Thursday
Feb 09th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Esperiment bla konsultazzjoni serja

E-mail Print PDF
Share

klassi_sekondarjaId-dhul ta’ erba’ suggetti vokazzjonali fl-iskejjel sekondarji

Fil-jiem li gejjin il-Ministru tal-Edukazzjoni Dolores Cristina se thabbar li se jidhlu erba’ suggetti vokazzjonali f’ghadd ta’ skejjel bhala esperiment ghal studenti li huma migbudin izjed lejn suggetti prattici milli akkademici.

Pass bhal dan jinvolvi hafna tahrig ghall-ghalliema ghax se tkun sfida kbira biex jinstabu l-ghalliema addattati. Izda s’issa l-ghalliema, il-unjin taghhom u l-genituri qed jinzammu fid-dlam dwar x’se jigri minkejja li s-suggetti se jiddahhlu f’Ottubru tas-sena li gejja.


Il-Ministru mistennija thabbar li dan l-esperiment se jibda f’dawn l-iskejjel indipendenti, tal-Knisja u tal-Istat: St Edwards, Sant’Injazju, San Benedettu, San Anton, Maria Regina Mosta, St Dorothy, Stella Maris, u l-Kullegg ta’ Ghawdex.


Minkejja li l-Ministru waslet biex thabbar dan il-pass, ghadha ma saret ebda konsultazzjoni mal-Malta Union of Teachers dwar kif se jiddahhlu dawn is-suggetti u x’bidliet hemm bzonn biex dan il-pass jirnexxi.


F’Mejju li ghadda l-kelliemi ewlieni Laburista ghall-Edukazzjoni Evarist Bartolo staqsa fil-Parlament biex il-Gvern jghid fejn wasal ix-xoghol biex jiddahhlu suggetti vokazzjonali fl-iskejjel sekondarji? Liema suggetti gew identifikati li ghandhom jiddahhlu? Min hu l-espert barrani li qed jaghti pariri f’dan il-qasam? Kif se jigu valutati l-istudenti li se jaghmlu dawn is-suggetti? Min se jghallem dawn is-suggetti? Meta hemm il-hsieb li jiddahhlu fl-iskejjel? X’tip ta’ konsultazzjoni serja u genwina qed issir fl-iskejjel dwar id-dhul ta’ dawn is-suggetti?

 

Il-Ministru kienet wiegbet  li qed isr l-ippjanar possibli biex jibda progett pilota fis-sena skolastika 2011/12. Is-suggetti huma: Health and Social Care, Hospitality, Engineering u IT practitioner. Is-sistema tal-BTEC qed tigi ikkunsidrata fejn l-istudenti huma assessjati permezz ta’ coursework, b’sistema soda ta’ quality assurance. Ghalliema gradwati f’suggetti relatati ser jigu offruti l-possibilità ta’ tahrig fil-qasam vokazzjonali. F’dan il-punt qed jigu maghzula l-iskejjel li ser ikunu nvoluti fil-progett pilota.


Dawn huma skejjel tal-Istat, tal-Knisja u Indipendenti. Nistghu nghidu li l-konsultazzjoni dwar id-dhul ta’ dawn is-suggetti fl-iskejjel digà bdiet mal-Principali kif ukoll mal-Kapijiet u l-awtoritajiet tal-Iskejjel tal-Knisja u Indipendenti.”


Il-BTEC hija agenzija edukattiva li toffri korsijiet u ezamijiet vokazzjonali li qed isiru fl-MCAST u huma maghrufa wkoll fl-Ingilterra. Izda l-korsijiet u l-ezamijiet li se toffri fl-iskejjel sekondarji Maltin ma toffriehomx fl-Ingilterra u l-esperiment taghhom se jkun qed isir ghall-ewwel darba fuq tfal Maltin.


Huwa mistenni wkoll li l-BTEC tkun irid tithallas regolarment tal-korsijiet u l-ezamijiet li tipprovdi. Fl-MCAST l-istudenti jhallsu ghal dawn u ghad irid isir maghruf jekk fl-iskejjel sekondarji hux se jigri l-istess.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy AM Showers Scattered Showers Mostly Sunny Scattered Showers
12C 13C 11C 11C 9C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata