Il-Gvern Nazzjonalista huwa maghruf ghar-rapporti, konsulenzi u studji teknici li meta jkun irid jaghti l-impressjoni li qed jaghmel xi haga, anki jekk ma jkun qed jaghmel ftit jew xejn, jikkumissjona studju biex jimpressjona.
Hafna drabi dawn l-istudji li jiswew il-belli ewro, jew jispiccaw fuq l-ixkaffa jigmghu t-trab, inkella aghar minnhekk, mhux l-ewwel darba li dawn l-istudji kkummissjonati mill-istess Gvern jispiccaw wiehed jikkontradixxi lill-iehor.
Dan huwa propju l-kaz fir-rigward tal-possibbiltà li tinbena pipeline ma’ pajjizi li jistghu jissupplixxuna biz-zejt jew bil-gass. Lura fl-2004 meta kien gie nawgurat il-pipeline taz-zejt ta’ 540 kilometru bejn il-Libja u l-Italja f'Mellitah, ghall-mistoqsija tad-Deputat Laburista Leo Brincat jekk il-Gvern kienx qed jikkunsidra li jakkwista feed minn din il-pipeline, il-Ministru Austin Gatt dakinhar responsabbli mill-Korporazzjoni Enemalta kien qal li l-Gvern kellu l-parir li teknikament u ekonomikament hu aktar ta’ vantagg li jsir pipeline tal-gass u mhux taz-zejt bejn Sqallija u Malta milli tittiehed fergha mill-pipeline bejn il-Libja u Sqallija.
Austin Gatt kien qal ukoll li l-Gvern innegozja mal-ENI, il-proprjetarji tal-pipeline, biex dawn jaghmlu studju dwar il-possibiltà ta’ pipeline bejn Gela, fejn jispicca l-pipeline mil-Libja, u Malta.
Ir-rapport ta’ dan il-feasibility study kien nghata lil-Enemalta kmieni fl-2004. Skont Austin Gatt il-Gvern kien qed jikkunsidra x’azzjoni ghandu jiehu dwar dan il-proġett.
Sitt snin wara u bl-Enemalta mmexxija minn ministru differenti, jidher li l-pipe tal-gass li kien qed jahdem fuqu l-ministeru ta’ Austin Gatt, sa jispicca jtir mar-rih taht Tonio Fenech.
Meta gie mistoqsi fil-Parlament, din id-darba minn Deputat Nazzjonalista Jean Pierre Farrugia, biex jghid xi zviluppi hemm dwar il-pipeline li jissupplixxi l-gass bejn Malta u Sqallija u dwar meta hu ppjanat li jsehh dan il-progett, Tonio Fenech wiegeb li minn analizi mwettqa, il-pipeline tal-gass mhuwiex vijabbli fil-prezent.
Skont il-Ministru Tonio Fenech, “meta tinkorpora l-ispejjez kapitali mehtiega fuq il-prezz tal-gass, dan iwassal biex din l-oppozizzjoni (probabbilment ried jghid opzjoni, imma ossessjonat kif inhu bl-oppozizzjoni, idahhalha anki fejn din assolutament ma tidholx) ma tibqax kompetittiva meta mqabbla mal-ghazliet l-ohrajn.”
Tonio Fenech kompla jghid li l-pipeline tal-gass tehtieg konnessjoni fissa ma’ fornitur wiehed, fattur li jista’ jkun ta’ riskju. Biex dan ir-riskju jigi mitigat, jehtieg li l-konnessjoni tkun ma’ network ta’ pipelines, izda l-ispejjez li dan jinvolvi ma jaghmilx dan l-investiment vijabbli. ”Filwaqt li s-sitwazzjoni tkun qed tigi rriveduta perjodikament fid-dawl tal-bidliet fis-swieq internazzjonali, ghal mument qed jigu studjati opzjonijiet ohra.”
Din il-konkluzjoni tal-Ministru Fenech li pipeline tal-gass mhuwiex ghazla vijabbli, ghall-inqas fic-cirkostanzi prezenti hija diamertikament l-oppost ta’ dak li kien qed jahdem fuqu Austin Gatt meta kien il-ministru responsabbli mill-Enemalta, li mhux biss kien beda jinnegozja mal-ENI dwar dan il-pipeline, imma kien sar ukoll feasibility study li kien dahal fid-dettall ta’ din l-ghazla.
Ghalkemm qed nithaddtu fuq l-istess Korporazzjoni Enemalta taht l-istess Gvern Nazzjonalista, imma b’ministri differenti, waslu ghall-konkluzjonijiet opposti ghal xulxin.

| < Prev | Next > |
|---|






