L-ahhar ta’ Gunju gab mieghu t-tmiem tal-ewwel sitt xhur tas-sena 2010, kif ukoll it-tmiem tal-Presidenza Spanjola. Ftit tal-gimghat ilu ktibt minn din l-istess pagna li dawn l-ewwel sitt xhur ma kinux facli ghal Spanja anzi nista nghid li kienu difficli ferm.
Ktibt ukoll li fi ftit tal-granet ohra nibdew nanalizzaw din il-Presidenza filwaqt li nibdew Presidenza ohra li twassalna sal-ahhar tas-sena. F’dawn il-granet digà nkiteb hafna dwar l-ewwel sitt xhur u hemm hafna x’wiehed jaqra, izda nahseb li l-kumment tal-magazin influwenti EU Observer, f’artiklu miktub minn Andrew Rettman, jista’ jispjega f’sentenza wahda din il-Presidenza. F’artiklu bl-isem ‘Spanja tispicca presidenza invizibbli’, Rettman jghid hekk “Spain’s EU presidency will be remembered for its ‘messy’ foreign policy and the invisibity of Spanish Prime Minister Jose Luis Zapatero”. Kliem tassew iebes li jitfa’ dell ikrah ferm fuq din il-Presidenza li qed tigi meqjusa bhala falliment.
Jekk wiehed kellu jhares lura, malajr isib zewg okkazjonijiet fejn jista’ jipponta subghajh lejn il-Gvern Spanjol. L-ewwel id-decizjoni tal-President tal-Istati Uniti Barack Obama, li jaqbez is-summit bejn l-UE u l-Istati Uniti f’Madrid, u t-tieni kien il-fatt li thassar summit iehor bejn l-UE, il-pajjizi Gharab u Izrael li kellu jsir f’Madrid li kixfu nuqqasijiet kbar tal-Prim Ministru Spanjoli Zapatero.
L-istess Prim Ministru naqas hafna meta l-UE kienet mahkuma mill-krizi gravi fiz-Zona Ewro u spikka n-nuqqas tal-prezenza tieghu meta l-aktar kien hemm bzonnha. Ix-xena kienet iddominata minn Franza u l-Germanja u sa certu punt mill-President tal-Parlament Ewropew, u Spanja hadet siggu fuq wara minflok ghamlet dak li jkun mistenni minn kull Presidenza jew ahjar dik li tmexxi ’l quddiem l-affarijiet.
Hekk kif l-ahhar ta’ Gunju gab mieghu t-tmiem ta’ Presidenza, l-1 ta’ Lulju jgib mieghu l-bidu ta’ Presidenza gdida. Issa jmiss lill-Belgjani biex jiehdu r-riedni tat-tmexxija tal-UE. Bhall-ewwel sitt xhur dawn mhux ser ikunu xi passiggata.
Wiehed irid izomm f’mohhu wkoll li bhalissa l-poplu Belgjan jinsab minghajr Gvern ghax ftit tal-gimghat ilu dan waqa’ u ma tantx jidher li ser ikollhom Gvern gdid malajr. Minflok, bhalissa l-Belgju qed jitmexxa minn Gvern ‘dell’ sakemm jinhatar Gvern gdid. Il-Belgju hu mifni sew b’qasma interna li tifred dan il-poplu fi tnejn b’zewg lingwi differenti u xi kultant anke t-twemmim religjuz. Il-Gvern Belgjan digà qal li ser jiffoka aktar fuq riformi fil-Parlament Ewropew, izda nahseb irid ixammar il-kmiem ferm aktar jekk ma jridx jigrilu bhal dak Spanjol u jaghmel xi froga ohra. L-uniku solliev li ghandna hu li l-Belgju hu pajjiz fundatur tal-UE u sa issa kellu l-opportunità jmexxi l-istess Unjoni 12-il darba.

| < Prev | Next > |
|---|






