Ma’ kull gimgha li tghaddi, ma kull xahar, fl-ahhar snin, pajjizna taht l-amministrazzjoni ta’ GonziPN baqa’ jfur bil-korruzzjoni. Liema korruzzjoni tinsab mifruxa sew fl-awtoritajiet u korporazzjonijiet tal-gvern u fl-Amministrazzjoni Centrali tal-Gvern. Kazijiet rampanti kellna kemm trid. Mill-MEPA sal-ADT, sad-dipartiment tal-VAT bil-famuz kaz ta’ ‘l fuq minn 10 miljun ewro f’korruzzjoni li nafu bihom f’kaz wiehed biss.
Il-kuntratt skandaluz fuq mijiet ta’ miljuni f’ewro ghall-estensjoni tal-power station il-gdida f’Delimara. L-isparpaljar ta’ miljuni kbar ta’ ewro ferm aktar mill-istimi originali fuq it-toroq il-godda li mill-ajruport iwasslu s’Ghajn Tuffieha. Il-mollijiet tal-Imgarr Ghawdex u fic-Cirkewwa li wara 15-il sena ghadhom mhux lesti. Infakkar li fuq dawn il-mollijiet intefqu digà miljuni kbar ta’ liri Maltin u mhux ewro. Biex dak fic-Cirkewwa ghadu jittewweb biex jitlesta jew inkella meta se jitkompla ma nafux.
Il-hrug oxxen ta’ mijiet f’permessi ghall-bini fuq meded kbar ta’ art mhux fiz-zoni tal-izvilupp jiem biss qabel l-ahhar elezzjoni minn GonziPN innifsu. Imbaghad xi nghidu ghal dak li ilu s-snin ghaddej f’Ghawdex fejn l-istess kuntrattur jibqa’ jiekol kuntratt wara l-iehor b’85% tax-xoghol ta’ kostruzzjoni tat-toroq f’Ghawdex u xoghol iehor tal-gvern jibqa’ jintrebah bla problemi ta’ xejn minn dan l-istess kuntrattur. Nista’ nibqa’ sejjer nikteb fuq kazijiet ta’ korruzzjoni bla waqfien li kieku l-ispazju kien jippermettili.
Hafna minn dawn il-kazijiet u ohrajn li ma semmejtx kienu fl-ahbarijiet fl-ahhar kampanja elettorali. Bhala Partit konna hrigna bl-ghajta ta’ tolleranza zero fuq il-korruzzjoni. Kien hemm min ikkritikana sahansitra anke minn fostna ghax kienu jargumentaw li l-poplu Malti xi ftit korruzzjoni jiehu gost jghix biha, u skont huma kampanja bhal din kienet se ttellfilna l-voti. Qatt ma qbilt ma dawk li argumentaw b’dal-mod.
X’gara wara l-elezzjoni? Il-korruzzjoni kompliet twarrad ghalkemm qajla ddubitajt minn dan. Min-naha l-ohra qed taghmel sewwa l-Oppozizzjoni Laburista li tkun soda u tikxef kazijiet rampanti ta’ korruzzjoni b’uhud anke diskussi fil-parlament permezz ta’ mozzjonijiet.
Biss inkwetanti hu l-fatt li frazzjoni mhux zghira tal-poplu qieghda bhal donnu taqta’ qalbha li jista’ jigri xi haga jew li dawn il-klieb il-bahar (sharks) xi darba ghad jinqabdu jew jieqfu. Min-naha ma ttihomx tort lil dawk li qed jahsbu hekk. Ghaliex fuq kaz wara l-iehor GonziPN iddefenda jew assolutament dawwar wiccu n-naha l-ohra.
Biex ma nsemmix kemm GonziPN ilu jkaxkar saqajh biex mill-parlament tghaddi l-ligi hekk imsejha ‘whistle blower act’ fejn dawk li jikxfu kazijiet ta’ korruzzjoni f’pajjizna l-Istat jaghtihom il-protezzjoni kollha possibbli inkluz l-anonimità tal-persuni li jikxfu dawn il-kazijiet.
Il-korruzzjoni f’pajjizna lahqet livelli rekord. Qed teqred dak kollu li suppost jaghmel gvern nazzjonali xieraq u ewropew. Dik ta’ tmexxija tajba, onesta, u nadifa. Dan l-istil ta’ tmexxija taht GonziPN ma jezistix u nghidha bil-qawwa kollha. GonziPN u bosta mill-ministri tieghu huma qrib hafna ta’ crieki ta’ nies midhla sew tan-negozju fosthom l-akbar kuntratturi Maltin li sa mill-1987 ma waqfux jahtfu kuntratt wara l-iehor b’uhud minnhom b’xamma kbira, u cara, ta’ korruzzjoni. Jekk ma tridx, issib min minn dawn il-kuntratturi li ma jiddejqu xejn jilaghbuha tal-qaddisin. Spiss tarahom fuq quddiem nett fl-irfigh ta’ statwi religjuzi fil-Gimgha l-Kbira jew sahansitra jiftahru li jmorru xahar ghall-missjoni.
Daqshekk spiccaw il-valuri li tant jiftahru bihom tal-PN.
Iva, jehtieg li aktar minn qatt qabel il-korruzzjoni f’pajjizna tkun miggielda. Hadd aktar ghajr ghall-Oppozizzjoni Laburista ma jista’ jwettaq dil-hidma. Pajjizna jixraqlu ferm u ferm ahjar. Wara kollox il-korruzzjoni, bhalma dejjem kien, qed ihallsu ghaliha dawk il-familji habrieka u onesti Maltin u Ghawdxin.
Il-Hadd it-tajjeb
This e-mail address is being protected from spambots. You need JavaScript enabled to view it

| < Prev | Next > |
|---|






