F’Gunju fis-SuperBowl sar l-MTBA’s Event ghall-kwalifikazzjoni ghall-Qubica-AMF World Cup ta’ din is-sena li ser issir f’Zagreb il-Kroazja, bejn il-15 u l-24 ta’ Ottubru. Dan huwa wiehed mill-akbar avvenimenti fil-kalendarju mondjali tal-bowling, b’iktar minn 80 nazzjon rapprezentat mill-kampjuni taghhom, kemm maskili kif ukoll femminili.
Din is-sena Malta se tkun rapprezentata minn Mark Spiteri u Sue Abela, li t-tnejn li huma lahqu l-quccata fid-divizjonijiet taghhom.
Il-kwalifikazzjoni ghal din it-Tazza tad-Dinja timxi b’formula semplici. Kull bowler jilghab tliet sessjonijiet ta’ tmien loghbiet, u l-aqwa pinfall minn dawk l-24 loghba tiddetermina r-rebbieha tal-irgiel u tan-nisa.
Id-divizjoni maskili kienet ikkontestata sew imma fl-ewwel gurnata Mark Spiteri ha l-kontroll kmieni b’sessjoni ta’ 1694, inkluz loghba ta’ ftuh gholja bi skor ta’ 278. Warajh kien hemm Rankin Camilleri b’ 1672 u Philippe Vancell b’ 1601.
Spiteri rnexxielu jibqa’ kalm u zamm il-pozizzjoni tieghu ghat-tieni sessjoni ta’ tmien loghbiet b’ total ta’ 3344. Warajh kien hemm Camilleri b’3292. Fit-tielet post izda dahal Kenneth Arpa b’sett ta’ 1667 ghal total ta’ 3250 fuq sittax-il loghba.
Hekk baqghu l-aqwa tlieta fil-gurnata finali tal-kompetizzjoni, b’Mark Spiteri jirbah b’4940 pins (medja ta’ 205.8), Rankin Camilleri, li kwazi qabzu fl-ahhar ftit, spicca t-tieni bi hmistax-il pin bejniethom (4925, medja ta’ 205.2). Kenneth Arpa kellu total ta’ 4890 (203.7) li zammu fit-tielet post, filwaqt li Justin Caruana Scicluna spicca fir-raba’ post b’ 4763 pins.
Sue Abela kienet fl-aqwa taghha mill-bidu u spiccat l-ewwel sessjoni ta’ tmien loghbiet b’total ta’ 1658, Melissa Swift kienet warajha b’1566, u Joanna Attard b’1526 pins. Fit-tieni gurnata l-loghba ta’ Sue ma baqghetx daqstant tajba izda 1479 kien bizzejjed biex tibqa’ fl-ewwel pozizzjoni b’ 3137 pins fuq sittax-il loghba.
Attard dahlet fit-tieni pozizzjoni b’3026, u hadet vantagg ta’ zewg pins fuq Swift b’ 3024. Sue Abela rebhet b’final ta’ 4739 total (medja ta’ 197.4). Joanna Attard baqghet fit-tieni post (4443, medja ta’ 185.1), u Melissa Swift baqghet fit-tielet post (4423, medja ta’ 184.2). Tiziana Carannante spiccat ir-raba’ b’4205 pins.

| < Prev | Next > |
|---|






