Tiltaqa’ ma’ persuni li juru determinazzjoni u kuragg, partikolarment minn dawk li ghalkemm ikunu ghaddejjin minn zminijiet difficli, jirnexxilhom ikunu ta’ ispirazzjoni ghal ohrajn.
Annabelle Vassallo, persuna li qasmet l-esperjenza taghha ta’ dak li tghaddi minnu persuna li jkollha l-marda tal-kancer, irnexxielha toffri farag ghal bosta u tkun ta’ ezempju pozittiv ghal hafna ohrajn.
Ma kinetx l-ewwel darba li segwejt dak li kellha xi tghid Annabelle. Nhar it-Tnejn, f’attività organizzata minn Gift of Life, kelli l-opportunità li niltaqa’ maghha. Minkejja l-esperjenza difficli li ghexet u qed tghix, tirrakkonta storja li tibghat messagg mill-aktar pozittiv. Ispirazzjoni ghal dawk li ghaddejjin minn zmien difficli u li qed jaraw li jekk marda tirbhilhom, tisirqilhom hajjithom.
Sitwazzjonijiet bhal dawn, partikolarment meta wiehed jibda jifhem u jgib quddiem ghajnejh dak li jkun se jghaddi minnu, huma difficli kemm ghal min ghaddej u jiffaccja l-marda kif ukoll ghall-familjari u persuni li jkunu qrib. Wiehed jifhem aktar kemm mhux il-kura biss hija importanti, izda s-sapport u l-ghozza huma zewg affarijiet tant mehtiega.
Minkejja d-diffikultajiet li tghix Annabelle, impressjonanti l-mod kif tirrakkonta l-esperjenza taghha. Ghamlitha missjoni li tghaddi dan ir-rakkont lill-ohrajn u fehmet u qed tfisser li l-kuragg li qed turi u tesprimi huwa ta’ gid ghall-komunità li fiha tghix kif ukoll ghaliha, biex minkejja kollox thares ‘il quddiem.
Il-hajja tlaqqghek ma’ hafna nies li ghaddew jew ghaddejjin minn dak li qed tghix Annabelle. Mhux kulhadd jirrakkonta l-istorja tieghu bl-istess mod, izda zgur li l-messagg li tibghat Annabelle huwa mehtieg specjalment meta wiehed jibda jifhem kemm il-persuna li tbati minn din il-marda tehtieg ghajnuniet u kemm tehtieg sostenn.
Li tiggieled marda jfisser hafna. Iffisser li tkun tehtieg servizzi ta’ kura li jista’ jkun li jihduk lil hinn minn xtutna. Ifisser li r-ritmu normali tal-hajja jinbidel ghaliex il-htigijiet jinbidlu. Jidhlu htigijiet godda li jfissru spejjez godda. Fi ftit kliem, il-hajja kif tkun tafha tinbidel u tibdel il-hajja ta’ dawk kollha li jghixu madwarek.
Habib tieghi li ghandu t-tifel ghaddej minn zmien ta’ kura rrakkontali x-xokk li hadu meta saru jafu li l-kura li kien qed jiehu kellha tigi posposta minhabba hsara fil-apparat fl-Isptar Boffa. Il-process ta’ kura, minnu nniffsu joffri sens ta’ tama. Il-fatt li programm ta’ kura jitwaqqaf hesrem, jerga’ mill-gdid johloq incertezza kemm ghall-pazjent kif ukoll ghall-familjari li, f’dan il-process ta’ fejqan, raw it-tama li min qed jiggieled il-marda jista’ jirbah.
Wiehed japprezza l-impenn li jaghtu l-professjonisti medici Maltin, kif ukoll dawk kollha involuti f’dan is-settur. Dan l-impenn irid ikun sostenut minn investiment ghaqli ta’ rizorsi adegwati biex min jiffaccja dawn id-diffikultajiet isib l-ghajnuniet mehtiega. Kull ewro li tintefaq ghal dan is-settur hija mbierka u ghalhekk ebda ewro m’ghandu jinhela fil-process li nsostnu s-servizzi tant mehtiega.
Messagg pozittiv importanti ghal min ikun ghaddej minn zmien difficli, jaghtuh l-ghaqdiet filantropici li jaghtu tant ghajnuna kemm lill-pazjent kif ukoll lill-familjari. Pajjizna jemmen u jhaddan is-solidarjetà u qatt ma naf li kien hemm talbiet ghal ghajnuna li waqghu fuq widnejn torox. Min imexxi dawn l-ghaqdiet ukoll jibghat messagg qawwi favur il-hajja bl-ghajnuna kbira li tkun qed tinghata biex, min isib ruhu f’sitwazzjonijiet simili, jinghata l-ahjar possibiltajiet f’mumenti hekk iebsa.
Il-poplu Malti jemmen f’hafna valuri sbieh. Id-diffikultajiet li jgib mieghu il-mard, b’mod partikolari l-marda tal-kancer, zgur li huwa opportunità ghall-poplu taghna biex juri dak li jemmen fih u f’mumenti difficli xorta johrog is-sens qawwi ta’ tama u t-twemmin favur il-hajja.
www.zrinzo.info

| < Prev | Next > |
|---|






