Dan l-ahhar qed nisimghu hafna fuq zballji li setghu saru minn xi qassisin Maltin, tant li xi kultant forsi ninsew b’kemm imhabba u sagrificcju hafna qassisin u religjuzi ohra jkunu taw hajjithom ghas-servizz t’Alla u tal-komunità. Nhar l-Erbgha 23 ta’ Gunju disa’ zghazagh gew ordnati qassisin mill-Arcisqof Pawlu Cremona waqt funzjoni fil-Katidral tal-Imdina.
Wiehed minn dawn il-qassisin il-godda huwa Father Blake Camilleri, li ghogbu jaqsam ma’ RITIANNE AGIUS l-esperjenza tieghu bhala seminarista u qassis.
Fr. Blake, x’kienu l-fatturi li hajjruk ghall-hajja sacerdotali?
Minn meta kont zghir kont noqghod hafna attent tal-quddiesa u nahseb li minn hemmhekk beda kollox. Kien hemm ukoll sacerdot mir-rahal tieghi, Dun Guzepp Sultana li kien idur il-familji. Nahseb li mieghu ghamilt kuntatt ghall-ewwel darba ma’ qassis. Habat ukoll li bhala skola sekondarja ghazilt is-Seminarju Minuri. F’din l-iskola gejt f’kuntatt ma’ diversi qassisin, fosthom ma’ Dun Frans Bonnici, li dak iz-zmien kien id-Direttur tac-Centru tal-Vokazzjonijiet. Nahseb li dawn it-tlett fatturi ghenu hafna biex ihajruni nkompli fit-triq tas-sacerdozju.
Kif inhi gurnata tipika fis-Seminarju?
Il-gurnata tibda bit-talb flimkien permezz tal-brevjar li jvarja bejn is-6.20am u s-7.00am. Wara dan it-talb gieli jkollna quddiesa jew inkella, skont il-gurnata, immorru dritt ghall-kolazzjon. Min jibda lectures fit-8.00am jmur dritt wara l-kolazzjon ghall-Università minhabba n-nuqqas kbir ta’ ‘parking’ li hemm. Min jispicca l-lectures sa nofs inhar jigi lura s-Seminarju biex nieklu flimkien fin-12.30pm. L-ohrajn jieklu f’hinijiet differenti skont il-bzonn. Wara nofs inhar huwa hin ta’ mistrieh u hin fejn isir xi xoghol marbut mal-gruppi tal-hidma tas-Seminarju u l-Università. Aktar tard filghaxija jkollna mument ta’ adorazzjoni fis-silenzju, xi laqghat jew quddiesa - jiddependi mill-gurnata. Nieklu flimkien fit-8.30pm u wara niltaqghu flimkien fil-common room.
Is-seminaristi jircievu formazzjoni varja hafna. Liema kienu s-suggetti li laqtuk b’mod partikolari?
Ma nahsibx li kien hemm xi suggett li laqatni aktar mill-ohrajn. Tipprova dejjem tiehu l-ahjar mis-suggetti kollha biex tipprepara ruhek ghal dan il-ministeru. Is-suggetti jvarjaw mill-filosofija, ghall-ftit psikologija u socjologija u kollox taht qafas tat-teologija.
X’inhuma l-ikbar problemi li seminarista normalment jiltaqa’ maghhom waqt il-formazzjoni tieghu?
Zgur li l-akbar problema hija li bhala seminarista tara lilek innifsek bhala differenti mill-ohrajn. Din mhix xi haga hazina imma jista’ jkun li twassal ghal certu qtigh ta’ qalb. F’dak li ghandu x’jaqsam mas-Seminarju, it-timetable hija wahda mimlija u jekk ma toqghodx attent tispicca tghejja hafna. Trid tidra tkun organizzat f’hinek u ffukat f'dak li taghmel halli z-zmien tuzah bl-ahjar mod possibbli.
Gieli hassejt insigurtà ghal gejjieni, specjalment meta tara l-izbalji li gieli saru minn qassisin fil-passat?
Insigurtà le, anzi meta nara min jizbalja aktar nikkonvinci ruhi biex naghmel it-tajjeb. Irrid nghid li nara hafna aktar qassisin jippruvaw jghixu b’mod genwin milli l-kontra.
Bhala qassis zaghzugh, thoss li l-Knisja ghandha bzonn thares ‘il quddiem u timxi maz-zminijiet?
Nahseb li bhala approwc digà qieghda taghmel hekk. Il-mod kif jitpogga l-messagg qed jigi rfinut u nahseb li biz-zmien aktar se jasal 'il boghod. Ahna s-sacerdoti rridu nkunu aktar fidili lejn is-sejha taghna biex il-messagg ta’ Kristu jidher fil-mod kif nghixu. Min-naha taghhom il-lajci, jigifieri dawk kollha li mhumiex sacerdoti jew religjuzi, jridu jinfethu mill-gruppi ta’ hbieb jew ghaqdiet li qeghdin fihom biex ifittxu lil min m’ghandux spalla fuq xhiex iserrah.
X’inhu l-appell tieghek ghal dawk iz-zghazagh li jhossu fihom il-gibda ghal vokazzjoni?
Jekk Alla qed isejjahlek, tinkwieta xejn ghax anki jekk issib quddiemek id-diffikultajiet tkun kuntent fil-hajja tieghek. Jekk Alla jridek ghalih accetta u imxi mieghu pass pass.
Set as favorite
Bookmark
Email This
Kummenti (0)

Ikkummenta
| < Prev | Next > |
|---|






