Thursday
Feb 09th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

It-tielet skola tal-avjazzjoni f’pajjizna

E-mail Print PDF
Share

dscn0272_copyTimmira li sa tmiem is-sajf, tkun l-ewwel skola tal-avjazzjoni f’Malta li tibda toffri tahrig fil-licenzji kollha tal-ajru

Twaqqfet fi Frar 2009, sa xahrejn wara kien digà kellha l-ewwel ajruplan ghat-tahrig  f’pajjizna, u f’temp ta’ sena rnexxielha tibda tharreg 18-il student gdid, ilkoll Maltin. Din hija l-kumpannija Diamond Flight Training Malta (DFA) li tinsab ibbazata f’Hal Luqa fuq wara tal-mitjar l-antik. Iltqajt mad-Diretturi Dr Marco A. Ciliberti u Jeremy Tan (li huwa wkoll Chief Flight Instructor) fejn tkellimt maghhom dwar din l-idea li joholqu skola ta’ tahrig ghall-piloti, liema idea digà bdiet taghti l-frott taghha. Jitkellmu dwar l-ambizzjonijiet li ghandhom ghal quddiem biex verament joffru servizz ta’ kwalità ghall-klijenti taghhom fejn tidhol l-avjazzjoni.

Kien proprju dan l-ghan li wassal biex Marco Ciliberti u Jeremy Tan, flimkien ma’ zewg persuni ohra, jistabbilixxu t-tielet skola tal-avjazzjoni f’pajjizna. Zgur li ma kinitx se tkun xi haga facli hekk kif f’Malta digà jezistu zewg skejjel ohra ta’ dan it-tip.

Izda d-determinazzjoni ta’ Ciliberti u shabu kienet il-mutur li wasslet biex dak li kellhom f’mohhhom iwettquh. Inxtraw zewg ajruplani godda, tal-ghamla Diamond DA 20 u DA 40, bl-ewwel ikun 2-seater u l-iehor ikun 4 seater, b’dan tal-ahhar ikopri fost l-aqwa sistemi moderni ta’ apparat; sahansitra fih l-autopilot u moving GPS. Huma ajruplani li jgawdu bosta vantaggi fuq ajruplani ta’ kompetituri ohra, specjalment fejn tidhol il-velocità.

Immedjatament, dahlu l-ewwel studenti u l-iskola bdiet tiffunzjona, bil-ghajnuna ta’ tliet flight instructors li jinkludu, fost l-ohrajn, lil Jeremy Tan innifsu u lil Chris Cauchi, persuna sinonima wkoll mal-media u l-isports.

Minn dakinhar, it-tmexxija tal-kumpannija ma harsitx lura, aktar u aktar meta fi kliem id-Direttur Marco Ciliberi, is-settur tal-avjazzjoni  kulma jmur qieghed ikompli jikber, bil-qasam tal-ajruplani tat-tip microlights izidu fil-popolarità.

Prezentament, il-kumpannija toffri tahrig biex persuna tikseb il-licenzja biex ittajjar ajruplani zghar b’magna wahda,  dik li fl-avjazzjoni hija maghrufa bhala l-PPL (Private Pilot Licence). Licenzja ta’ dan it-tip tigi tiswa medja ta’ €10 000, specjalment minhabba li jridu jsiru sighat specifici ta’ titjir, apparti tahrig iehor intensiv fosthom f’navigazzjoni, komunikazzjoni mat-torri tal-kontroll, servizzi t’emergenza u kontroll generali tal-ajruplan.

Izda l-mira tal-kumpannija Diamond Flight Training hi li tespandi s-servizzi taghha sabiex tkun l-ewwel skola tal-avjazzjoni li tkun tista’ toffri taghlim ghal-licenzji kollha. Dawn jinkludu s-CPL (Commercial Pilot Licence) u l-ATPL (Airline Transport Pilot Licence).

Prezentament, il-kumpannija ghaddejja b’diskussjonijiet sew mal-awtoritajiet lokali kif ukoll ma’ barra, bit-tir li sal-ahhar tas-sajf tkun waslet ghal ftehim. Dan se jgib sfidi kbar ghall-kumpannija, hekk kif ikun ifisser li jrid isir investiment qawwi mhux biss fl-infrastruttura tal-post fejn isir it-tahrig, izda wkoll investiment fl-apparat fosthom xiri ta’ ajruplani b’aktar minn magna wahda u simulator sofistikat.

Simulator huwa apparat kompjuterizzat li johloq ambjent ghall-pilota ezatt daqslikieku qieghed f’kabina t’ajruplan jikkontrollah. Jekk dan isehh, din tkun l-ewwel darba li simulator qatt ikun inxtara biex jintuza f’Malta minn studenti li qed jitharrgu biex isiru bdoti. Mira ohra tal-kumpannija hi li ggib studenti barranin jitharrgu f’pajjizna, fejn il-klima u t-temp fil-gzejjer Maltin joffru kundizzjonjiet favorevoli hafna specjalment fix-xitwa.

Barra t-tahrig, il-kumpannija toffri wkoll servizz ta’ kiri tal-ajruplani taghha fejn bdoti li jkunu kisbu l-PPL jibqghu jtajru l-ajruplan sabiex ma jitilfux il-licenzja. Marco Ciliberi jghid li hemm sahansitra bdoti professjonali li jtajru ajruplani tal-passiggieri li jikru ajruplani zghar biex filwaqt li jtellghu is-sighat ta’ titjir, ikunu qed jaghmlu xi haga differenti li sservihom bhala mezz ta’ rilassament.

 

Izda x’jirrikjedi biex wiehed jikkwalifika u jibda kors biex isir bdot t’ajruplan? Huwa minnu li student irid ikun xi genju fil-Fizika u fil-Matematika? U kemm huwa difficli li wiehed jitghallem isuq ajruplan?

Ic-Chief Flight Instructor Jeremy Tan li ghandu esperjenza twila f’dan il-qasam anke barra l-pajjz, jghid li mil-lat tekniku, is-sewqan ta’ ajruplan tista’ tqabblu ma’ sewqan ta’ vettura, bid-differenza tkun li f’ajruplan hemm hafna aktar prekawzjonijiet x’jittiehdu u rutina akbar ta’ testijiet u ccekjar x’wiehed irid jaghmel qabel kull titjira. Jistqarr car u tond li filwaqt li m’hemmx ghalfejn li wiehed ikun xi brillanti fil-Matematika u fil-Fizika, hemm ammont sostanzjali ta’ materjal li wiehed irid jitghallem u jibqa’ jiftakar. Dwar it-taghlim li jsir fid-Diamond Flight Academy, Jeremy Tan jghid li dan imur ferm lil hinn mir-rutina ta’ ‘chalk and talk’ u ghall-kuntrarju, l-istudenti huma involuti l-hin kollu f’dak li jkunu qed jitghallmu, bit-tahrig isir kollu bl-uzu tal-kompjuter u ghalhekk hemm interattività.

Bil-ghan li thajjar aktar zghazagh li jinteressaw irwiehhom fl-avjazzjoni, u konxja mill-fatt li dan is-settur se jirrikjedi ammont sostanzjali ta’ piloti fis-snin li gejjin, proprju dan is-sajf, il-kumpannija harget b’innovazzjoni, dik li torganizza l-hekk imsejha SkolaSajf fl-Avjazzjoni.

Il-programm li huwa mmirat ghal zghazagh ta’ bejn l-14 u s-16-il sena jikkonsisti f’kors ta’ 8 gimghat li jibdew mit-12 ta’ Lulju li gej sad-9 ta’ Settembru. L-istudenti se jattendu ghal zewg lezzjonijiet fil-gimgha bejn id-9.00am u 1.00pm fejn se jinghataw tahrig baziku fuq l-ajruplani, l-apparat ta’ navigazzjoni, sistemi ta’ sigurtà u investigazzjoni ta’ accidenti fl-ajru.

Barra minn hekk, l-istudenti se jinghataw ukoll l-opportunità li jzuru diversi postijiet li kollha b’xi mod huma relatati mal-industrija tal-avjazzjoni fosthom it-torri tal-kontroll, is-sezzjoni tat-tifi tan-nar fl-ajruport, l-AFM, l-MIA, il-Muzew tal-Avjazzjoni f’Ta’ Qali u l-Ufficcju Meteorologiku. Izda forsi l-aktar parti interessanti tal-kors hija dik prattika, fejn kull student se jinghata c-cans li ghal 30 minuta shah, jiehu l-kontroll f’idejh tal-ajruplan taht supervizjoni tal-flight instructor (trial flight), kif ukoll 30 minuta ohra fejn ikun abbord l-ajruplan josserva dak li qed jaghmlu shabu.

Dan kollu l-kumpannija Diamond Flight Training qed toffrih ghall-prezz ta’ €450, fejn kull student ikun kopert b’polza ta’ assikurazzjoni fejn tidhol il-parti teknika. Il-kumpannija qed taghti wkoll l-opportunità li wiehed jigi jara l-ajruplani li se jintuzaw waqt it-tahrig. Kull min huwa interessat jista’ jcempel fuq 21 257447 jew 79257447.

Tista’ tintbaghat ukoll email fuq This e-mail address is being protected from spambots. You need JavaScript enabled to view it filwaqt li min jinteressa ruhu jsir jaf aktar dwar din il-kumpannija jista’ jaccessa wkoll is-sit elettroniku www.dftmalta.com.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy AM Showers Scattered Showers Mostly Sunny Scattered Showers
12C 13C 11C 11C 9C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata