Meta jigi analizzat bir-reqqa ir-rohs fuq il-prezz tal-medicini mhabbar mis-Segretarju Parlamentari Chris Said, wiehed isib li dan qajla se jkollu impatt fuq il-problema li habbat wiccu maghha l-konsumatur Malti fis-snin li ghaddew ta’ prezzijiet tal-medicini ferm gholjin meta pparagunat mal-prezzijiet tal-istess medicini li wiehed isib fil-pajjizi Ewropej.
Minn fost it-62 tip ta’ medicina li l-Gvern qieghed jghid li ser jaraw tnaqqis fil-prezz taghhom, hemm bosta li l-uzu taghhom huwa limitat hafna, ohrajn li qed jitilfu posthom ghal prodotti medicinali ohra u numru iehor li wiehed huwa ntitolat ghalihom taht l-iskemi ta’ medicini b’xejn.
Jekk wiehed jifli l-lista ta’ medicini li suppost se jorhsu skont kif gie mhabbar mis-Segretarju Parlamentari Chris Said, isib li l-maggor parti tal-medicini huma impurtati minn agent partikulari, jigifieri Alfred Gera & Sons Ltd, u f’hafna kazi t-tnaqqis huwa wiehed marginali.
Terga’ u tghid hafna minn dawn il-medicini jinghataw b’xejn mill-Gvern u ghalhekk in-numru ta’ dawk li se jibbenifikaw mir-rohs marginali se jkun ristrett. Fil-kaz tal-medicini fejn ir-rohs kien iktar sostanzjali, dan kien mehtieg biex il-prodott ikun jista’ jikkompeti ma’ prodotti generici u li kienu qed jiehdu bicca sew mis-suq tal-prodott originali.
Fil-lista mhabbra minn Dr. Said hemm prodotti li l-uzu taghhom naqas sew minhabba li l-istess kumpannija li timmanifatturahom introduciet verzjonijiet godda tal-istess medicini bil-ghan li ma titlifix pazjenti wara li jkun skada l-patent. Kaz tipiku huwa dak tal-medicina Fosamax, li wara li ghalaq il-patent taghha, il-kumpannija introduciet prodott iehor bl-isem ta’ Fosavance. Dan fih ingredjent mizjud ma’ dak originali u minhabba f’hekk ma jistax ikun hawn prodott generiku qabel ma jiskadi l-patent.
Chris Said qal li dan ir-rohs fil-prezz ta’ 62 prodott medicinali kien l-ewwel pass u aktar medicini ghandhom jorhsu fil-futur. Imma skont informazzjoni ta’ min jorbot fuqha, ir-rapprezentanti tal-importaturi qed jishqu li huma lesti li jbaxxu l-prezzijiet biss jekk il-gvern jaghtiehom garanzija li jintroduci prodotti godda fil-formularju tal-Gvern.
Sadanittant fi stqarrija ghall-istampa, il-Kelliem Laburista ghall-Politika Socjali Michael Farrugia u l-Kelliem Laburista ghas-Sahha Anthony Zammit, sostnew li l-Gvern qed habbar biss ir-rohs fil-prezz ta’ 62 medicina hdejn il-mijiet ta’ medicini li jinsabu fis-suq. “Dik li habbar il-Gvern hija risposta fjakka hafna ghal kritika generali ghal fatt li l-prezzijiet tal-medicini f’pajjizna huma ferm aktar oghla mill-prezzijiet ghall-istess medicini f’pajjizi ohra Ewropej,” tennew Dr. Farrugia u l-Profs. Zammit.

| < Prev | Next > |
|---|






