Persuni midhla sew tad-Dar Centrali tal-Partit Nazzjonalisti ilhom numru ta’ xhur preokkkupati bis-sitwazzjoni li sab ruhu fiha Mario Galea s-Segretarju Parlamentari ghall-Anzjani minhabba problemi ta’ sahha li huwa ghandu.
Fuq livell uman m’hemmx dubju li Mario Galea ghandu s-solidarjetà u s-simpatija ta’ kulhadd, tant li kienu diversi l-esponenti tal-Partit Laburista li marru jzuruh l-isptar fejn kien rikoverat ghal numru ta’ granet minhabba li qabditu wkoll pnewmonja.
Mill-banda l-ohra hemm minn hu inkwetat bis-serjetà ghas-sitwazzjoni li zviluppat f’dawn l-ahhar xhur fejn ma kien xejn car minn ezattament kien qieghed imexxi s-setturi importanti tal-anzjani u tal-kura preventtiva li suppost imexxi Mario Galea bhala Segretarju Parlamentari.
Il-problemi komplew hargu aktar fil-berah hekk kif Mario Galea bil-fixla spicca vvota mal-Oppozizzjoni fuq il-mozzjoni dwar l-estensjoni tal-power station ta’ Delimara meta n-Nazzjonalisti spiccaw jigdbu fuq Justyne Caruana f’tentattiv iddisprat u dizonest biex isalvaw is-sitwazzjoni.
Naturalment f’sitwazzjoni bhal din ma jonqsux ukoll dawk li jrewwhu kemm jifilhu ghall-interessi personali taghhom, propju ghax jinteressahom li jiehdu post Mario Galea bhala Segretarju Parlamentari inkella bhala deputat. Ma jistax jonqos li l-ambizzjonijiet personali jaghmlu taghhom f’mumenti bhal dawn.
Hemm minn fi hdan il-PN li jhossu urtat mhux ftit ghal fatt li ma nghatax ic-cans ta’ kariga ministerjali jew ta’ segretarju parlamentari, imbaghad Gonzi jibqa’ jzomm lil Mario Galea f’din il-kariga meta qed ikun difficli li dan jaqdi d-dmirijiet tieghu kif suppost.
Intant Mario Galea nghata parir biex ikun aktar vizibbli fil-media biex juri li ‘he is back on board’ u li gheleb il-problemi li kellu. Imma dawn l-isforzi medjatici ta’ Mario Galea gew jiswew il-flus ghall-poplu Malti, ghall-fatt li pubblikazzjoni bl-isem ta’ ‘Inhobbok Nann’ li tqassmet fid-djar kollha Maltin u Ghawdxin bhala parti minn dan l-ezercizzju, giet tiswa xejn inqas minn € 26,320. Din il-pubblikazzjoni kollha kulur fiha diversi ritratti li jidher fihom Mario Galea.
Intant bi twegiba ghal domandi tal-gazzetta Kullhadd, il-kelliem ufficjali ghas-Segretarjat Parlamentari ghall-Anzjani qal illi “l-iskop tal-pubblikazzjoni ‘Inhobbok Nann’ kien li jaghti informazzjoni lill-anzjani u lill-qraba taghhom dwar is-servizzi li joffri s-Segretarjat Parlamentari ghall-anzjani u l-kura fil-komunità u l-hidma li qed issir f’dan il-qasam. Is-servizzi offruti jinkludu s-servizzi fil-lokalità, fil-komunità u servizzi residenzjali.”
Dan il-kelliem ufficjali kompla jghid li “permezz ta’ din il-pubblikazzjoni tajna n-numri fejn l-anzjani jew il-qraba taghhom jistghu icemplu biex jiksbu aktar taghrif dwar is-servizzi u kif jistghu japplikaw ghalihom. Dawn is-servizzi jtejbu l-kwalità tal-hajja tal-anzjani u tal-familja taghhom. L-ispiza marbuta mal-pubblikazzjoni kienet ta’ €26,320. Dan il-magazine tqassam bieb bieb lill-140,000 familja u r-rispons kien wiehed pozittiv tant li zdied l-ammont ta’ nies li talbu informazzjoni dwar is-servizzi offruti.”

| < Prev | Next > |
|---|








