“Il-Partit Nazzjonalista jinsab ghaddej minn dik li tista’ tissejjah wahda mill-aktar sitwazzjonijiet politikament imbarazzanti ghal hafna u hafna snin. Investigazzjonijiet ta’ allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni, irregolaritajiet u amministrazzjoni hazina qed jikxfu sinjali cari ta’ dghufija amministrattiva, u f’numru ta’ kazjiet, inkompetenza kbira li ilna s-snin ma naraw bhalha fl-amminisrazzjoni tal-pajjiz.” Din mhijiex xi silta minn xi kitba f’xi gazzetta tal-Oppozizzjoni Laburista jew minn xi diskors ta’ xi esponent Laburista, imma silta mill-Editorjal tal-gazzetta The Times li nkiteb fit-12 ta’ Gunju li ghadda.
Is-sidien tal-gazzetta The Times u l-istaff editorjali taghhom is-soltu jsibuha kemxejn difficli biex icapcpuha lill-Gvern Nazzjonalista meta jkun haqqu. Il-fatt li nkiteb editorjal ta’ The Times li jdoqq l-iskotti dwar in-nuqqasijiet kbar li ghandu l-Partit Nazzjonalista fil-Gvern, huwa sinjal iehor ta’ kemm tabilhaqq sejrin hazin l-affarijiet f’dan il-pajjiz taht it-tmexxija ta’ Lawrence Gonzi.
L-Editorjal ta’ The Times ikompli jghid li “dak li rrizulta mill-investigazzjonijiet ta’ prattikament il-kazijiet recenti kollha, minn dak tal-estensjoni tal-power station ta’ Delimara ghal dak tas-sospensjoni tal-fondi tal-UE ghall-programmi tal-istudenti, jaqtalek nifsek. Madankollu hafna mill-politikanti tal-partit fil-Gvern jaghzlu li jibqghu jmeru s-sewwa maghruf, billi jargumentaw li l-Partit fl-Oppozizzjoni jaqla’ dawn il-kazijiet bl-iskop biss li joskura lill-Gvern jew biex semplicement jiddevja l-attenzjoni mill-progress li qed isir f’oqsma ta’ hidma tal-Gvern. Verament jistghu dawn jibqghu jghixu fi stat ta’ cahda (state of denial) kemm iridu, imma l-verità hija li s-sitwazzjoni qed issir aktar u aktar inkwetanti.”
Ikompli jghid l-Editorjal tat-Times “jekk wiehed jiehu l-kuntratt tal-Fairmount, kien gie stabbilit li din il-bicca xoghol kienet wahda li se taghmel it-telf minn qabel ma kien inbeda x-xoghol. Xi haga li ggieghlek tikkonfondi u li zgur titlob li tkompli tigi investigata. Il-kuntratt tal-estensjoni tal-power station ta’ Delimara huwa mizghud b’domandi li baqghu ma gewx imwiegba. Il-mod li bih zviluppa l-attentat ta’ tixhim fil-privatizzazzjoni tal-facilità tas-superjotts tabilhaqq ma jitwemminx.
Mhuwiex stramb li l-Prim Ministru ma giex infurmat immedjatament hekk kif l-allegazzjonijiet dwar l-attentat ta’ tixhim waslu l-ufficcju tieghu? Il-linja ta’ komunikazzjoni fi hdan l-ufficcju tal-Prim Ministru hija daqshekk hazina? Din ma kinitx xi kwistjoni trivjali, tant hu hekk, meta tmien xhur wara l-Prim Ministru fl-ahhar sar jaf bil-kwistjoni, mill-ewwel irrefera l-kaz lill-Pulizija ghall-investigazzjoni.”
Dwar il-kwistjoni tas-sospensjoni tal-fondi tal-UE ghall-programmi tal-istudenti, l-Editorjal tat-Times ihossu sorpriz bil-fatt li dawk fil-“livell politiku” tal-Amministrazzjoni, f’Malta u f’Dar Malta fi Brussell, baqghu ma sarux jafu b’dak li kien ghaddej. “Huwa difficli li wiehed jaccetta dan kollu. Bir-ragun l-Oppozizzjoni issa ressqet mozzjoni ta’ sfiducja fil-Ministeru tal-Edukazzjoni Dolores Cristina u qed titlob lill-Prim Ministru biex inehhieha.”
Dan l-Editorjal tat-Times itemm jghid li “l-Gvern ghandu jtella’ l-kalzetti u jibda biex jaghmel dak kollu mehtieg biex iwaqqaf dik li tidher li hija laxkezza rampanti. Qeghdin iqumu wisq kazijiet ta’ nuqqasijiet amministrattivi gravi li jindikaw tmexxija dghajfa f’diversi punti ewlenin tal-Amministrazzjoni.”
Mill-mod ta’ kif gew ittrattati minn dan l-Editorjal tat-Times il-kuntratt tal-estensjoni tal-power station ta’ Delimara, il-kaz skandaluz tal-Fairmount, il-kaz tal-fondi Ewropej ghall-istudenti li gew sospizi mill-Kummissjoni Ewropea, il-kaz tal-privatizzazzjoni tas-superjotts, jaghti ragun lill-Partit Laburista meta espona dawn il-kazijiet berah.
Jekk il-Prim Ministru Gonzi quddiem dan kollu, ikkonfrontat bi kritika daqstant qawwija li gejja minn kwartieri li s-soltu jaghtuh palata u mhux majnata, jibqa’ jaghmilha tan-naghma, jdahhal rasu gor-ramel biex jahrab mir-realtà li qed tghajjat f’wiccu, jaghmel hu ghalkemm huwa u jaghmel dan qed jispicca jbati l-pajjiz.
Il-pajjiz jixraqlu ferm u ferm ahjar mir-ricetti mmuffati tan-Nazzjonalisti.

| < Prev | Next > |
|---|






