Thursday
Feb 09th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Tliet pulizija godda ghaddejjin proceduri kriminali

E-mail Print PDF
Share

policerecruits6Mill-130 kuntistabbli gdid li ghadhom kif dahlu fil-Korp tal-Pulizija, hemm tal-inqas 3 minnhom li jinsabu ghaddejjin minn proceduri kriminali quddiem il-Qorti tal-Magistrati, b’wiehed minnhom li hu akkuzat bi vjolenza domestika. Il-kelliem ufficjali ghall-Korp tal-Pulizija f’kumment li ta lill-gazzetta Kullhadd qal illi l-offizi li bihom huma akkuzati dawn it-tliet rekluti godda huma ta’ ‘natura minuri’ u hekk kif dawn il-kazijiet jinqatghu mill-qrati, il-Kummissjoni ghas-Servizz Pubbliku se tigi nfurmata bl-ezitu taghhom.

Din l-ahbar torbot mal-ahbar li kienet ippubblikata f’din il-gazzetta ftit tal-gimghat ilu, li fil-prezent hemm 33 membru tal-Korp tal-Pulizija li huma mixlija b’reati kriminali quddiem il-Qorti tal-Magistrati. Fost dawn hemm 25 kuntistabbli, 5 surgenti, zewg spetturi u supretendent. Uhud minn dawn il-pulizija, 10 jinsabu sospizi, imma it-23 l-ohra, ghalkemm ghandhom proceduri kriminali kontra taghhom, xorta qed jirrappurtaw ghax-xoghol.


Fost il-membri tal-Korp li jinsabu sospizi, hemm kuntistabbli li hu akkuzat b’attentat ta’ qtil u li ilu sospiz mill-2008. Hemm surgent li hu akkuzat b’ferita ta’ natura gravi u li ilu sospiz mill-2006 u kuntistabbli li hu akkuzat b’feriti gravi, li ilu sospiz mill-1996. Kuntistabbli iehor huwa akkuzat b’korruzzjoni ta’ minorenni u ilu sospiz mill-Korp mill-2008 u, kuntistabbli iehor hu akkuzat b’pornografija tat-tfal u gie sospiz is-sena li ghaddiet.


Fost dawk il-membri tal-Korp li huma akkuzati b’reati kriminali imma li ma gewx sospizi, hemm kuntistabbli li hu akkuzat bi sturpru u feriti fuq il-persuna. Hemm ukoll kuntistabbli li hu akkuzat li kkaguna offizi ta’ natura gravi.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Light Rain Shower Showers Mostly Sunny Showers Showers / Wind
8C 12C 11C 9C 10C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata