Gurnata wara ohra qeghdin noqorbu lejn tmiem Tazza tad-Dinja li ser tibqa’ storika ghax hija l-unika wahda li saret fil-kontinent Afrikan, u zgur li mhux ser terga’ ssir hawn fl-ghoxrin sena li gejjin. Edizzjoni li ser tibqa’ mfakkra wkoll ghall-protezzjoni li l-FIFA qed taghti lill-istess organizzaturi biex kemm jista’ jkun ma tohrog l-ebda ahbar li taghmel il-hsara.
Filfatt f’kull edizzjoni, minbarra li nitkellmu dwar il-futbol, ikun hemm episodji, fosthom xi serq, vjolenza jew x’naf jien, li jaghmlu l-ahbar, izda f’din l-edizzjoni s’issa, ghal grazzja t’Alla ma rajna xejn, jeweffetivament ma sar xejn. Zgur li bla dubju wiehed ma jistax però ma jinnutax in-nuqqas kbir ta’ partitarji u entuzjazmu fil-grawnds kollha fejn qed isiru l-loghbiet.
F’kull edizzjoni l-partitarji kienu protagonisti, però anke min bhalna qed isegwi din l-edizzjoni fuq it-televizjoni, jinnota li l-istadiums minbarra li qed ikollhom hafna vojt, qed ikunu nieqsa minn shots tal-partitarji. Per ezempju nhar il-Gimgha laghbu zewg timijiet li ghandhom partitarji fost l-aktar ikkuluriti, l-Brazil u l-Olanda, izda anke hawnhekk dak li rajna fuq l-istands kien ftit.
Hija hasra ghax f’kontinent Afrikan fejn il-mod ta’ kif wiehed jiffestegga huwa ferm ikkulurit, konna qed nistennew xi haga ahjar.
Tema ohra ghad-diskussjoni taghna matul dawn il-granet bla dubju kienet l-indhil tal-politici fuq certi timijiet partecipanti, ta’ min kien ftit u ta’ ohrajn kien hafna. Hawn min jaqbel u hawn min ma jaqbilx, izda l-FIFA ghamlitha cara li l-Federazzjonijiet tal-futbol ghandhom jibqghu ghal kollox awtonomi. Wiehed min-naha l-ohra jrid jifhem li t-Tazza tad-Dinja hija avveniment tal-pajjiz kollu, mhux ta’ dawk biss li jhobbu l-futbol, allura hemmhekk il-politici li huma rapprezentanti tal-poplu ghandhom dritt isemmghu lehinhom.
Minbarra l-kummenti stupidi li ghadda l-mexxej tal-Lega Nord fl-Italja, Bossi, fejn qal li l-loghba kontra Slovakkja kienet mixtrija, u z-zmien waqqa’ dan il-kumment banali ghac-cajt; kien hemm ukoll l-investigazzjoni li ghamel il-President Franciz Sarkozy, li bghat ghal Thierry Henry u anke ghal-kowc Domenech biex jisma’ x’gara ezatt fid-dizastru fil-grawnd u barra l-grawnd, li Franza kellhom f’din l-edizzjoni.
Izda l-aktar kumment u decizjoni banali giet min-Nigerja, fejn il-President bl-isem partikolari ta’ Good Luck Jonathan qal li n-Nigerja mhux ser tiehu sehem fis-sentejn li gejjin ghax m’hemmx livell. President ta’ pajjiz li forsi jhossu dispjacut, izda jekk kull minn jitlef jaghmel bhalu, allura jibqa’ tim wiehed biss jikkompeti.
Fil-futbol inqas kemm tilghab, iktar tbaxxi l-livell u ghalhekk din id-decizjoni tista’ tkun ta’ inkwiet kbir ghall-futbol Nigerjan. Ma nistax nifhem ukoll min-naha l-ohra t-theddid tal-FIFA, ghax jekk dan Jonathan ma jnehhix id-decizjoni u l-FIFA tikkastiga lin-Nigerja, allura l-plejers u l-futbol fil-pajjiz ikunu qed jiehdu kastig doppju. Kastig li bla dubju ghandhom jiehduh diversi referees li kien hemm f’din l-edizzjoni.
Zbalji kbar li lanqas biss temmen li setghu jittiehdu ghax uhud minnhom tant kienu cari anke ghalina li qed naraw mid-dar. Jispikkaw fost l-ohrajn il-gowl li kellu jkun dak tad-dro tal-Ingilterra kontra l-Germanja, u l-offside li ma kienx imsaffar fil-vantagg tal-loghba tal-Argentina kontra l-Messiku.
Dan tal-ahhar ikun l-aktar wiehed gravi ghax bi zball kien hemm ir-ripetizzjoni fuq il-big screen tal-grawnd u t-tern arbitrali ratu izda ma hassret xejn, u gharrqet lill-Messiku.
U bil-pressoni ta’ dawn l-azzjonijiet hekk vili kontra l-Ingilterra u l-Messiku, l-FIFA dehret li ser iccedi bil-mod il-mod ghall-pressjoni ta’ hafna, u ddahhal l-ghajnuna teknologika, fejn Blatter li huwa konservattiv iktar mill-konservattivi kollha f’daqqa, wara li skuza ruhu mal-pajjizi nvoluti qal li f’kazi bhal dan l-ghajnuna tar-ripetizzjoni ghandha tidhol.
Nispera li issa l-International Board maghmul minn rapprezentanti tar-Renju Unit u l-FIFA japprovaw kemm jista’ jkun malajr, b’tama li dawn ma jigrux fis-semifinali u l-finali li gejjin.
U issa li l-loghob qed jersaq lejn tmiemu jkun hemm analizi u anke tibdil ta’ kowcis. Bla dubju wara t-telfa ta’ nhar il-Gimgha kontra l-Olanda, Dunga kowc tal-Brazil ser ihalli postu, biex b’kull probabbiltà jsib post ma’ klabb Ewropew.
Kowcis godda ghall-Italja u Franza. l-Italja ghazlu qabel din l-edizzjoni lil Cesare Prandelli, kowc bravu li huwa wkoll saqajh ma’ l-art. Kowc li fetah il-bibien ghal kull min jilghab tajjeb, anke Cassano u Balotelli. Nispera li dan ma jkunx biss kliem tal-ewwel konferenza tal-ahbarijiet. Prandelli però jrid l-ghajnuna tal-Federazzjoni u mhux ostakli minghand kulhadd, kif kien sab Donadoni meta kien qed jipprepara t-tim ghall-kampjonati Ewropej, liema tim wasal sal-kwartfinali u tilef biss bil-penalties kontra c-campjins Ewropej, Spanja.
Franza min-naha taghhom ghandhom lil Laurent Blanc. Blanc li kien membru tat-tim li rebah fl-1998 u fis-sena 2000. Kowc bravu u bniedem rispettat minn kulhadd.
Finalment nixtieq ukoll nghid prosit lil Sliema Wanderers li bdew bi tajjeb l-avventura taghhom fl-Ewropa League. Li tmur il-Kroazja u tikseb dro ta’ 0-0 huwa rizultat tajjeb li jaghti kuragg lit-tim ghal leg li jmiss hawn Malta. Il-fortuna dahqet ftit lil Malta wkoll meta anke fic-Champions League, Birkirkara jilaghbu t-tieni leg b’vantagg ta’ tliet gowls meta hadu walk over barra minn darhom.
Awguri ghal darba ohra lill-klabbs li qed jirrapprezentawna barra.

| < Prev | Next > |
|---|






