Nhar il-Hadd li ghadda l-gurnal Nazzjonalista b’ittri kbar fl-ewwel faccata qalilna: “Il-Gvern se jiffinanzja l-esperjenza ta’ studju f’universitajiet Ewropej ghal mijiet ta’ studenti Maltin - Il-programmi Ewropej Youth in Action, Grundtvig u Comenius se jsiru kif ippjanat.”
Ma nafx b’min iridu jidhqu dawn in-nies. Ghax jekk veru l-programmi li semmew se jsiru kif ippjanat, il-flus ghal dawn il-programmi ghandhom jithallsu mill-fondi tal-Unjoni Ewropea u ma hemm l-ebda bzonn li l-Gvern jiffinanzja l-esperjenzi ta’ studju ghal dawn l-istudenti.
U l-finanzi li se jipprovdi l-Gvern jista’ jilhaq in-nofs miljun ewro ghal din is-sena, u dan se jkopri biss madwar 300 student li jfisser li aktar minn 200 student u ghalliema ohra se jibqghu b’xiber imnieher. Allura kif iridu jbellghulna li l-programmi “se jsiru kif ippjanat”?
U fuq kollox xejn m’ghandhom biex jiftahru li l-Gvern se jiffinanzja dawn il-programmi, ghax il-Gvern m’hu qed jaghmel l-ebda pjacir lill-poplu, anzi jien u int se jkollna niffinanzjaw zball wara zball u nuqqasijiet ta’ dawk li huma responsabbli biex jaraw li l-istudenti u l-ghalliema Maltin igawdu mill-fondi tal-Unjoni Ewropea, u fost dawk responsabbli bla dubju ta’ xejn hemm il-Ministru Dolores Cristina.
Il-media elettronika tal-istess Partit imbaghad harget tiftahar billi kkwotat dak li qal il-Kunsill tal-Istudenti Universitarji: ‘Sodisfazzjon ghas-soluzzjoni temporanja dwar l-Erasmus‘ – KSU.
U zgur li l-ghaqda tal-istudenti tkun sodisfatta li tal-inqas b’xi mod jew iehor numru gmielu ta’ studenti, li kienu qatghu qalbhom, se jirnexxielhom jiksbu dik l-esperjenza li kienu mweghda, u issa raw xaqq ta’ dawl.
Ma nahsibx li hawn xi Malti jew Ghawdxi li mhux sodisfatt li jara li tal-inqas ma ntilifx kollox, ghalkemm xorta wiehed jiddispjacih ghal dawk l-istudenti u l-ghalliema li xorta se jibqghu barra l-inizjattiva li ha l-gvern. Minkejja l-impressjoni li ppruvat taghti l-media Nazzjonalista, ma nahsibu li l-KSU huma sodisfatti ghal kif graw l-affarijiet.
Jien zgur li l-maggoranza tal-poplu mhux kuntent bil-mod kif zvolgew l-affarijiet, mhux biss ghax se jkollu johrog il-flus darbtejn – fuq kollox il-fondi Ewropej johrogu mit-taxxi li nhallsu ahna wkoll - izda ghaliex waqajna ghac-cajt mal-Ewropa kollha.
Kulhadd sar jaf li minkejja t-twissijiet kollha, bil-ftahir kollu li ghandna, ma konniex kapaci li nirrangaw l-affarijiet fil-hin mitlub u spiccajna bi programmi edukattivi hekk importanti sospizi.
U allura l-Gvern m’ghandu jistenna l-ebda grazzi ghax se jonfoq flus il-poplu minhabba traskuragni grassa min-naha ta’ membri tal-Kabinett tieghu.
U kif qal tajjeb il-Kelliemi ghall-Edukazzjoni, Evarist Bartolo dan il-pjan tal-Gvern biex jipprova jsalva wiccu mal-istudenti u mal-poplu Malti ma nafux kif se jithaddem, minn fejn se jingiebu l-flus, min se jibbenefika u min mhux u jekk dawn l-ghotjiet li se johrog il-Gvern humiex ghal din is-sena biss.
It-taghlim tal-Ingliz lill-barranin
Jidher li ghal darb’ohra l-iskejjel li jghallmu l-Ingliz lill-barranin qed jiffaccjaw sena iebsa. Ghalkemm gie rrapurtat li kien hemm zieda minima fuq is-sena l-ohra fejn jidhlu l-bookings, xorta s-sitwazzjoni ghadha ferm ’il boghod minn dik tas-snin 2007 u l-2008. Din is-sena barra l-effett tal-krizi ekonomika, hemm ukoll il-fatt li l-Isterlina hija dghajfa meta mxebbha mal-Ewro u ghalhekk studenti mill-Unjoni Ewropea qed isibuha aktar finanzjarment jaqblilhom li jmorru jistudjaw l-Ingilterra milli f’Malta.
Fortunatament jidher li t-tnaqqis min-naha tal-Gvern Spanjol fl-ghajnuna li kien jaghti lill-istudenti biex jistudjaw l-Ingliz, mhux se jaffettwa l-iskejjel tal-Ingliz f’Malta.
Din is-sena l-Gvern Spanjol naqqas in-numru ta’ boroz ta’ studju b’20,000. Is-sena l-ohra meta l-Gvern Spanjol ta 45,000 borza ta’ studju, 9,000 student ghazlu li jaghmlu l-istudju taghhom f’Malta.
Veru li l-istudenti Spanjoli ma tantx hallew toghma tajba fost il-nies li joqoghdu madwar San Giljan minhabba l-mod xejn tajjeb li kienu jgibu ruhhom, izda nisperaw li bl-ghajnuna tal-iskejjel koncernati u l-pulizija f’dan is-sajf din il-problema tittaffa.

| < Prev | Next > |
|---|






