Thursday
Feb 09th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Il-Qorti tikkonferma li kien hemm il-korruzzjoni

E-mail Print PDF
Share

qorti_ta_malta_Saverin Sinagra kkundannata sena habs sospizi ghall-sentejn talli kkorrompiet lil Thomas Woods li kien jixxahham biex ‘jghin’ lil dawk li riedu jghaddu Bord biex jieqfu mix-xoghol u jiehdu l-pensjoni tal-invalidità

Fil-Qorti gie kkonfermat li ufficjal fil-Ministeru tas-Sahha kien qed jigi mxahham biex ‘jghin’ lil dawk li riedu jghaddu mill-ezami quddiem il-Bord Mediku bil-ghan li jieqfu mix-xoghol u b’hekk jibdew jircievu il-pensjoni tal-invalidità mid-Dipartiment tas-Sigurtà Socjali.

In konnessjoni ma’ dan il-kaz nhar l-Erbgha li ghadda, il-Magistrat Edwina Grima sabet lil Saverin Sinagra ta’ 74 sena miz-Zejtun, hatja li kkorrompiet ufficjal pubbliku u kkundannata sena prigunerija sospizi ghal sentejn.

L-ufficjal pubbliku inkwistjoni huwa Thomas Woods li kien assistent segretarju privat fil-Ministeru tas-Sahha.

Skont is-sentenza tal-Qorti, Sinagra kienet permezz ta’ Thomas Woods ‘tghin’ lil dawk in-nies li riedu jghaddu Bord Mediku u ghal din l-assistenza hija kienet tghaddi xi flus u rigali ohra lil dan Woods.

Irrizulta kemm mix-xhieda ta’ Saverin Sinagra quddiem il-Qorti kif ukoll tal-persuni li hija ‘assistiet’, illi hija kienet titlobhom is-somma ta’ Lm600 u dana fuq struzzjonijiet li kien jaghtiha l-istess Thomas Woods. Il-flus imbaghad hi kienet tghaddihom lil Woods personalment. Minbarra l-flus Sinagra tghid li Woods kien jezigi wkoll xi rigali. 
Fix-xhieda taghha Saverin Sinagra tghid “illi filfatt dan Thomas Woods kien jghidli, meta nehodlu n-nies ghandu, li ma kienx ikun irid inqas minn Lm600 fi flus talli jghinhom biex jghaddu bord. Hu kien jghidli meta filfatt kienu jghaddu Bord li kien ser jigi ghall-flus id-dar. Filfatt kien jigi hdejn id-dar, icempilli l-qanpiena, jiena kont nohroglu l-envelope u nghaddiehomlu fil-karozza.

Apparti dan kollu Thomas Woods kien jippretendi li jinghata xi rigali ghall-ghajnuna li joffri lil dawn in-nies u mhux l-ewwel darba illi n-nies kienu jiehdulu xi flus jew inkella xi hamper. Anzi xi kultant kien jirrabja mieghi ghax il-whisky ma kienx ikun dak li joghgob lilu u kien jippretendi illi jrid whisky aktar gholi tat-Lm53 u ghalhekk jiena kont nohrog il-flus minn buti biex nikkuntentah.”

Fis-sentenza taghha l-Qorti qalet illi ghalkemm m’hemmx prova dwar x’kien jaghmel Woods bil-flus li kienet tghaddielu Sinagra u jekk huwa kienx jaqsamhom ma’ xi terzi persuni, madankollu m’hemmx dubju illi Thomas Woods kien jaccetta mhux biss il-flus, izda anki rigali sabiex jaghti l-ghajnuna tieghu lin-nies biex jircievu l-pensjoni tal-invalidità.

Dan gie kkorroborat mix-xhieda ta’ John Camilleri li jsostni li meta huwa ma riedx ihallas il-flus, Sinagra kienet ikkomunikat ma’ Thomas Woods u qaltlu biex iwaqqaf il-process kollu. Filfatt meta sussegwentement Camilleri mar ma’ certu Pawlu Catania fl-ufficcju ta’ Woods li kellu fi hdan il-Ministeru, Woods stess ikkonfermalu illi l-applikazzjoni kienet twaqqfet u li kien hemm sinjal ta’ salib fuqha.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy Showers Mostly Sunny Showers Showers / Wind
8C 12C 11C 9C 10C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata