din il-prattika tal-Gvern li l-ewwel jaghti palata kemm jiflah lil certi progetti u jaghmilhom fatta, il-MEPA tispicca fis-sitwazzjoni antipatika li din la tkun trid tidher li qed thassar il-festi fejn il-Gvern certi progetti jkun iridhom akkost ta’ kollox u fl-istess hin din lanqas ma tkun trid tidher li qed iservi ta’ timbru ghad-decizjonijiet li jkunu digà ttiehdu mill-Gvern.

Fl-istess intervista Austin Walker stqarr li l-MEPA titqieghed f’sitwazzjoni skomda ta’ kull darba meta jigi aggudikat xi tender lil xi kumpannija ghal xi progett nazzjonali kbir, imbaghad dan jispicca quddiem il-MEPA ghal decizjoni. In-nies li ma jaqblux mal-progett jghidu li ahna qed nigu wzati bhala rubber-stamp u n-nies li jaqblu mal-progett, inkluz il-Gvern, jippretendu li l-MEPA ghandha taccettah.”


Walker sahansitra wasal biex argumenta li ghandu jinstab mod ahjar ta’ kif ghandom jigu ttrattati dawn il-progetti bhal dak ta’ Bieb il-Belt, tal-estensjoni tal-power station ta’ Delimara ecc, fejn, forsi, ghandu jkun il-Parlament pjuttost milli l-MEPA li ghandu jiddecidi dwar dawn il-progetti. Walker qal ukoll li l-pubbliku li jara l-affarijiet minn barra, m’ghandux tort li jiehu l-impressjoni li l-MEPA hafna drabi tidher li qed taghti l-barka ghal decizjonijiet Ii jkunu digà ttiehdu mill-Gvern.


Sadanittant fuq ir-radju tal-Partit Nazzjonalista l-Hadd li ghadda, il-Prim Ministru Gonzi stqarr li n-negozjati dwar il-progett tal-White Rock mal-investituri, kienu waslu f’punt li kienet mehtiega li ssir stqarrija pubblika dwar il-progett, biex imbaghad tkun il-MEPA li taghti l-approvazzjoni taghha halli l-progett ikun jista’ jsir kif gie propost.


Il-progett tal-kumpless sportiv tal-White Rocks li gie mhabbar b’hafna pompa u fanfarri bi prezentazzjoni li saret gewwa Kastilja quddiem rapprezentanti ta’ diversi assocjazzjonijiet sportiv, qajla jista’ jigi evalwat b’mod oggettiv mill-MEPA, meta l-membri tal-Bord tal-MEPA jafu li dak li se jkunu qeghdin jiddecidu se jholl u jorbot dwar progett li fuqu l-Prim Ministru hareg ghonqu.


Il-Bord tal-MEPA huwa ffurmat minn persuni li gew appuntati bhala parti mis-sistema tal-patrunagg politiku u mhux abbazi ta’ mertu jew ta’ kredenzjali teknici, minkejja dakollu li nghad fl-ahhar program elettorali tal-Partit Nazzjonalisti biex postijiet bhal dawn jimtlew fuq bazi ta’ mertu wara sejha pubblika ghal applikazzjonijiet. Tant hu hekk fl-intervista ma’ Vanessa Macdonald, Austin Walker ammetta li qabel ma gie mahtur bhala  Chairman tal-MEPA, huwa ma kellu ebda esperjenza jew gharfien dwar il-process tal-ippjanar. Il-membri tal-Bord tal-MEPA m’ghandhomx il-clout u l-istatura mehtiega biex ma jhallux il-pressjonijiet li jixhet fuqhom il-Gvern jaghmlu taghhom.

Austin Walker li jaf is-salarju annwali  ta’ €93,000 (apparti l-beneficcji) ghad-decizjoni politika li permezz taghha messitu din il-kariga, evidentement qed isibha difficli li jirrikambja dan ‘il-favur’ bl-ingratidni li l-MEPA twahhal progetti li jkunu qeghdin jigu mbuttati bil-qawwa mill-Gvern. Kien ghalhekk li Austin Walker hareg bl-argument meskin li f’kaz ta’ progetti nazzjonali kbar, ghandu jkun il-Parlament u mhux il-MEPA li johrog il-permess. Fi kliem iehor Walker qed jargumenta li fil-kaz ta’ dawk il-progett nazzjonali li jista’ jkollhom l-ikbar impatt ambjentali u li jkunu jinkludu materji teknici u kwistjonijiet kumplessi, Austin Walker li jmexxi l-MEPA qieghed jammetti li din qed tispicca f’sitwazzjoniet skomdi u imbarazzanti u jkun ahjar jekk tabdika l-poteri li ghandha u dawn jigu mghoddija lill-Parlament, ossija lill-maggoranza tal-Gvern fil-Parlament.

Fil-kaz tal-White Rocks, il-MEPA fl-1995 kienet ippubbikat Development Brief dwar liema zvilupp huwa permess li jsir din iz-zona. Il-MEPA flok aggornat dan id-dokument maz-zmien peress li ghaddew 15-il sena minn fuqu, issa spiccat f’sitwazzjoni imbarazzanti li ghandha quddiemha progett li fuqu l-Gvern huwa aktar milli kommess, progett li f’certi aspetti importanti tieghu li jista’ ma jkunx kompatibbli mad-Development Brief, u li dwaru l-MEPA kif inhi komposta llum zgur li  ma tistax tghid le.

Biex jipprova johrog minn dat-tip ta’ sitwazzjonijiet imbarazzanti, Walker hareg bil-proposta assurda li fil-kaz ta’ progetti ta’ dan il-kobor, il-MEPA tispicca ‘passing the buck’ lill-Parlament ghaliex ma tistax tiddecidi b’mod hieles, ghall-inqas fil-percezzjoni ta’ hafna nies.

Kummenti (1)Add Comment
Mr
Minn Paul Camilleri, July 04, 2010
Mela ghalfejn sejah lilu nnifsu bhala rolls-royce?
Ahjar mini minor skamplu u tiehu decizjonijiet minflok rolls-royce inkapaci.
report abuse
vote down
vote up
Votes: +0

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Light Rain Shower Showers Mostly Sunny Showers Showers / Wind
8C 12C 11C 9C 10C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata