Thursday
Feb 09th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Hidma biex isir muzew virtwali ta’ Malta

E-mail Print PDF
Share

dsc_0114EuropeanaLocal huwa progett Ewropew fejn hemm imsiehba mieghu 27 pajjiz fosthom Malta.  L-ghan ta’ dan il-progett huwa li jinholoq muzew virtwali dwar Malta billi jingabar kemm jista’ jkun taghrif dwar Malta antika. Ramona Portelli tkellmet ma’ Cedric Farrugia biex issir taf aktar dwar dan il-progett

L-ghan tal-progett Europeana-Local hu li tingabar kemm jista’ jkun informazzjoni dwar Malta antika biex jinholoq muzew virtwali. Dan il-materjal jista’ jingabar minghand kollezzjonisti privati, ghaqdiet non-governattivi, muzewijiet privati, kumpanniji, kif ukoll individwi.  Il-materjal jista’ jkollu forma varja kemm bhala kliem, stampi, audio jew video.

Dwar dan il-progett tkellimt ma’ Cedric Farrugia li ghandu l-kariga ta’ Project Executive fi hdan l-istess progett.

Cedric ghandu 32 sena, jghix Hal Tarxien u ghal qalbu ghandu l-kitba kif ukoll ihobb isegwi l-futbol.  Jikkunsidra lilu nnifsu bhala bniedem socjali u fuq kollox ihobb jasal fl-ghanijiet tieghu.

Xoghlu bhala Project Executive fi hdan il-progett EuropeanaLocal hu li jkollu kuntatt bejn il-progett u l-ghaqdiet u individwi Maltin.  Ezattament sabiex infisser ruhi ahjar, il-kumpannija li jahdem maghha Cedric qed isservi bhala aggregator lokali ghall-progett EuropeanaLocal.

“L-appell tieghi minn din l-intervista huwa li kemm jista’ jkun residenti Maltin li ghandhom u jistghu jikkontribwixxu b’materjal konness ma’ Malta antika, jikkuntattjawna.  Finalment l-iskop taghna huwa wiehed – dak li noholqu muzew virtwali dwar Malta.  Xogholi jikkonsisti f’laqghat ma’ kunsilli lokali, dilettanti tal-istorja ta’ Malta, fotografija u anke ma’ muzewijiet lokali.  Kull min ghandu ghal qalbu l-kultura u l-hajja tal-poplu Malti nheggu jikkuntattjana.  Kull m’hemm bzonn li dak li jkun jghaddilna l-materjal u ahna permezz tat-teknologija moderna niehdu kopja tal-materjal, filwaqt li l-materjal originali jibqa’ tal-individwu”, beda jispjegali Cedric.

Dawk li huma mhajjra jikkontribwixxu ghal dan il-progett jistghu joffru ritratti antiki ta’ Malta, kotba, rakkonti fuq audio, intervisti, ritratti artistici, ritratti kontemporanji, kotba biografici, poeziji u kull haga ohra li tista’ tigi f’mohh dak li jkun.  L-importanti li l-konnessjonijiet ikunu ma’ Malta antika.  Importanti nghid li kull min jixtieq jghaddi xi materjal, m’hemm l-ebda obbligazzjonijiet ta’ hlas.

Staqsejt lil Cedric minn fejn originat din l-idea ta’ dan il-progett u fuq kollox kemm ilha msiehba Malta fih.

“Dan il-progett ilu jezisti.  L-iskop tal-UE huwa li tkabbar l-influwenza fuq id-diversi kulturi tal-pajjizi Ewropej.  Nafu li l-kulturi tal-pajjizi ma jieqfu qatt, u m’ghandhom l-ebda limitu.”

Tlabtu jispjegali ezattament il-procedura hekk kif individwu jithajjar jikkontribwixxi xi materjal.  Filfatt Cedric insista mieghi li anke jekk dak li jkun jkollu xi dubju dwar jekk xi materjal li jkollu jkunx validu ghal dan il-progett, jista’ xorta wahda jikkuntattjahom u jistaqsi ghal parir.  “Kull min perezempju ghandu xi ritratti ta’ presepji, kollezzjonijiet ta’ tazzi antiki ta’ Malta, kartolini, veduti lokali, u xeni tal-Karnival ta’ Malta tal-antik, dawn kollha huma validi.  Anke min ghandu xi ricetti antiki.  Kollox jista’ jigi esebit”.

“Li jigri min-naha taghna huwa li naraw il-materjal kollu li jigi pprezentat ghandna, u jekk insibu li huwa adattat ghall-wiri, niehdu ritratti f’forma digitali taghhom, jew jekk hemm bzonn videos jew audio, u l-materjal originali jittiehed lura ghand il-proprjetarju.  Mhux hekk biss talli jmur lura d-dar b’kopja b’format digitali tal-materjal tieghu. Ma ninsiex nghid li d-dritt dejjem jibqa’ tal-proprjetarju stess”, kompla jispjegali Cedric.

Il-materjal li ser ikun qed jingabar ser ikun muri waqt attivitajiet li ser isiru kemm f’Malta kif ukoll f’Ghawdex f’Settembru li gej.

Apparti minn hekk, il-materjal ser ikun esebit fuq is-sit elettroniku www.europeana.eu li huwa s-sit tal-librerija digitali Ewropea.

Fi kliem iktar semplici www.europeana.eu ser tkun bhala search engine ibbazata fuq il-kultura, storja u tradizzjoni Ewropea.

Fil-gimghat li gejjin ukoll, Cedric infurmani li dawk kollha li jaghtu sehemhom f’dan il-progett b’xi materjal validu, ser ikollhom ic-cans li jirbhu premijiet sbieh minn kompetizzjoni li daqt ser tkun mnedija.

Il-messagg ta’ Cedric lill-qarrejja tal-KullHadd huwa, “Jekk tikkontribwixxu ghal dan il-progett, m’intom ser tkunu qed thallsu xejn, u m’intom se titilfu xejn l-anqas.  Anzi ser tkunu qed tiggwadanjaw.  Apparti li ser tkunu qed tghinu l-kultura lokali,  ser tkunu awtomatikament qed tittantaw xortikom fil-kompetizzjoni, kif ukoll tmorru lura d-dar b’CD bix-xoghlijiet taghkom ipprezervati f’forma digitali.

“Barra minn hekk, artisti zghazagh ser ikunu jistghu jiehdu din l-opportunità sabiex jesponu x-xoghlijiet taghhom permezz ta’ dan il-progett fuq livell Ewropew u anke dinji, ghall-fatt li l-internet jarah kulhadd.  B’hekk flimkien inkunu qed inkabbru l-vizjoni ta’ Malta”, sahaq Cedric.

Fi kliem Cedric stess, ghalkemm Malta hija zghira, fic-cokon taghha hija sinjura fil-kultura taghha.

“Hadd ma jista’ jichad ir-rikkezza ta’ Malta fil-kultura taghha.  Ghandna kultura vasta u sinjura.  Hemm bzonn li l-Maltin jikkontribwixxu f’dan il-progett halli nuru min ahna lill-ohrajn.  Jekk ma nsibux koperazzjoni mill-poplu Malti, l-ghan li naslu ghal dan il-progett ma jintlahaqx.  Irridu nuru l-kumplament tal-Ewropa li Malta m’ghandna xejn inqas mill-pajjizi l-ohra”.

Dawk kollha li jixtiequ jaghtu sehemhom f’dan il-progett huma mhegga jikkuntattjaw lil Cedric fuq This e-mail address is being protected from spambots. You need JavaScript enabled to view it jew fuq in-numru 2122 4900.

Din l-intervista saret gewwa The Caffe Bottega’, li jinsab fil-Marina Hotel, Tignè Seafront, Sliema.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy AM Showers Scattered Showers Mostly Sunny Scattered Showers
12C 13C 11C 11C 9C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata