Monday
Sep 06th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Ikomplu l-preparamenti ghall-Kampjonati Ewropej

E-mail Print PDF

It-tim nazzjonali tal-Weightlifting ghadu kemm gie minn tmint ijiem ta’ tahrig gewwa Ruma mat-tim nazzjonali Taljan. Din kienet esperjenza pozittiva hafna. Dan it-tahrig kien possibbli bl-ghajnuna tal-Kumitat Olimpiku Malti.

It-tahrig f’Ruma kien parti mill-preparamenti sabiex ghall-ewwel darba Malta se tkun rapprezentata minn zewg timijiet fil-Kampjonati Ewropej tal-pajjizi z-zghar, kif ukoll fil-Kampjonati tal-Unjoni Ewropea li ser isiru f’Cipru bejn it-8 u l-11 ta’ Lulju.

Il-gimgha li ghaddiet komplew il-preparamenti b’zewg attivitajiet ohra. Wahda minnhom kienet ZKC Tournament, li fih ippartecipaw xejn inqas minn 150 klabb differenti minn madwar id-dinja. Malta ppartecipat b’ zewg klabbs, dak tal-Kottonera u tan-Naxxar. Ir-rizultati miksuba kienu pozittivi, fejn Ryan Agius ghamel zieda ta’ 2 kg fuq ir-refgha tal-Clean and Jerk u rnexxielu jtella’ 211-il punt.

Rodmar Pulis li ghandu hmistax-il sena, ghamel zieda ferm qawwija fejn zied 3 kg fuq ir-refgha Snatch u 2 kg fuq il-Clean and Jerk.

L-atleti l-ohra kollha wrew titjib fil-livell taghhom izda naqsu li jzidu fuq ir-refgha. Il-kompetizzjoni kienet immexija minn Jesmond Caruana, u ghall-ewwel darba z-zewg referees l-ohra kienu femminili.  Dawn huma Ramona Borg u Rodianne Balzan.

Dan qed ikompli jzid il-membri fil-hidma ammistrattiva. Aktar korsijiet ser isiru ghall-ahhar ta’ Lulju, fejn isiru wkoll ezamijiet sabiex ikollna aktar referees nazzjonali.

L-attivitajiet ta’ preperamenti ma waqfux biss b’din il-kompetizzjoni, izda saret wirja gewwa Manoel Island fil-villagg tat-Tazza tad-Dinja, bl-ghajnuna tal-Kunsill Malti ghall-Isport. Numbru sabih ta’ atleti mill-gym tal-Kottonera taw wirja stupenda, specjalment Emmanuel Schembri, li ghalaq din l-attività b’refgha ta’ 160 kg Clean and Jerk.

Jaghtu wirja mal-Ghaqda tal-Weightlifting kien hemm ukoll membri tal-klabb Starmax, li fil-maggoranza taghhom huma femminili, fejn dawn qeghdin jinghataw ukoll tahrig minn kowcis tal-Weightlifting. Dan qieghed isir bi preparament ghall-Kampjonati tal-Mediterran li ser isiru f’Malta f’Ottubru li gej.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Sunny Partly Cloudy Mostly Sunny Sunny / Wind
21C 32C 31C 30C 29C
Mon Tue Wed Thu Fri

Inghaqad maghna fuq Facebook

facebook_logo

 

Karikatura